Magna ta’ karozza taret 70 metru

head-on-28-02-09aL-accidenti tat-traffiku matul is-sighat bikrin ta’ filghodu komplew matul il-lejl ta’ bejn il-Gimgha u s-Sibt fejn ghal xi hin zaghzugh kien fil-periklu tal-mewt. Magna ta’ wahda mill-karozzi involuti instabet madwar 70 metru ’l boghod f’nofs ghalqa.

L-accident sehh ghal habta tas-1.55 a.m. fi Triq il-Belt Valletta, jew kif inhi maghrufa ahjar bhala t-triq tar-Rabat. Dak il-hin karozza Ford Fiesta, misjuqa minn Keith Pulis ta’ 20 sena minn Haz-Zabbar u li mieghu kellu tliet guvintur ohrajn ta’ bejn id-19 u l-20 sena mill Fgura, Marsa u Haz-Zabbar, kien sejjer fid-direzzjoni ta’ H’Attard. Kif wasal fejn hemm il-Kappella tal-Kaccaturi tilef il-kontroll tal-karozza. Minn kif dehru l-affarijiet fuq il-post tal-accident, kollox jindika li kif Pulis tilef il-kontroll tal-karozza, mar fuq in-naha l-ohra tat-triq fejn mid-direzzjoni opposta kienet gejja karozza Peugeot 306 misjuqa minn Luke Caruana ta’ 21 sena minn H‘Attard.

Kif Pulis mar fuq in-naha l-ohra tat-triq u sab lill-Peugeot quddiemu, sehh impatt qawwi hafna bejn iz-zewg karozzi. Mad-daqqa il-magna tal-Fiesta inqalghet minn postha u litteralment taret ghan-naha l-ohra tat-triq, qabzet cint, tkaxkret fuq il-haxix u regghet gholiet u spiccat f’nofs ghalqa. Fil-fatt minhabba li fejn spiccat huwa mudlam, il-Pulizija ma setghux jifhu fejn setghet spiccat il-magna. Kien is-Surgent Geoffrey MacCarthy tal-Mobile li induna meta nnota passagg fil-haxix u meta mar jara x’kien sab il-magna f’nofs l-ghalqa.

Iz-zewg roti ta’ quddiem tal-Fiesta ukoll inqalghu minn posthom u partijiet kemm mill-magna kif ukoll mill-istess karozza spiccaw tferxu diversi metri. Mad-daqqa l-Ford Fiesta daret thares fid-direzzjoni opposta fuq in-naha l-ohra tat-triq. Minn naha l-ohra l-Peugeot ukoll garbet hsarat estensivi fejn Caruana inqabat qalb it-tifrik.head-on-28-02-09b

L-ewwel ma waslu fuq il-post kienu l-Pulizija mill-Iskwadra tal-Mobile li sejhu ghall-assistenza tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Ftit wara waslu ukoll il-Pulizija tad-Distrett u zewg ambulanzi bl-infermieri u t-tim mediku tal-ERT immexxi minn Dr Jonathan Joslin. Minn hawn bdiet hidma ta’ salvtagg biex jinhareg Caruana mill-Peugeot fejn il-membri tal-Protezzjoni Civili kellhom iqacctu partijiet mill-karozza. Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qieghed isofri minn diversi ksur f’riglejh, idejh u feriti gravi f’rasu. Ghal xi hin huwa kien fil-periklu tal-mewt izda wara li nghata l-kura immedjata, iz-zaghzugh qaleb ghall-ahjar u ma baqax fil-periklu li jmut.

Minn naha l-ohra s-sewwieq tal-Fiesta, Pulis, sofra biss griehi hfief. Anke shabu sofrew griehi hfief hlief ghal wiehed ta’ 20 sena li mad-daqqa habat rasu.

Fuq il-post tal-accident mar ukoll l-Ispettur Mario Tonna mit-Taqsia tat-Traffiku u anke kien hemm l-Ispettur Keith Arnaud mid-DIK li kien l-ufficjal ‘on duty’.

B’dan l-accident giet informata l-Magistrat Dr Audrey Demicoli li ordnat inkjesta u hatret bhala esperti tal-Qorti lil Philip Zammit, it-Tabib Forensiku Mario Scerri, il-Perit Richard Aquilina  l-espert tat-traffiku Mario Buttigieg flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija. L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Joseph Agius tad-Distrett.