Sejba ta’ armi, munizzjon u droga

armi-home-made-01-03-09aIl-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile kienu strumentali biex evitaw li ssir xi serqa jew reati ohrajn meta waqqfu zewg zghazagh u ragel li fil-karozza ta’ wiehed minnhom sabu armi maghmulin id-dar, kif ukoll munizzjon u droga.

Nhar il-Hadd, 1 ta’ Marzu ghall-habta tal-4.10 p.m. il-Kuntistabbli Duncan Schembri, Brian Grech u Anthony Cassar mill-Iskwadra tal-Mobile kienu fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Santa Lucija meta nnotaw karozza wieqfa mal-genb tat-triq fid-direzzjoni ta’ Hal Tarxien.

Kif resqu aktar qrib raw wiehed miz-zghazagh hiereg minn razzett b’oggett suspettuz f’idejh. Il-Pulizija hargu mill-vettura tas-servizz u waqqfuh filwaqt li ntalbet aktar assistenza minhabba li l-oggett suspettuz deher li kienet arma tan-nar.

Fuq il-post marru aktar units tal-Mobile, immexxijin mis-Surgent Luke Stivala, kif ukoll il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surgent Conrad Ellul li ccirkondaw il-vettura tas-suspettati. Minn tfittxija li ghamlu l-Pulizija fil-karozza sabu l-armi, skratac u droga, x’aktarx rezina tal-cannabis, kif ukoll ammont ta’ flus u oggetti ohrajn.

Fil-prezenza tas-suspettati l-Pulizija elevaw l-oggetti kollha u ssiggilawhom. Irrizulta li sid il-karozza li fiha nstabu l-oggetti huwa zaghzugh ta’ 22 sena minn Hal Tarxien, filwaqt li t-tnejn l-ohrajn li kienu mieghu huma ta’ 22 sena u 39 sena u t-tnejn huma minn Haz-Zabbar.

Sadanittant, it-tliet suspettati ttiehdu mill-Pulizija u nzammu ghal aktar stharrig, liema stharrig qieghed ikun immexxi mill-Ispettur Frans Micallef, tad-Disrett.

S’issa ghadu mhux maghruf ghalxiex kienu se jintuzaw dawn l-armi, li wahda minnhom dehret maghmula minn kanna tal-hadid b’molla fiha li facilment tista’ tintuza bhala xi forma ta’ pistola jew tip ta’ arma ohra tan-nar.