Palestinjan ferut b’daqqa ta’ sikkina

Il-Pulizija qieghda tinvestiga dak li jista’ jkun attentat ta’ qtil li sehh fil-Floriana fuq ragel Palestinjan.

Nhar l-Erbgha ghal habta tas-1.00 a.m. Abdullah El-Roziqi Khalid ta’ 31 sena kien ghadu kif dahal fil-parti komuni tal-blokk appartamenti li jinsab fi Pjazza Emanuel S. Tonna fil-Floriana meta sema’ lil xi hadd niezel it-tarag. Minhabba li l-post huwa mudlam ma setax jara min kienu izda jaf li kienu tnejn minn nies.

Kif dawn resqu lejh, il-Palestinjan hass daqqa f’sidhru fuq in-naha tal-lemin. Huwa baqa’ tiela’ lejn l-appartament fejn kien hawn li nduna li kien inghata daqqa ta’ sikkina u aktar tard cempel ghall-ambulanza fejn gew informati ukoll il-Pulizija.

Fiq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa tal-Belt immexxija mis-Surgent Patrick Bonnici fejn sabu lil Khalid wara l-bieb jistenna l-ambulanza. Fil-fatt din waslet u hadet lill-Palestinjan l-Isptar Mater Dei fejn instab li kien qieghed isofri minn griehi hfief.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Pierre Micallef Grimaud mill-istess Ghassa tal-Belt.