Arrestati zewg klandestini f’Malta

Zewg irgiel li dahlu Malta klandestinament qeghdin jigu investigati mill-Pulizija b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga bil-posta mill-Germanja.

L-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga arrestat liz-zewg klandestini wara sejba ta’ droga kokaina li kienet intercettata f’pakkett li kien destinat lejn indirizz f’Santa Venera.

Il-kaz imur lura ghal nhar l-Erbgha, 4 ta’ Frar 2009 meta ufficjal tad-Dwana fil-Germanja nnota pakkett suspettuz li fost oggetti ohrajn kien fih bott kbir b’likwidu li meta gie ezaminat irrizulta li kien imhallat mad-droga kokaina.

B’din is-sejba giet infurmata t-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana ta’ Malta li flimkien mal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija bdew jinvestigaw il-kaz u l-pakkett bil-kontenut kollu ngieb Malta minn ufficjal tal-Pulizija Maltija.

Minn aktar stharrig wassal biex tard is-Sibt filghodu, il-Pulizija arrestat Nigerjan ta’ 25 sena li bhalissa huwa residenti f’Bormla u li ghamel xi zmien jghix fic-Centru Miftuh f’Hal Far. Aktar tard l-istess Pulizija arrestaw zaghzugh ta’ 19-il sena minn Burkina Faso u li bhalissa jinsab residenti fic-Centru Miftuh tal-Marsa.

Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Anthony Vella, gie infurmat b’din is-sejba tad-droga li kienet se tiddahhal Malta bil-posta. Il-Magistrat hatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.