Haddiem imut wara li nstab mitluf minn sensih

Meta llum, il-Hamis, issir l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ haddiem, ikun maghruf jekk mietx b’kawza naturali jew jekk hux kawza ta’ waqa’ fuq il-lant tax-xoghol.

Il-bierah ghal habta tas-2.00 p.m. wiehed mill-haddiema li qed jahdem fuq il-progett Midi f’Tignè, informa lis-superjur tieghu, Joseph Scicluna, li meta kien tiela’ t-tarag kien hemm ragel  mitluf minn senish fl-indana. Scicluna flimkien ma’ certu Mark Camilleri marru fuq il-post indikat sabu lil Mario Cachia ta’ 53 sena minn Santa Venera mitluf minn sensih mitluq taht it-tarag b’saqajh il-barra mill-indana. Dak il-hin Cachia kien qed jahdem wahdu jwahhal kaxxi fejn jitpoggew il-‘fire extinquishers’.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier li hadet lil Cachia l-Isptar Mater Dei fejn beda jinghata l-kura mehtiega izda madwar siegha wara l-haddiem miet. Minhabba li ma nstab ebda dmijja fuq il-post, ghadha mhix maghrufa l-kawza tal-mewt.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna li ordna inkjesta u hatar l-esperti tal-Qorti fosthom il-Perit Richard Aquilina. Fuq il-post marru ukoll ufficjali mill-Awtorità Dwar is-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol. Il-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Jesmond Micallef qeghdin jinvestgaw il-kaz.