Muzika gholja twassal ghal sejba ta’ droga f’Hal Qormi

Dik li kellu jkun rapport ta’ rutina ghall-Pulizija tad-Distrett mill-Ghassa ta’ Hal Qormi minhabba muzika gholja f’hanut tax-xorb, spicca biex il-Pulizija sabu ammont ta’ droga u oggetti relatati mal-abbuz tad-droga.

Nhar il-Hadd ghal habta tal-11.00 p.m. il-Pulizija gew informati li f’pub li jinsab fi Triq San Bastjan, f’Hal Qormi kien hemm storbju gej minn gewwa minhabba muzika gholja. Il-Pulizija gew informati ukoll li fil-post kien hemm xi persuni suspettuzi.

Il-Pulizija tad-Distret marru fuq il-post flimkien mal-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile. Kif il-Pulizija dahlu fil-pub innuttaw ragel jarmi pakkett bi trab suspettuz u li x’aktarx huwa droga kokaina. Ghaldaqstant issejhu l-Pulizija mill-Iskwadra ta’Kontra d-Droga immexxijin mill-Ispettur Victor Aquilina.

Minn tfittxija li saret fil-post instabu ukoll zewg pakketti ohrajn suspettati, kif ukoll oggetti ohrajn relatati mal-abbuza u t-tehid tad-droga. Irrizulta li r-ragel li deher jarmi l-allegat droga huwa sid il-post u li ghandu 28 sena minn Hal Qormi izda residenti Wied il-Ghajn.

Il-Pulizija ghamlu tfittxija ohra fil-karozza ta’ hu s-sid il-post, zaghzugh 19-il sena minn Hal Qormi, fejn instabet blokka suspettata li hija droga kokaina. Minn aktar stharrig irrizulta li s-suspettati ghandhom garaxx fi Triq San Edwardu, f’Hal Qormi. Hawnhekk il-Pulizija sabu aktar droga kif ukoll oggetti relatati mat-tehid u l-abbuz tad-droga.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Victor Aquilina b’konnessjoni mad-droga u l-Ispettur Sandra Zammit tad-Distrett.