Bla kuxjenza lejn mara bi bzonnijiet specjali

Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig intensiv biex issib tliet kriminali involuti f’serqa li fiha aggredew mara bi bzonnijiet specjali meta kienet ghall-affari taghha fir-dar taghha f’Haz-Zebbug.

Emanuela Sciberras ta’ 43 sena nhar il-Hamis ghal habta tal-10.05 a.m. kienet wehidha dar meta sfat aggredita minn wiehed mill-hallelin flimkien ma’ iehor dahal biex jisraq lilha u lill-qraba taghha. Wara li sgassaw bieb tal-aluminium huma dahlu fir-residenza ta’ Sciberras li tinsab fi Sqaq 1, fi Triq il-Kbira. Kif il-mara indunat li kien hemm xi hadd isfel minhabba li semghet il-bieb jigi sgassat, hija marret tara x’gara. Kien hawn li wiehed mill-kriminali taha daqqa ta’ ponn fuq wiccha u imbuttaha fl-art fejn spiccat wiccha ’l fuq ’bitha interna.

Jidher li wara li dawn qalbu diversi kmamar, l-istess kriminal li sawwat lil mara, qabadha u kakxara lejn il-bieb ta’ barra fejn kompla jaggrediha fejn haliha mitluq fl-art. Wara li serqu madwar €4,100 kif ukoll oggetti tad-deheb, iz-zewg hallelin harbu mill-post u dehru jidhlu f’vann station wagon fejn kien hemm omplici iehor jistenna.

Kien wiehed mill-girien, Benjamin Piscopo, li mar jaghti l-ewwel ghajnuna lil Sciberras fejn ghena tqum mill-art kiesha peress li ma setghetx tqum wehidha u anke cempel ghall-ghajnuna.

Minn aktar stharrig li sar mill-Pulizija rrizulta li xi gimghatejn qabel, Toni Chircop ta’ 78 sena u li joqghod fl-istess dar, kien ukoll safa misruq meta sab neqsin €4,000 izda dakinhar ma kienx instab l-ebda sgass.

L-istharrig tal-Pulizija qiehed jitmexxa mill-Ispettur Sandra Zammit tad-Disrtett flimkien mas-Surgent Joe Borg u l-Ispettur Keith Arnaud mid-DIK. Il-Magistrat Dr Giovanni Grixti qed imexxi inkjesta magisterjali bl-ghajnuna ta’ diversi esperti fosthom it-Tabib Forensiku Mario Scerri u Dr Vincent Gilberti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.