Anzjana mhedda u misruqa fil-hanut taghha

Mara ta’ 63 sena mill-Hamrun nhar il-Hadd, 1 ta’ Marzu spiccat vittma ta’ halliel li dahal jisraqha meta kienet qieghda tlesti biex taghlaq il-hanut taghha.

Dan il-‘hold-up’ sehh ghall-habta tas-12.45 p.m. meta l-mara kienet waslet biex taghlaq il-hanut “Tivoli Confectionery” li jinsab fi Triq Manuel Magri fil-Hamrun.

Dak il-hin l-anzjana kienet wahedha fil-hanut meta dahal il-halliel mghammad u armat b’dik li dehret bhal pistola u beda jhedded lill-mara u ordnalha taghtih il- flus.

Meta rat l-arma, il-vittma bdiet twerzaq biex tigbed l-attenzjoni tan-nies li setghu kienu ghaddejjin. Il-halliel qalilha li ma riedx iweggaghha izda kompla jinsisti li ried il-flus.

Meta l-mara rat li t-twerziq taghha u s-sejha ghall-ajjut ma gibdu l-attenzjoni ta’ hadd, cediet ghat-theddid u taghtu l-flus kollha li kellha, li kienu jammontaw ghal madwar €350.

Il-halliel hataf il-flus u harab minn fuq il-post, fejn ma jidhirx li kien hemm xi komplici jistennih f’xi karozza.

Fuq il-post fejn sehh il-‘hold-up’ marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mill-Ispettur Joseph Agius li bdew jinvestigaw il-kaz. Il-Magistrat Dr Lawrence Quintano ordna inkjesta u hatar lill-Avukat Richard Sladden u l-Ufficjali mix-Xena tar-Reat bhala esperti tal-Qorti.

Dan kien il-15-il ‘hold-up’ mindu bd