Dikjarazzjoni.

Ippermettuli nibda dan l-artiklu billi naghmel dikjarazzjoni. Dan l-artiklu miktub hawn taht ma jespremi bl-ebda mod l-opinjoni jew il-hsieb tal-gurnali ta’ l-Union Press – l-orizzont u it-torca li maghhom jien nahdem bhala gurnalist – imma huwa artiklu li qieghed nikteb jien u qieghed ikun ippublikat biss fuq dan is-sit elettroniku.

JOHN PISANI

________________________________________________________________________________________________

Mistoqsijiet li xtaqt nistaqsi lil Simon Bugeja

Bla dubju ta’ xejn l-intervisti li Simon Bugeja ghazel, jew ghazlulu, li jaghti lill-PBS u lil Times of Malta aktar komplew tefghu dubji milli ccaraw l-affarijiet u komplew hawdu mohh in-nies b’mod specjali li x-Xlukkajri li hafna minnhom huma tal-mistier bi snin twal ta’ esperjenza. Hafna minn dawn anke ilhom sajjieda minn qabel Simon Bugeja twieled.

Jien xtaqt kieku nistaqsi lil Simon Bugeja dwar il-hafna spekulazzjonijiet li s’issa ghadhom fuq fomm hafna nies u li Simon Bugeja biss jista’ jiccara u jnehhi kull dubju. Imma kif ghidt l-intervista li jien smajt ghal diversi drabi kompliet titfa’ aktar dubji.

Huwa facli li wiehed jghid li issa ghadda kollox u li hemm hemm. Ma naqbel xejn ma dan. Lanqas nista’ naqbel ma’ dak li kitbet Daphne Caruana Galizia meta kitbet li gara x’gara u jekk Simon Bugeja kellu xi tort diga’ gie kkastigat ghax tilef lil ibnu u lil missieru. Ma naqbilx ghax allura qieghdin nghidu li l-erba’ hajjiet – Karmnu, Theo, Noel Carabott u Agedi, issa ma jfissru xejn hlief statistika – numri – u xejn izjed.

Ghalhekk xtaqt li nghatajt ic-cans li nintervistah jien lil Simon Bugeja biex id-diskrepanzi bejn dak li rrakkonta lil Mark Bugeja, il-bniedem li salvah, u dak li rrakkonta lil Ruth Amaira u lil Natalino Fenech, jiccarahom hu stess. Barra minn hekk hemm hafna mistoqsijiet li ghadhom mhux imwiegbin. Mhix skuza li dawn jistghu jitellfu z-zewg inkjesti ghax Simon Bugeja tkellem fuq l-istazzjon nazzjonali u qal kif gara l-kaz. Mela l-iskuza ta’ l-inkjesti m’ghadhix valida.

Mistoqsijiet li xtaqt nistaqsi li Simon

– Simon ha nibda dwar l-isem tal-lanca. Fuqha hemm imnizzel Simshar imma rrizulta li din hija rregistrata b’isem iehor. Dan xi zball jew hemm lanca ohra?

– Simon, int ghidt li s-Simshar kienet armata minn kollox – “100%”. Mela ghaliex meta kellek dubju li seta’ kien hemm xi haga hazina ma qbadtx ir-radju u tlabt l-ghajnuna?

– Ghaliex l-apparat maghruf bhala EPIRB (Emergency Position Indicating Radio Beacon) ma hadimx?

– Intqal hafna dwar il-VMS (Vessel Monitoring System) li int ghandek fuq is-Simshar u skont int stess “kelli kollox jahdem 100%”. Tista’ tghidli ghaliex dan ma kienx qed jiffunzjona?

– Dwar il-VMS saru allegazzjonijiet kemm fil-konfront tad-Dipartiment tas-Sajd kif ukoll fuq il-Forzi Armati li dawn ma kienux qieghdin jimmoniterjawh u li kieku indunaw li int ma kontx qed tibghat sinjali kienu jaghmlu kuntatt mieghek. Tista’ ticcara ghaliex il-VMS, kif qal Raymond Bugeja, ma kienx qed jahdem fuq is-Simshar?

– Min qed jghid il-verita’ – Raymond Bugeja jew int meta iddikjarajt li kellek kollox jahdem?

– Simon jien nemmnek li kellek lanca armata minn kollox grazzi ghall-ghajnuna li rcevejt mill-UE. Dan anke ghidtu int stess. Onestament, kont taf thaddem l-apparat kollu? Xi hadd qatt xi darba wriek f’kaz ta’ emergenza kif tuza l-apparat li seta’ salva hajjet ibnek Theo, missierek Karmnu, Noel u Agedi?

– Simon ftit wara li kont salvat lil Mark Bugeja, il-kaptan tal-Grecale li salvalek hajtek, ghidtlu dan id-diskors (dejjem skont Mark) “Missieri qalli – Simon mur startjha tan-nofs (il-makna) halli naslu”. Mark Bugeja qal li int ghidtlu li dak il-hin kontu int u missierek biss u t-tifel, Noel u s-Somalu kienu reqdin. Int komplejt tghid lil Mark li kif dawwart ic-cavetta, il-makna ma startjatx u meta ergajt pruvajt hadet in-nar l-engine room. Simon int komplejt tghid lil Mark li missierek qallek biex titfi l-mejns biex toqtol il-kurrent ghax kien jidher li kien hemm xi short x’imkien. Int inzilt isfel u tfejt il-main switch tal-batteriji. Dort biex taqbad il-fire extinquisher izda n-nar ma takx cans.

Issa nixtieqek, Simon, ticcarali ftit ghax int fl-intervista li tajt lil PBS l-istorja hija totalment differenti. Int ghidt li kontu int u t-tifel biss meta “xammejt riha li qatt ma kont xammejt qabel. Mort nara u billi konna se nidhlu dakinhar mort qajjimt lit-tlieta l-ohra (missierek, Noel u Agedi). Kull ma kien hemm dawk it-tliet sekondi donnu l-Madonna ma riditx tixwihom hemm isfel. Tlajna u morna fuq quddiem. In-nirien kienu qawwijin hafna u spluzjoni remitna l-bahar ghax il-Madonna ma riditx tixwina”. Hekk ghidt lil PBS.

Liema hija l-verzjoni t-tajba? Li kontu int u missierek jew li kontu int u t-tifel? Li kien hemm short circuit jew li xammejt riha stramba? Meta int xammejt din “ir-riha stramba”, tfejt il-makni bhala prekawzzjoni?

– Simon, meta kellimt lil Raymond Bugeja dan qalli li int irrakkontajtlu li l-lanca damet taqbad madwar hames sighat. Raymond qalli dan id-diskors – “Kien missieru Karmnu, ‘it-Tabakku’, li kkalkula li s-‘Simshar’ dam madwar hames sighat taqbad sakemm din gherqet. Karmnu ikkalkula dan bhal kull sajjied tas-sengha, mid-dawl tal-qamar”.

Mela, Simon. Int ghidt lil PBS li n-nirien bdew ghal habta tas-1.00 p.m. Bhal ma taf int li ghandek esperjenza twila fuq il-bahar, kull lanca, skuna, vapur jew ajruplan li jinnota ftit duhhan fuq il-bahar huwa obbligat bil-ligi internazzjonali tal-bahar li jirrapporta u jaghti l-pozizzjoni. Kif tiggustifika li ghal hames sighat, jew forsi anke tliet sighat, hadd ma nnota d-duhhan fid-dawl tax-xemx?

– Bhal ma diga’ ghidt aktar qabel, kien hemm diversi spekulazzjonijiet u allegazzjonijiet fosthom inkwiet ma’ Sqallin, vapuri tat-tkaxkir u ohrajn. Izda f’Marsaxlokk kien hemm minn anke wasal biex jistaqsi – Mar verament jistad? Simon int mort tistad? Ghandek ic-cans tghid tieghek.

– Simon veru li hemm min johrog suppost jistad imma minflok imur jinnegozja biex idahhal f’Malta b’mod illegali materjal tal-manifattura tal-loghob tan-nar? Taf lil xi hadd li qieghed jabbuza li jgorr fuq id-daghjsa jew lanca loghob tan-nar?

– Simon, meta intervistajt lil Mark Bugeja dan qalli dan id-diskors li int ghidt lilu – “Simon anke ra helikopter fil-baxx idur, idur, tant li anke ra lil dawk li kienu fuqu. Sa dak il-hin it-tifel kien ghadu haj u ghandi dubju jekk Karmnu kienx ukoll ghadu haj u jekk huwa hekk allura kien f’xi hin nhar it-Tnejn tal-gimgha l-ohra.

“Simon qalli li l-helikopter tant nizel fil-baxx li ‘wiccu gharaftu’, seta’ jara l-ucuh. Simon beda jghajjat ‘ahna Ewropej, Maltin. Jien naf, forsi hasbuna klandestini mejtin u ma tawx kazna”

Hu pacenzja bijja Simon, ghax lill-gurnalisti li ghamlulek l-intervista jew din qabzitilhom jew kien hemm xi hadd li ma riedhomx li jistaqsuk fuq dan l-episodju. Ghalhekk li kieku hallewni nintervistak jien kont nistqasik hekk. Simon, x’hassejt dak il-hin meta rajt il-helikopter daqshekk qrib tieghek u ta’ ibnek u ftit tal-hin wara dan telaq u ma giex lura? Vera li kien hemm dan il-helikopter?

– Simon, ghaliex tul l-intervista kollha fl-ebda hin ma semmejt b’isimhom lil Noel Carabott u lil Abdulrahman Abdala Gedi?

Ghaliex ghazilt li tirringrazzja lill-Ministri u s-segretarju tal-Ministru imma insejt totalment lil dak is-suldat li rabtek, zammek

Xellug fuq Simon jitwassal l-isptar, isfel Mark Bugeja, lemin ir-rescuer jassiti lil Simon fuq il-helikopter

Xellug fuq Simon jitwassal l-isptar, isfel Mark Bugeja, lemin ir-rescuer jassiti lil Simon fuq il-helikopter

mieghu, tellek fuq il-helikopter u tul il-vjagg sa l-Isptar Mater Dei mhux biss tak l-ewwel ghajnuna medika izda kien il-hin kollu hdejk. Ghaliex li dan is-suldat u lill-piloti tal-helikopter u l-membri tal-ewkipagg tal-Patrol Boat insejthom? Jew, nirrepeti, xi hadd ma nizzilhomlokx fuq il-karta li int qrajt fejn irringrazzjat hafn nies, li bir-rispett kollu lejhom ma ghamlu xejn biex salvawk – bhal Ministri u s-segreatrju tal-ministru imma lill-Forzi Armati hallejthom barra?

– Hemm hafna aktar mistoqsijiet imma llum nieqaf hawn u nawguralek fejqan ta’ malajr.

Ma riedux li jien nintervistah

Nhar il-Hadd, 3 ta’ Awwissu kif sirt naf li Simon Bugeja kien hareg mill-isptar u qieghed id-dar, cempilt lil Romina, qariba ta’ Simon, li kif tista’ tikkonferma hi stess konna qieghdin inzommu kuntatt tul din it-tragedja. Il-hin kien 11.45 a.m. u meta staqsejta jekk stajtx immur inkellem lil Simon qaltli biex incemplilha kwarta wara halli tkellem lil Sharon, mart Simon. F’nofs inhar ezatt ergajt cempilt lil Romina izda r-risposta kienet li Simon ma kienx ghadu f’pozizzjoni li jkellem lil hadd ghalissa izda meta jkun jista’ Sharon kienet se tghidli.

Izda l-ghada, it-Tnejn, 4 ta’ Awwissu Simon accetta li jaghti intervisti biss lil PBS u lil Times of Malta. Ovvja jien kif sirt naf cempilt lil Romina biex nara kif il-gurnata ta’ qabel Simon ma ried ikellem lil hadd u l-ghada tfaccaw dawn l-intervisti. Ir-risposta ta’ Romina ma kinitx sodisfacenti. Ftit tal-hin wara ircevejt telefonata minghand Randolph Spiteri, is-Segretarju tal-Ministru George Pullicino, biex ikun jaf ghaliex jien cempilt lill-familja Bugeja. Skond Randolph Spiteri r-raguni li Simon ma riedx jaghti intervista lili ghax ma jridx idahhal il-politika fin-nofs. Politika? Li ma qallix Randolph Spiteri kien li waqt l-intervista hu kien hemm personalment jissorvelja dak li kien qieghed jinghad. Li ma qallix Spiteri kien li fl-ahhar ta’ l-intervista kien Simon stess, jew min tah il-lista ta’ ringrazzjamenti, li dahhal il-politika tant li Simon Bugeja spicca biex jirringrazzja lill-Ministru ta’ Randolph Spiteri, lil Randolph Spiteri u lill-Ministri kollha….imma skond Randolph Spiteri, Simon Bugeja ma riedx idahhal il-politika.

Dak li ghamel Randolph meta lili cempilli fuq il-mobajl tieghi personali u n-numru tieghu hallih “Witheld” biex ma nkunx naf min qed icempel, imur kontra kull etika professjonali u jien inqisu bhala indhil fix-xoghol tal-gurnalisti f’pajjiz fl-UE fejn suppost hemm il-liberta’ tal-istampa.

B’dan l-indhil jien informajt lill-Istitut tal-Gurnalisti Maltin.