Hold-up iehor fit-triq

Ir-rondi li qieghdin jaghmlu l-Pulizija tal-Mobile ma’ stabbilimenti madwar Malta biex jonqos is-serq, qeghdin ikunu effettivi u jhallu l-frott mixtieq, s’issa. Izda l-hallelin sabu metodu iehor biex jaghmlu l-‘hold-ups’ – dik li jisirqu nies innocenti li jkunu mixjin fit-triq.

L-ahhar vittma hija Julie Helen Oxra ta’ 23 sena minn Norvegja. Nhar it-Tlieta ghal habta tat-9.20 p.m. it-tfajla kienet miexja lejn ix-Xatt ta’ San Gorg, li minn hdejn l-Istitut tal-Istudji Turistici (ITS) taghti ghall-bajja. F’daqqa wahda waqfet karozza qrib taghha u minn naha tal-passiggier hareg ragel ta’ karnaggjon iswed bil-flokk mgholli sa’ nofs wiccu. Dan mar fuq it-tfajla, ipponta arma tan-nar fid-direzzjoni ta’ rasha u ordnalha ttih il-flus. Fl-istess hin hareg ukoll mill-karozza s-sewwieq, li ukoll huwa iswed, li resaq lejhom biex jassisti lill-komplici tieghu.

Itterorrizata, Julie Helen Oxra ma kellix ghazla ohra hlief li tghaddi l-basket li kellha lill-hallelin li fih kellha madwar €100 fi flus, mobajl u xi affarijiet personali. Il-kriminali hatfu l-basket u harbu minn fuq il-post f’karozza, x’aktarx VW Golf, fejn kien hemm ukoll ragel iehor fuq wara. Dawn dehru jsuqu b’velocità eccessiva u daru fejn hemm it-teatru u x’aktarx harbu ghal Triq Regjonali.

Mifxula u mbezza’ in-Norvegiza dahlet fl-ewwel post li sabet, il-‘Blue Hawaii Bar’ fejn talbet l-ghajnuna lis-sid tal-post li minn naha tieghu cempel lill-Pulizija. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Martin Sammut kif ukoll dawk mid-DIK immexxija mill-Ispettur Daniel Zammit.

B’dan il-‘hold-up’ gie informat il-Magistrat Dr Silvio Meli li ordna inkjesta filwaqt li l-Pulizija ezaminaw ukoll xi filmati li setghu ingibdu minn cameras tas-sigurtà li hemm fl-inhawi.

Dan kien il-11-il ‘hold-up’ din is-sena li seba’ minnhom saru fuq nies mixjin fit-triq.