Misruq minn sitt irgiel li heddewh bi ‘flick knife’

Mehmet Topaloglu, Tork ta’ 24 sena, safa aggredit u misruq waqt hold-up fejn allega li gie mhedded bi ‘flick knife’ minn sitt hallelin. Dan kien is-sitt hold-up minn ghaxra li digà sehhew din is-sena li saru fuq persuni li jkunu mixjin fit-triq.

Dan il-hold-up sehh nhar il-Hadd ghal habta tad-9.30 p.m. fi Triq Sant’ Andrija qrib il-venda tal-karozzi tal-linja f’Paceville. Dak il-hin it-Tork kien mixi ghall-affari tieghu meta, skont hu, gie avvicinat minn ragel li poggielu ‘flick knife’ mal-istonku tieghu filwaqt li tnejn ohrajn hatfuh minn wara u kaxkruh lejn trejqa.

Kif kien imdawwar huwa ra halliel iehor li kien ukoll armat b’mus. Filwaqt li l-vittma kien qed ikun aggredit minn erbat irgiel, tnejn ohra qaghdu ghassa. Minhabba li kien qieghed jinzamm minn idejh minn wara u fl-istess hin mhedded bl-imwies, Topaloglu ma setax jiddefendi ruhu.

Wiehed mill-hallelin dahhal idejh fil-but tal-qalziet tat-Tork u minn hemm seraqlu madwar 120. Wiehed minn dawk li kien qieghed izommu minn wara hallielu jdejh biex jipprova jisraqlu ukoll l-arlogg. Kif Topaloglu kellu jdejh hielsa prova jissara mal-aggressuri tant li anke rnexxielu jolqot lil wiehed minnhom f’ghajnejh b’daqqa ta’ ponn. Kien hawn li l-hallelin telqu lit-Tork u harbu minn fuq il-post. Wara li nheles Topaloglu cempel lill-Pulizija fejn beda jinvestiga l-kaz l-Ispettur Trevor Micallef tad-Distrett. Mhux qed ikun eskluz li fost il-hallelin kien hemm xi barranin involuti.

Mill-ghaxar hold-ups li sehhew s’issa din is-sena, sitta minnhom sehhew fuq nies mixjin fit-triq fejn il-vittmi kienu disa’ fosthom anke turisti. Fit-23 ta’ Jannar sehh hold-up fis-Swieqi fuq ragel mill-Filippin. Fl-1 ta’ Frar sehhew tliet hold-ups fi spazju ta’ ftit minuti, tnejn fis-Swieqi u iehor f’San Pawl il-Bahar filwaqt li nhar is-Sibt f’Wied il-Ghajn sar iehor ukoll fuq zewg turisti.

Minkejja li l-Pulizija taw l-impressjoni li t-tliet hold-ups li sehhew fl-1 ta’ Frar ma kienux konnessi, l-istess Pulizija resqu l-Qorti Libjan ta’ 38 sena u akkuzawh b’dawn it-tliet hold-ups flimkien ma’ zewg persuni ohrajn li ghadhom ma nqabdux. Il-Libjan cahad l-akkuzi imma l-Qorti cahditlu l-libertà provizorja u baqa’ jinzamm arrestat fil-Habs ta’ Kordin.