Nuqqas kbir ta’ sigurtà fic-Centri ta’ Detenzjoni

Wara harba ohra minn grupp ta’ klandestini minn Hal Safi, jidher car li c-Centri ta’ Detenzjoni mhumiex attrezzati ghas-sigurtà li suppost hemm b’detriment mhux biss ghan-nies li jahdmu f’dawn ic-centri imma ukoll ghar-residenti tal-inhawi. Din kienet it-tielet harba fi spazju ta’ harba-safi-10-02-09sitt ijiem.

Kmieni it-Tlieta filghodu fil-Festa ta’ San Pawl, ghal habta tal-4.45 a.m., l-impjegati tas-Servizzi ta’ Detenzjoni li hemm fil-Barracks tas-suldati f’Hal Safi, indunaw li kien hemm numru ta’ klandestini neqsin u li dawn irnexxielhom jaharbu minn ‘Mahzen Numru 2’.

Kif inghata l-alarm gew informati ukoll c-Centru tal-Operazzjonijiet tal-FAM li flimkien mal-membri tas-Servizzi tad-Detenzjoni, immexxija mil-Logotenent Kulunell Brian Gatt, is-suldati bdew bi tfittxija ghall-klandestini li harbu. Ghalkemm in-numru li harbu baqa’ ma nghatax ufficjalment, ninsab informat li dawn kienu madwar 16 fosthom Tunezini, Egizzjani, Indjani u Marokkini u li huma l-istess fost dawk li dahlu Malta fl-1 ta’ Frar u li skont il-Ministru Carm Mifsud Bonnici kellhom jigu deportati “b’effett immedjat”.

Kienu diversi persuni li qaluli li fl-inhawi ta’ Hal Luqa u l-Imqabba, membri mid-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni imblukkaw karozzi tal-linja u bil-vetturi taghhom u telghu jaghmlu tfittixja. Ghalkemm in-numru li harbu mhux maghrub bi precizjoni, jinghad li nqabdu 11-il klandestin. Sadanittant hafna mill-klandestini f’Hal Safi komplew bil-protesti fost tkisser ta’ affarijiet u gesti oxxeni qrib ir-recint fejn setghu jidhru anke mill-pubbliku. Is-sitwazzjoni regghet giet ghan-normal sieghat wara ghalkemm xorta baqa’ jinstema’ xi storbju gej minn fejn qed jinzammu l-klandestini.

Sorsi li huma intizi fis-sigurtà qaluli li mindu partijiet mill-Barracks tal-FAM f’Hal Far u f’Hal Safi bdew jintuzaw bhala Centri ta’ Detenzjoni, dawn saru b’mod delettantesk tant li l-postijiet, specjalment f’Hal Safi, is-sigurtà xejn mhi adekwata. Is-sorsi staqsew jekk dawn ic-Centri ta’ Detenzjoni humiex verament postijiet ta’ detenzjoni jew sempliciment post li xi hadd “bi ftit ta’ avventura” jista’ johrog u jidhol meta jrid u x’hin irid. Mhux l-ewwel darba li klandestini rregistrati li suppost qieghdin imsakkrin, skont kif titlob il-ligi ta’ Malta, instabu barra jew fic-Centru Miftuh tal-Marsa minghajr hadd ma jkun induna li dawn harbu.

Sadanittant ghadu mhux maghruf kemm ezattament inqabdu minn dawk li harbu nhar il-Hamis u nhar is-Sibt li ghaddew mill-istess post. Ghalkemm kien intqal li nhar il-Hamis harbu ghaxra u nqabdu hamsa, is-sorsi fl-istess centru qaluli li harbu 11-il klandestin u nqabdu erba’. Lanqas ma ntqal jekk il-hamsa li harbu s-Sibt fil-fatt instabux.

Provajt niehu r-reazzjoni tal-Kap tad-Dipartiment tas-Servizzi tad-Detenzjoni, il-Logotenent Kulunell Brian Gatt, izda fl-ebda hin ma stajt naqbdu ghalkemm meta tkellimt ma’ gurnalisti ohrajn li rnexxilhom ikellmuh, dan irreferihom ghall-kelliem tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern. Fil-fatt  hekk ghamilt u tkellimt mal-kelliem, Darrel Pace, li minkejja li kienet Festa Pubblika u anke jinsab marid, xorta ikkopera kif seta’.