Misruqin €400 f’hold-up f’San Pawl il-Bahar
Kompliet il-mewga ta’ hold-ups din id-darba l-vittmi jkunu zewg impjegati fi spizerija f’San Pawl il-Bahar.
Nhar it-Tnejn ghal habta tal-9.45 a.m. ragel ta’ madwar 50 sena b’xaghru twil migbud bit-toppu u liebes gakketta sewda, dahal f’St Paul’s Pharmacy li tinsab fi Triq San Pawl qrib il-fergha tal-Bank of Valletta fejn dak il-hin kien hemm klijenta. Minghajr ma lissen kelma wahda, newwel karta lill-ispizjara, tfajla ta’ 24 sena mir-Rabat, Ghawdex. Ghall-ewwel hasbet li kienet xi ricetta ta’ tabib izda meta qrat x’kien hemm miktub inhasdet ghax sabet li kienet nota ta’ theddida miktuba bl-Ingliz. Fuq il-karta l-halliel wissa biex toqghod kwieta, thares lejn idejh u ttih il-flus kollha li kellha fil-cash register. L-ispizjara u l-kollega taghha, tfajla ta’ 19-il sena mill-Iklin, hasbu li kienet xi cajta u tbissmu, izda r-ragel deher aqed jinnervja u beda jsabbat idejh fuq il-bank. Ghalkemm il-kriminal ma hareg ebda arma, beda jaghmel mossi li kellu arma mohbija taht il-gakketta.
B’xokk fuqha l-ispizjara fethet il-cash register u tat lill-halliel madwar xi flus imma l-halliel ma kienx kuntent u beda jsabbat fuq il-cash register u beda jaghmel aktar mossi li kien se johrog arma. Ghaldaqstant l-ispizjara qabdet u tat il-flus kollha li kien hemm, madwar €400 u dan harab minn fuq il-post bil-mixi. Jidher li l-kriminal kien wahdu u l-Pulizija nghataw x’jifhmu li huwa barrani.
Il-Pulizija saru jafu b’dan il-hold-up minn ufficjal tal-Bank of Valletta minhabba li l-impjegata marret titlob l-ghajnuna hemmhekk. Kif inghata l-alarm il-Pulizija tal-Mobile ghamlu roadblocks fl-inhawi filwaqt li dawk tad-Distrett, immexxija mill-Ispettur Paul Bond u s-Surgent Patrick Cassar, marru fuq il-post fejn sehh il-hold-up. Aktar tard marru ukoll il-Pulizija mid-DIK fosthom l-Ispettur Joseph Mercieca li huwa l-Kap tal-Iskwadra ta’ Kontra l-Hold-ups.
Minn stharrig li sar irrizulta li ghalkemm il-halliel ma kienx mghammad, f’idejh kien liebes x’aktarx ingwanti tal-plastik biex ma jhalli ebda marki tas-swaba. Huwa kien deskritt bhala ragel ftit twil, ghajnejh blu b’xaghru twila u toppu griz u wiccu ruxxan.
B’dan il-hold-up, it-23 wiehed li nafu bihom, giet informata l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li ordnat inkjesta u hatret lil Joseph Azzopardi bhala espert tal-Qorti flimkien mal-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.