spluzjoni-bulebel-03-03-09Spluzjoni fis-sit tas-“Solea Pharma” fil-Fgura

B’xorti tajba hadd ma wegga’ fi spluzjoni li kienet ikkawzata b’mod accidentali minn ‘sparks’ li hargu minn ‘chaser’, ghalkemm saret hsara konsiderovoli f’makkinarju tal-asfalt u f’gibjun.

L-accident sehh nhar it-Tlieta ghall-habta tal-10.35 a.m. fis-sit tal-kumpanija ”Solea Pharma” li tipproduci prodotti tal-farmacewtika u li tinsab fi Triq id-Dejma fil-Fgura. Dak il-hin impjegat ta’ kuntrattur privat kien qed jaqta’ bic-‘chaser’ xi hadid li kkawzaw ‘sparks’ meta laqat pajp li minnu hargu xi dhahen.

Claude Vella Bonanno, il-Plant Manager tal-kumpanija “Solea Pharma”, qal li kien hemm reazzjoni spontanja fejn id-dhahen grew fil-pajp li jaghtu ghal taht gibjun b’konsegwenza li sehhet spluzjoni. Il-kumpanija timpjega madwar 15-il haddiem li bhala prekawzzjoni gew ordnati johorgu mill-fabbrika.

Mal-ispluzjoni il-planki tal-konkos li kienu qed iservu bhala saqaf tal-gibjun, li bhalissa ghadu vojt, cedew b’konsegwenza li makkinarju tal-asfalt li kien fuq il-gibjun spicca jaqa’ ghal isfel.

Bicciet ohra tal-gebel u konkos taru ghal diversi metri fejn anke spiccaw fid-‘drive-way’ tal-kumpanija ‘Chaudron’ li tinsab biswit is-“Solea Pharma”. Uhud minn dan il-gebel anke spicca fuq karozza ta’ wiehed mill-impjegati.

Fuq il-post marru l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili fosthom anke mit-Taqsima tal-Hazmat biex ikun accertat li ma kienx hemm xi hrug ta’ materjal tossiku. Wara li saret spezzjoni intensiva gie accertat li ma kien hemm ebda periklu ghal hadd u li hadd ma kien sofra xi griehi.

Claude Vella Bonanno qalilna li bhalissa ghaddej xoghol fl-impjant li ghadu fil-bidu tieghu. Il-Pulizija tad-Distrett hejjew rapport tal-accident filwaqt li fuq il-psot marru ukoll l-ufficjali mill-Awtorità ghas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol.