Uncategorized


IMPORTANTI

DAN IL-BLOG ISSA M’GHADUX JINTUZA U MINFLOK MORRU FUQ http://www.johnpisani.net

FUQ DAN IS-SITE HEMM L-ARTIKLI KOLLHA LI KIEN HEMM FUQ DAN IL-BLOG BIR-RITRATTI KOLLHA UKOLL.

GHALDAQSTANT ISSA IDHLU FUQ http://www.johnpisani.net

GRAZZI TAL-APPOGG

John Pisani

SINJURI

Kif ghidtilkhom il-gimgha l-ohra il-blog http://johnpisani.wordpress.com se jieqaf u minflok issa sar website bl-isem ta’ http://www.johnpisani.net

Ghalissa dan is-site jinsab fl-stadju finali ta’ kostruzzjoni imma xorta tistghu tidhlu fih.

Id-disinn ta’ din il-website sar minn Eric Mangion u kienet zviluppata minn Noveltika Systems.

Napprezza hafna l-kummenti taghkom

Tislijiet

John Pisani

Tinqadilha l-pala ta’ idejha f’makna tal-ghasir

Kienet reazzjoni immedjata minn impjegata fil-laundry room tal-Lukanda Excelsior fil-Floriana li mara ohra ma sofrietx hotel-excelsior-21-04-091feriti aktar gravi meta l-pala ta’ idha inqabdet fir-roller li jaghsru l-lozor.

L-accident sehh nhar it-Tnejn ghal habta tas-1.40 p.m. meta Victoria Cassar ta’ 56 sena minn Birzebbuga kienet qeghda tahdem flimkien ma’ tliet kollegi taghha li kienu qeghdin jitwu l-lozor li kienu hergin mir-roller. F’hin minnhom huma semghu lil Victoria tghajjat u wahda mill-kollegi taghha, Maria Scicluna ta’ 48 sena minn Wied il-Ghajn, kienet pronta u ghafset il-buttuna tal-emergenza u waqfet il-makna. Kollega ohra baqghet maghha ukoll ixxarbilha wicca sakemm waslet l-ghajnuna.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier u Dr Michael Spiteri mill-ERT kif ukoll membri tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili mmexxija mill-ufficjali James Newell, Anthony Portelli u Chris Buttigieg. Kif waslu sabu lit-teknici tal-lukanda stess li elevaw ir-rollers biex id il-mara setghet tinhareg. Bl-accident gew informati ukoll il-Pulizija fejn marru dawk mill-Ghassa tal-Belt immexxija mis-Surgent Patrick Bonnici.

Wara li nhargitilha idejha, Cassar bdiet tinghata l-ewwel ghajnuna medika fl-ambulanza sakemm twaslet l-Isptar Mater Dei fejn instabet li kienet qeghda ssofri minn grieh gravi fis-swaba’ tal-pala tal-leminja. Il-mara giet operata biex ikunu salvati s-swaba’.

L-istharrig tal-Pulizija qed jitmexxa mill-Ispettur Alfred Mallia tad-Distrett filwaqt li minn naha tal-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol, qed jinvestiga David Saliba.

 

Attentat fuq Ufficjal tal-Habs u l-familja tieghu

gwardjan-fire-25-03-09Il-Pulizija qeghda zzomm ragel miz-Zejtun biex jghinhom fl-investigazzjonijiet dwar attentat fuq il-hajja ta’ ufficjal li jahdem bhala Gwardjan fil-Habs ta’ Kordin kif ukoll fuq il-familja tieghu li allegatament tard nhar l-Erbgha filghaxija ta n-nar zewg karozzi u parti mir-residenza tad-dar fejn joqghodu fi Triq San Leonardu f’Haz-Zabbar.

Il-kaz sehh ghal habta tal-11.00 p.m. meta l-ufficjal kien id-dar flimkien mal-familja fosthom zewgt itfal zghar. Dak il-hin il-familja kienu reqdin meta kien l-istess ufficjal li qam mahsud meta sema’ hsejjes gejjin minn barra u ra duhhan fl-intrata tad-dar.

Flimkien ma’ martu u omm il-mara, il-gwardjan prova jikkontrolla n-nirien biex ma jkomplux jinferxu mad-dar. Fl-istess hin zewg karozzi li kienu pparkjati quddiem ir-residenza ukoll inghataw in-nar fejn irrizulta li xi hadd kien tefa’ kwantita’ ta’ thinner biex in-nirien jinferxu malajr.

Diversi girien hargu mid-djar taghhom biex jghinu lill-familja u anke cemplu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li waslu fi ftit hin u kkontrollaw in-nirien. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll Gwardjani ohrajn tal-Habs b’turija ta’ solidarjetà. Huwa mifhum li anke l-Agent Direttur tal-Habs, is-Supretendent Brian Zammit zar lill-familja.

Il-Ministru ta’ ghall-Gustizzja u l-intern, Carmelo Mifsud Bonnici, ukoll wera s-solidarjetà tal-Ministeru mal-Ufficjal u l-familja tieghu.

 

Programm ta’ Grajjiet Kurrenti fuq Favourite Channel

xpressMinghajr ma nanticipa se jkun hemm fuq il-programm, nappella lil kull min ghandu interess il-kriminalità u l-Korp tal-Pulizija, biex ma jitlifx dan il-programm. Tqajmu diversi punti fosthom anke jekk il-Pulizija ghandix biex tahdem, problemi li jiffaccjaw il-Pulizija tad-Distrett u anke taqsimiet ohrajn.

L-Opinjonista Manuel Micallef nhar it-Tnejn, 9 ta’ Marzu, 2009 se jilqa’ fl-istudjo divers esperti, biex flimkien janalizzaw u jiddiskutu l-qaghda tal-kriminalità f’pajjizna.

Il-mistednin fl-istudjo ta’ Favourite Channel huma Dr Ivan Mifsud – Chairman tal-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs ta’ Kordin; Joe Gerada – Chairman tat-Task Force dwar il-White Paper tal-Gustizzja Riparatrici jew kif inhi maghrufa ahjar ‘il-Parole’; Dr Sandra Aquilina – Lecturer fl-Istitut tal-Istudji Forensici; Charles Miceli mill-Caritas; Dr Michael Falzon, Kelliem Ewlieni dwar l-Intern u s-Sigurtà u l-gurnalist investigattiv tal-Union Print, John Pisani.

Il-programm jinkludi servizzi dwar is-suggett u intervisti ma’ tliet esperti ohrajn f’dan il-qasam.

Bi produzzjoni ezekutiva tal-gurnalist Brandon Pisani, X-PRESS jixxandar it-Tnejn 9 ta’ Marzu, 2009, fid-9.00 p.m. fuq Favourite Channel (fuq Melita Cable – Analogue Ch31; Digital Ch108; u Reception U30).

 

Missier imut mghaffeg taht pallet mimlija hgieg

Charles Balzan ta’ 37 sena minn Wied il-Ghajn tilef hajtu tragikament meta it-Tlieta tghaffeg taht madwar tunellata hgieg li kien qieghed jinhatt minn container. Balzan, li huwa missier ta’ tfajla ta’ 14-il sena, huwa l-ewwel haddiem li tilef hajtu fuq il-post tax-xoghol mill-bidu ta’ din is-sena.

fatali-zebbug-13-01-09L-accident fatali sehh ghal habta tal-9.55 a.m. meta l-haddiema tal-kumpanija White Brothers kienu qieghdin ihottu pallets kbar mimlijin hgieg ghall-kumpanija Cam Ler Glass and Mirror Works fi Triq is-Sindku P. Vella f’Haz-Zebbug. Dak il-hin flimkien ma’ Balzan kien hemm ukoll Christian Paris, l-operatur tal-lifter li beda johrog il-pallets mill-container u jpoggihom fuq lifter iehor biex jiddahhlu fil-mahzen ta’ Cam Ler Glass and Mirror Works.  X’aktarx li Balzan kien qieghed jidderigi l-pallet meta wahda minnhom kienet se taqa’ u bl-instint uman, Balzan x’aktarx li prova jzommha konxju li jekk taqa’ fl-art kienet se ssir hafna hsara. Izda t-toqol tal-hgieg kbir li kien hemm fil-pallet ghaffeg lil Balzan li miet fuq il-post f’nofs it-triq.

L-ghajnuna medika kienet immedjata fejn fuq il-post marret ambulanza b’infermiera flimkien ma’ infermier iehor volontier u t-Tabib Michael Spiteri mill-Emergency Response Team kif ukoll it-team tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili immexxija mill-Ufficjal Tony Pisani. Kien l-istess Dr Spiteri li iccertifika lil Balzan mejjet kawza tal-griehi gravi li sofra.

Fuq il-post tal-fatalità marru l-Pulizija tad-Disrtett immexxija mis-Supretendent Lawrence Cutajar, l-Ispettur Sandra Zammit u s-Surgenti Mark Anthonu Chetcuti u Ashley Bugeja li bdew jinvestigaw il-kaz u anke tkellmu ma’ diversi persuni li raw l-accident isehh.

Il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Antonio Mizzi, gie informat u ordna inkjesta fejn hatar lill-Perit Richard Aquilina u lit-Tabib Forensiku Mario Scerri bhala esperti tal-Qorti flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija. Gew informati ukoll bl-accident l-Ispetturi mill-Awtorità tas-Sahha u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol fejn fuq il-post marru David Saliba, Charles Cachia u Charles Micallef.

gzira-fire-13-01-09Jinqerdu tliet coaches fil-Gzira

F’xita li nizlet minghajr waqfien, il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili ssieltu ghal hin twil biex jikkontrollaw nirien kbar li hakmu tliet coaches tal-marka Ghabbour fis-sighat bikrin tal-bierah filghodu.

Ghal habta tas-2.30 a.m. il-familja Mifsud qamet mahsuda minn hsejjes ta’ tfaqqiegh u riha qawwija ta’ nirien. Ix-xokk li hadu l-ahwa Emanuel ta’ 38 sena u Joseph ta’ 48 sena kien kbir meta raw li n-nirien kienu gejjin minn spazju biswit fejn joqghodu fi Triq Tas-Sliema fil-Gzira fejn kellhom ipparkjati tliet coaches.

Fi ftit minuti waslu l-membri tal-Protezzjoni Civili kif ukoll il-Pulizija tal-Mobile u dawk tad-Distrett immexxija mis-Surgent Lee Dimech li ghalqu t-triq u evakwaw li residenti li kienu fil-qrib bhala prekawwzjoni. Dan is-sit elettroniku segwa mill-qrib l-operazzjoni tat-tifi tan-nar li minkejja x-xita qalila n-nirien komplew jizdiedu.

L-intervent tal-membri tal-Protezzjoni Civili ma waqaf xejn u kif it-tyres tal-coaches bdew jiehdu n-nar l-inhawi intlew bi dhahen suwed tant li xi bini fil-qrib ma kienx jidher aktar. Fuq il-post issejhu l-haddiema tal-Korporazzjoni Enemalta li skonnettjaw il-kurrent elettriku tal-inhawi biex ikun evitat aktar periklu. In-nirien mhux biss qerdu t-tliet coaches izda ukoll ikkawzaw hsarat strutturali f’xi bini.

B’dan il-hruq gie informat il-Magistrat tal-Ghassa, Dr Michael Mallia, li ordna inkjesta u hatar diversi esperti fosthom lill-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. L-Istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud tad-Disrtett.

casualty-13-01-09EMERGENZA FL-EMERGENZA

Id-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei minn nhar it-Tlieta kompla sar Emergenza meta minhabba xi direttiva l-ebda tobba mis-swali ma marru jassistu lit-tobba fl-Emergenza.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit elettroniku qalu li kienu ilhom diversi sighat jistennew biex ikunu ezaminati minn xi tabib u kull darba li dawn staqsew, ir-risposta kienet li qieghdin jaghmlu mill-ahjar fic-cirkostanzi.

Sorsi qrib il-Ministeru tas-Sahha qalu lil dan il-gurnal li tard waranofsinhar ta’ nahr it-Tlieta kien hemm erba’ tobba biss fid-Dipartiment kollu tal-Emergenza u wiehed minn dawn it-tobba ghad m’ghandux il-warrant. Dan ifisser li dan it-tabib la jista’ jawtorizza biex pazjent jinzamm fl-isptar u lanqas jista’ jirilaxxah. B’hekk jekk jezamina pazjent, l-istess pazjent ikollu jistenna tabib iehor biex jawtorizzah jekk jibqax hemm jew imur lejn id-dar, sakemm il-pazjent ma jaqbadx u jitlaq hu minn jheddu.

Izda l-problema li kien hemm nhar it-Tlieta fl-Emergenza kienet minhabba direttiva li nghatat lit-tobba fis-swali biex ma jassistux lill-kollegi taghhom anke jekk ikollhom bzonn ta’ aktar tobba. Is-sorsi taghna qalulna li ghaldaqstant it-tobba fl-Emergenza tal-Isptar Mater Dei bdew jezaminaw u jikkurraw pazjenti li kienu l-aktar gravi.

L-istess sorsi qalulna li kull pazjent li jmur fl-Emergenza ikun ezaminat skond il-gravità u bhal ma kienet is-sitwazzjoni l-bierah it-tobba setghu jaraw biss dawk verament gravi. Kazijiet ohrajn, meqjusin bhala ‘Priority 2’ li jinkludu xi ksur zghir, pazjent li jkun ilu mugugh ghal xi zmien u ma jafx ezatt x’ghandu, xi hadd li lewa riglejh jew idu u kazijiet simili, dawn kellhom jistennew madwar seba’ sighat.

L-aghar ghax il-htija bdiet tinghata lit-tobba u lill-infermieri li bdew jaghmlu l-almu taghhom kollu fejn sa certu punt pruvaw anke jaghmlu l-impossibli, sahqu s-sorsi.

minorenni

Minorenni esposti fuq il-Hi5

Is-sit elettroniku Hi5 fuq l-Internet filwaqt li jghaqqad hafna hbieb flimkien minn madwar id-dinja, huwa wkoll sit li jista’ jikxef individwi li jkunu f’postijiet fejn x’aktarx li mhux suppost ikunu.

Dan l-ahhar zewg tfajliet Maltin poggew fuq il-Hi5 ritratti taghhom jizfnu fi klabb li jinsab fit-Tramuntana ta’ Malta. F’dawn ir-ritratti hemm zeffiena tfajliet libsin imqacctin hafna imma fl-istess hin mhux oxxeni. Sorsi qaluli li fis-socjetà tal-lum dawn huma accettabli imma skont l-udjenza u n-nies li jithallew jiffrekwentaw dawn il-postijiet. Fil-fatt fir-ritratt jidhru car li waqt li zewg tfajliet qeghdin jizfnu fuq mejda bil-warrani kwazi mikxuf, ezatt tahthom u qrib taghhom jidhru subien u bniet li huma minorenni.

Is-sorsi taghna staqsew jekk dawn il-minorenni kienx posthom f’dan il-lokal fejn huwa mifhum li anke xorb alkoholiku jkun servut. Mhux maghruf jekk il-Pulizija humiex konxji ta’ dawn l-attivitajiet.

Is-sena l-ohra l-Pulizija kienu ghamlu rejd f’diversi stabbilimenti f’Paceville u l-Qawra bi klijentela esklussiva ta’ rgiel biss. Dakinhar kienu gew arrestati 31 tfajla barranija, maghrufin bhala ‘lap dancers’ ghax kienu libsin imqacctin waqt li kienu qieghdin jizfnu. Id-differenza hija li f’dawn il-lokalitajiet l-entratura kienet ghal persuni maturi biss.

Il-31 tfajla, li l-etajiet ivarjaw bejn it-18 u t-30 sena, kienu kollha tressqu l-Qorti b’urgenza izda kollha kienu gew illiberati. Fost l-akkuzi li l-Pulizija kienu gabu kontra dawn iz-zeffiena kien hemm li offendew il-morali b’ghemil li sar f’post pubbliku u li kienu lebsin indicenti.

Fis-sentenza tieghu l-Magistrat Antonio Mizzi ddeplora mhux biss il-mod li bih tmexxew l-investigazzjonijiet li wasslu ghal dawn il-proceduri, tant li f’mument minnhom sa wasal biex iddeskrivihom bhala “fishing expedition” min-naha tal-Pulizija, imma kkritika wkoll il-mod xejn dinjituz li bih kienu trattati whud mit-tfajliet. Fil-fatt dakinhar li gew arrestati kien hemm minnhom li ttiehdu d-Depot bil-ftit hwejjeg li kellhom fuqhom bl-iskuza li l-Pulizija riedu jiehdulhom ir-ritratti.

35 klandestin iehor neqsin

Ghal darb’ ohra l-ibhra Maltin regghu raw tragedja tal-klandestini b’madwar 35 persuna jispiccaw mgharrqin. Izda din l-ahbar baqghet ma hargitx ufficjal b’sorsi qrib il-Forzi Armati ta’ Malta jsostnu li mhux bil-fors dawn gherqu kollha.

Il-kaz kellu l-bidu tieghu nhar il-Gimgha meta l-helikopter Germaniz Puma informa lic-Centru tal-Operazzjonijiet tal-FAM f’Hal Luqa li madwar 40 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Malta kien hemm dghajsa bil-klandestini u li fuqha kien hemm madwar 35 persuna.

Aktar tard ittajjar l-ajruplan Islander tat-Taqsima tal-Ajru tal-FAM u ghal habta tal-5.00 p.m. salpat mill-Bazi Marittimu f’Xatt it-Tiben il-Patrol Boat P-51. Izda minkejja t-tfittxija intensiva ma nstabet ebda dghajsa bil-klandestini.

L-ghada filghodu, is-Sibt, saret tfittxija ohra mill-ajru li wkoll irrizultat fin-negattiv. Peress li ma kien hemm ebda tracca ta’ din id-dghajsa, il-Hadd u t-Tnejn ma saret ebda tfittxija.

Kien it-Tlieta filghodu li l-frejgata Franciza ‘Arago’ irrapportat li kien hemm sitt kadavri f’wicc il-bahar madwar 30 mil nawtiku minn Malta u ghalhekk fl-istess inhawi fejn intlemhet id-dghajsa bil-klandestni. Aktar tard ajruplan mil-Lussemburgu li kien qieghed jiehu sehem fl-operazzjoni tal-Frontex b’ekwipagg civili, irrapporta tliet kadavri ohrajn. It-Tlieta stess ghal habta tan-12.30 p.m. rega’ ttajjar l-Islander fejn fil-post indikat intlemhu madwar ghaxar kadavri kif ukoll diversi life jackets u oggetti ohrajn f’wicc il-bahar.

It-tfittxija mill-Islander saret fuq mhedda mdaqqsa u sfortunatament ma nstab hadd haj la fil-bahar u lanqas fuq xi dghajsa jew iggranfati ma’ parti mid-dghajsa li kienu fuqha.

Aktar tard marret fuq il-post indikat il-Patrol Boat P-52 tal-Forzi Armati biex tkompli bit-tfittxijiet izda jidher li ma nstab xejn, lanqas il-kadavri li ntlemhu qabel. Sorsi qrib il-FAM qaluli li mhux bilfors li l-kaavri li ntlemhu kienu fuq id-dghajsa b’35 klandestin u li dawn setghu kienu grupp iehor.

Izda peress li l-Erbgha filghodu, wara li l-gurnal l-orizzont irrapporta b’mod esklussiv din l-ahbar, l-istampa internazzjonali wriet interess, specjalment minn Sqallija. Ghaldaqstant kollox jindika li d-dghajsa bil-35 klandestin fuqha baqghet ma dahlet imkien.

Next Page »