IMPORTANTI

DAN IL-BLOG ISSA M’GHADUX JINTUZA U MINFLOK MORRU FUQ http://www.johnpisani.net

FUQ DAN IS-SITE HEMM L-ARTIKLI KOLLHA LI KIEN HEMM FUQ DAN IL-BLOG BIR-RITRATTI KOLLHA UKOLL.

GHALDAQSTANT ISSA IDHLU FUQ http://www.johnpisani.net

GRAZZI TAL-APPOGG

John Pisani

SINJURI

Kif ghidtilkhom il-gimgha l-ohra il-blog https://johnpisani.wordpress.com se jieqaf u minflok issa sar website bl-isem ta’ http://www.johnpisani.net

Ghalissa dan is-site jinsab fl-stadju finali ta’ kostruzzjoni imma xorta tistghu tidhlu fih.

Id-disinn ta’ din il-website sar minn Eric Mangion u kienet zviluppata minn Noveltika Systems.

Napprezza hafna l-kummenti taghkom

Tislijiet

John Pisani

LIBSA GDIDA U AKTAR PROFESSJONALI

GDIDA

Mill-gimgha d-diehla dan il-blog ma jkomplix imma minflok se jkun trasferit kollox ghal fuq http://www.johnpisani.net

Gebel jaqa’ fuq in-nies u karozzi

Gebel jaqa'Dawk li ta’ kuljum jipparkjaw il-karozzi taghhom taht is-sur, fejn darba kien hemm il-lift tal-Barrakka, qeghdin jissugraw li jaqilghu daqqa ta’ gebla li kultant jiem jaqghu mis-sur stess.

Kienu diversi impjegati, fosthom dawk tad-Dwana, li lmentaw dwar il-periklu serji li hemm minn dan il-gebel li qieghed icedi. Mhux l-ewwel darba li bicciet tal-gebel imdaqqas jispicca fuq karozzi li jkunu pparkajti. Dawk li jafu b’dan il-periklu, jew mhumiex jipparkjaw il-karozzi taghhom hemm jew jekk jipparkjaw ihalluhom ’il barra mis-sur.

Izda dawk li mhumiex konxji b’dan il-periklu serju spiccaw bil-karozzi taghhom igarbu hsarat estensivi. Nhar il-Hamis morna naraw il-post u sibna bicciet tal-gebel li kienu cedew mis-sur izda imkien ma rajna la tabelli li javzaw li hemm periklu u lanqas ilqugh bhal ma hemm qrib il-Waterfront.

Sorsi li tkellmu maghna qalulna li l-awtoritajiet huma konxji b’dan il-periklu izda qatt ma ghamlu xejn. Forsi ghax hemmhekk jintuza mill-haddiema Maltin u ma jmorrux turisti bhal ma jmorru hdejn il-Waterfront, ilmenta maghna impjegat tad-Dwana.

Waqa’ sular u nofs bl-iscafolding

Ghal darb’ ohra sehh accident iehor fuq il-post tax-xoghol fejn haddiem  qieghed jissielet ghal hajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.

L-accident sehh ilbierah ghal habta ta’ 12.10 p.m. fil-post fejn qed jinbena kumpless iehor tal-kumpanija Lidl fi Triq tal-Barrani fiz-Zejtun. Dak il-hin Marco Camilleri ta’ 32 sena minn Hal Qormi kien qieghed fuq scafolding gholi ta’ madwar sular u nofs iwahhal il-ventijiet tas-suffett. Jidher li Camilleri seta’ ha skoss minhabba l-ghodda li kien qed juza b’konsegwenza li l-iscafolding iccalqet u ghelbet b’Camilleri jibqa’ niezel maghha b’kollox.

Fuq il-post marru l-Pulizija mill-Ghassa taz-Zejtun immexxija mis-Surgenti Antoine Fenech u Malcolm Pace flimkien mal-Kuntistabbli Stefan Aquilina. Kif waslu u marru fejn sehh l-accident sabu lil Camilleri fl-art f’ghadira demm. Huma sejhu ghall-ambulanza li hadet lill-haddiem l-Isptar Mater Dei fejn mill-ewwel ezamijiet medici rrizulta li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Tonio Micallef Trigona li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Mario Cassar bhala espert tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija. L-ufficjal Sylvana Bonello u Konrad Micallef mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol sthargu ukoll dan l-accident.

Haddiem zaghzugh isofri hruq f’idejh u xaghru

Roderick Vassallo ta’ 20 sena mill-Hamrun sofra hruq fis-swaba u xaghru meta sehhet spluzjoni minn blow lamp meta kien qed jahdem fil-bini tal-Ministeru tal-Finanzi fi Triq Zekka fil-Belt.

L-accident sehh nhar il-Hamis ftit wara nofsinhar meta Vassallo kien qed jahdem bil-blow lamp imhwahhla ma’ cilindru tal-gass. F’hin minnhom il-pajp li kien ikkonettjat mac-cilindru inqala’ minn postu u sehhet spluzjoni b’konsegwenza li nirien hakmu lil Vassallo.

Kien l-intervent f’waqtu ta’ Mario Mifsud, li jahdem fil-Ministeru, li kif sema’ hoss qawwi u dar biex jara x’gara ra n-nirien jahkmu lil Vassallo. Huwa qabad fire extinquisher u kien pront tefa’ n-nirien u hareg lill-vittma ’l barra.

Fuq il-post issejht ambulanza b’infermiera li bdew jaghtu l-ewwel ghajnuna medika lil Vassallo u wara haduh l-Isptar Mater Dei fejn kompla jigi ikkurat minn Dr Jonathan Joslin. Irrizulta li l-haddiem zaghzugh kien qed isofri minn hruq imma gie cciertifikat li griehi huma ta’ natura hafifa.

B’dan l-accident gew informati l-Ufficjali mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol fejn qeghdin investigaw il-kaz Shylon Muscat u Norman Spiteri. Minn naha tal-Pulizija l-istharrig sar mill-Ispettur Alfred Mallia flimkien mas-Surgent Kenneth Brignano.

Malti li kien imfittex fl-Olanda, lura Malta hieles

LA ROSA QORTIHidma intensiva mill-Pulizija ta’ Malta biex jinstab Malti li kien ilu imfittexx mill-Awtoritajiet Olandizi fuq akkuzi ta’ konspirazzjoni ta’ traffikar ta’ droga, sfumat fix-xejn meta l-Qrati Olandizi taw sentenza hafifa lil dan il-Malti biex wara biss ftit granet gie lura Malta.

Darren Alfred Vassallo La Rosa ta’ 36 sena, imwieled l-Ingilterra imma residenti San Pawl il-Bahar, kien tressaq il-Qorti biex ikun estradit wara li nhareg mandat ta’ arrest Ewropew kontrih. Huwa kien arrestat mill-Pulizija Maltija fis-27 ta’ Marzu 2009 wara jiem ta’ osservazzjoni. Dakinhar huwa deher hiereg minn blokk appartamenti fil-Qawra u ftit wara gie avvicinat mill-Pulizija u arrestat.

Vassallo La Rosa kien imfittex mill-Olandizi fuq akkuzi ta’ konspirazzjoni fit-traffikar ta’ madwar 11-il kilo droga haxixa fejn kien allegat li anke kien hemm involuti membri tal-gudikatura barranin.

Meta tressaq il-Qorti mil-Ispettur Mario Cuschieri mit-Taqsima tas-SIRENE, Vassallo La Rosa ghazel li jigi estradit lejn l-Olanda.

Dan l-ahhar waslitli informazzjoni li ftit tal-jiem wara li Vassallo La Rosa kien estradit, dan kien qed jidher in-Naxxar. Fil-fatt irrizulta li meta Vassallo La Rose tressaq il-Qorti fl-Olanda u nstab hati, inghata sentenza ta’ ftit jiem xoghol fil-kommuntà u multa. Ftit wara huwa rega’ gie Malta.

Sorsi qrib id-Depot tal-Pulizija qalulna li sentenzi redikoli bhal dawn ibaxxu l-moral tal-Pulizija fejn jiem ta’ investigazzjoni u sorveljanza biex jinqabad persuni imfittxija minn pajjiz iehor, jispicca hieles wara ftit jiem minhabba s-sentenza redikola mill-istess pajjiz li riedu.

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.