Zaghzugh jehlisha mill-mewt f’accident gravi
Luke Vella mill-Imgarr, Malta, li fit-18 ta’ Dicembru jaghlaq 20 sena, jista’ jghid li rega’ twieled mill-gdid nhar is-Sibt, 15 ta’ Novembru 2008 fit-3.30 a.m. meta sofra xi griehi izda helisha mill-mewt f’accident gravi hafna.
Il-kaz sehh fi Triq l-Imgarr meta dak il-hin Luke Vella kien qed jirritorna d-dar. Kif wasal kwazi fl-ahhar bicca tat-triq qabel idur ghal Triq iz-Zebbiegh, Vella tilef il-kontroll tal-karozza BMW, tela’ fuq il-bankina u baqa’ jsuq ghal madwar 30 metru fuq il-bankina u habat b’impatt enormi f’hajt ta’ ghalqa. L-impatt tant kien qawwi li l-BMW litteralment spiccat maqsuma u zarmata kollha.Kull ma kien fadal shih mill-karozza hija l-bagoll u l-fanali ta’ wara biss.
Dak il-hin fl-inhawi kien hemm unit tal-Pulizija mill-Iswadra tal-Mobile li waslu fuq il-post fi ftit minuti. Il-Kuntistabblijiet Raymond Saliba u Mark Cremona, flimkien ma’ sewwieq li kien ghaddej, taw l-ewwel ghajnuna liz-zaghzugh. Huma sabuh bil-qieghda fl-art fejn suppost kien hemm il-qiegh tal-karozza. Biex inqala’ minn fejn kien il-Pulizija kellhom jelevaw ftit l-isteering u hargu lil Vella sakemm fuq il-post waslet ambulanza b’infermier li taw l-ewwel ghajnuna medika liz-zaghzugh. Fuq il-post tal-accident marru wkoll il-membri tal-Protezzjoni Civili li komplew jassistu fl-operazzjoni ghalkemm din id-darba ma kellhomx ghalfejn iqacctu l-ebda parti tal-karozza biex jinhareg is-sewwieq.
Ix-xena tal-accident kienet impresjonanti. Il-makna inqalghet minn postha, ir-radiator ukoll inqala’ spicca imwahhal fil-hajt u diversi partijiet tal-karozza tferxxu ghal diversi metri tul it-triq. Qraba ta’ Vella li gew fuq il-post ukoll baqghu impresjonati u ddiskrivew il-fatt li Luke sofra biss xi griehi bhala “miraklu”.
Is-Surgent Annmarie Vella flimkien mal-Kuntistabbli Ronnie Marmara mill-Ghassa tal-Mosta hejjew rapport tal-accident.
