Qalu li ma kellhom bzonn ebda ghajuna

Minkejja r-rih qawwi forza 8, zewg avventuruzi Maltin pruvaw jisfidaw l-elementi billi hargu b’kenura kull wiehed fil-Port ta’ Marsamxett. Izda spiccaw jigu salvati mill-Forzi Armati ghalkemm huma stqarrew li ma kellhom bzonn ebda ghajnuna.

Nhar it-Tnejn ghal habta tal-10.05 a.m. xi nies li kienu qrib il-Berga tal-Baveria fil-Belt innuttaw zewg qaddiefa jissieltu ma’ mewg qawwi u dehru li kienu f’diffikultajiet. Ftit tal-hin wara dahlet telefonata fic-Centru ta’ Salvatagg tal-FAM f’Hal Luqa u fi ftit minuti mill-bazi Marittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben harget il-lanca ta’ salvatagg il-Melita 1 imexxija minn Lance Bombardier Anton Caruana.

kanoisti-09-02-09Il-membri tal-ekwipagg tal-Melita 1 sabu lil Dorian Vassallo ta’ 51 sena minn San Giljan u lil Albert Gambina ta’ 49 sena minn H’Attard jissieltu biex jippruvaw jidhlu mal-art. Iz-zewg qaddiefa ttellghu fuq il-lanca tal-FAM u flimkien mal-kenuri taghhom iddahhlu f’Xatt it-Tiben.

Wara li hareg dan ir-rapport fuq il-gurnal l-orizzont, ircevejt emajl minghand Albert Gambinafejn qalli li la hu u lanqas siehbu, Dorian Vassallo, ma kellhom bzonn l-ghajnuna tal-FAM “ghax kollox kien taht kontroll”.

Gambina qal li  ma jkunx hazin tghid li s-sforzi taghna kienu ghal kawza tajba, ossija li tibbenifika l-Malta Cancer Foundation. Nixtieq inzid li l-FAM kienu professjonali hafna u nixtiequ nirringrazzjawhom”. Huwa irreferina ukoll ghal rapport f’gurnal iehor.

Fil-fatt iz-zewg qaddiefa qalu li kienu sorprizi li gew salvati mill-Armata ghax qatt ma hassew li kienu fil-periklu. Vassallo qal li meta nqalbu u bdew jghumu lejn ix-xatt jigbdu l-kenura warajhom, raw in-nies fuq ix-xatt f’paniku imma hu u siehbu kienu kalmi. Kif waslet il-lanca Melita 1 hdejhom, “ghidna, issa la gew nitilghu fuqha”, qal Vassallo.

Fil-fatt huma accettaw ir-rikba fuq il-lanca tal-FAM fejn l-istess suldati mit-Taqsima Marittima ukoll hadu hsieb li jsalvawlhom il-kenuri.