
Insterqu aktar minn €3 miljuni f’46 kaz
• Illum kulhadd huwa konxju kemm il-kriminali huma sofistikati u li hafna drabi jkunu pass qabel il-Pulizija. Dan jafuh anke l-istess Pulizija. Ghaldaqstant mhux ta’ b’xejn li l-kriminalità f’pajjizna kompliet tizdied tant li mill-2002 sal-lum saru 346 ‘hold-up’ li nafu bihom ahna. Izda llum se nharsu biss lejn 46 ‘hold-up’ li sehhew f’dan il-perjodu li nqisuhom bhala kbar u cioè fejn insterqu iktar minn €11,747 (Lm5,000) u li sa fejn nafu ahna ghadhom ma gewx solvuti. Interessanti l-fatt li minn din l-istatistika johrog li minn dawn is-46 ‘hold-up’, 19 minnhom saru fil-gurnata tat-Tnejn meta l-vittmi jkunu qieghdin igorru l-flus ta’ tmiem il-gimgha.
F’dawn is-46 ‘hold-up’ insterqu b’aktar minn €3,015,165 (Lm1,294,410) fi flus u gojjelli.
2002
It-Tnejn, 28 ta’ Jannar 2002 – Zaghzugh ta’ 17-il sena, kien il-vittma ta’ ‘hold-up’ li sar fil-hanut ta’ missieru bl-isem ta’ C&M Jewellery” li jinsab fil-qalba ta’ Wied iz-Zurrieq. Zewg hallelin mghammdin u wiehed minnhom armat b’pistola dahlu fil-hanut hekk kif iz-zaghzugh kien qed johrog ‘trolley’ mis-safe. Huma serqu b’madwar Lm17,000 (€39,600) f’oggetti tad-deheb.
Il-Hamis, 14 ta’ Marzu – Hallelin serqu b’Lm5,000 (€11,747) fi flus Maltin u barranin mill-fergha ta’ Thomas Cook f’Paceville. Zewgt irgiel b’wicchom mghotti dahlu fuq impjegata u wara li wiehed minnhom heddidha b’senter issegat, ordnawlha ttihom il-flus.
It-Tnejn, 30 ta’ Settembru – Erba’ hallelin, mghammdin u armati bil-pistoli, dahlu f’bar bl-isem ta’ “Blackbull Pub” f’Paceville u wettqu ‘hold-up’ fuq sid il-lokal. B’kollox insterqu madwar Lm4,500 (€10,482).
Il-Gimgha, 15 ta’ Novembru – Impjegati u klijenti li kienu fil-hanut Mambra f’Hal Luqa gew mheddin b’arma tan-nar. Il-hallelin serqu Lm5,000 (€11,747) fi flus.
Il-Hamis, 21 ta’ Novembru – Ghassies li kien xoghol fil-mahzen ta’ Delicata Winery f’Rahal Gdid, kien mahsud minn erba’ hallelin. Huma serqu s-‘safe’ b’kollox li kien fih Lm5,000 (€11,747) fi flus u ammont iehor ta’ cekkijiet.
2003
Is-Sibt, 1 ta’ Novembru – Mara mix-Xewkija, Ghawdex, li ghandha negozju f’H’Attard, twaqqfet fil-Marsa u wara li giet mhedda, sfat misruqa Lm10,500 (€24,458).
Is-Sibt, 20 ta’ Dicembru – Wiehed mid-diretturi ta’ Smart Supermarket, kien aggredit minn halliel u heddu b’pistola. Il-halliel seraqlu Lm11,000 (€25,623).
2004
Il-Gimgha, 30 ta’ Jannar – Direttur iehor ta’ kumpanija differenti safa vittma ta’ zewg hallelin li serqulu Lm5,600 (€13,044) meta kien fi triqtu biex jiddepozita l-flus.
It-Tnejn, 26 ta’ April – Zewg hallelin serqu Lm6,500 (€15,140) fi flus u cekkijiet f’’hold-up’ li sar f’Ta’ Xbiex fuq ragel li jahdem bhala kontrollur tal-finanzi ghall-kumpanija Monacra Ltd.
It-Tnejn, 30 ta’ Awwissu – ‘Hold-up’ sar fi Triq Fleur de Lys fi Fleur de Lys fuq ragel ta’ 57 sena minn
Tas-Sliema, impjegat ma’ Scott’s Supermarket. Zewg hallelin mghammdin u wiehed minnhom armat, serqulu Lm9,500 (€22,129).
Il-Gimgha, 22 ta’ Ottubru – Membri tas-sigurtà tal-kumpanija Security Services sfaw vitttmi ta’ ragel ta’ karnaggjon iswed liebes ‘crash helmet’ bajda u barmil bil-fjuri f’idu u armat b’pistola. Huwa seraq Lm74,000 (€172,374) fi flus.
Is-Sibt, 13 ta’ Novembru – ‘hold-up’ iehor fuq impjegati tal-kumpanija Security Services li sehh f’Misrah G.Debono fl-Imsida. Il-hallelin serqu zewg boroz li kien fihom Lm30,000 (€69,881).
It-Tlieta, 7 ta’ Dicembru – Ragel ta’ 53 sena minn Hal Lija kien fi Triq l-Uqija f’Ta’ l-Ibragg bil-karozza tieghu, serqulu bagalja li kien fiha madwar Lm5,000 (€11,647) fi flus u ammont mhux maghruf ta’ hagar prezzjuz.
It-Tnejn, 20 ta’ Dicembru – Zewg hallelin wettqu ‘hold-up’ iehor fuq impjegat tal-kumpanija Mambra ta’ Hal Luqa fejn insterqu madwar Lm20,000 (€46,587) fi flus kontanti u cekkijiet.
2005
L-Erbgha, 26 ta’ Jannar – Hames hallelin, x’aktarx Taljani, wettqu ‘hold-up’ fil-fergha tal-HSBC li hemm fi Triq Sant’ Andrija f’St. Andrew’s. Waqt dan il-’hold-up’ il-Pulizija li kien ghassa nzamm marbut taht it-tarag. Il-kriminali serqu Lm12,000 (€27,952).
It-Tnejn, 13 ta’ Gunju – Zewg hallelin, mghammdin u wiehed armat b’revolver, wettqu ‘hold-up’ fuq ragel ta’ 60 sena mill-Qrendi. F’dan il-’hold-up’, li sehh fil-Mellieha, insterqu Lm9,000 (€20,964).
It-Tnejn, 4 ta’ Lulju – Tliet hallelin, wiehed minnhom armat b’pistola, wettqu ‘hold-up’ iehor fuq membri tas-sigurtà tal-kumpanija Security Services quddiem il-fergha tal-HSBC ta’ Birkirkara. B’kollox insterqu Lm20,000 (€46,587).
It-Tlieta, 16 ta’ Awwissu – Ragel ta’ 46 sena minn San Pawl il-Bahar spicca vittma ta’ zewg hallelin li
kienu mghammdin u armati. Il-’hold-up’ sehh fi Triq San Pawl, f’San Pawl il-Bahar fejn insterqu Lm12,700 (€29,583).
It-Tnejn, 24 ta’ Ottubru – Aktar minn €130,000 f’gojjelli nsterqu f’’hold-up’ fin-Naxxar. Tliet Taljani kienu ghadhom kif waslu Malta fejn gabu xi xoghol ghall-hanut ta’ Vascas.
It-Tnejn, 31 ta’ Ottubru – Aktar minn Lm9,000 (€20,964) insterqu minghand zewg impjegati tal-Club de Bingo f’San Pawl il-Bahar meta kienu se jiddepozitaw il-flus fil-bank.
L-Erbgha, 9 ta’ Novembru – Is-sid ta’ Tony’s Confectionery fi Triq Guzè Pace fil-Hamrun spicca
vittma ta’ tliet hallelin. Zewg hallelin armati hatfu kaxxa tal-kartun li kien qieghed igorr sid il-hanut u li kien fiha kwantità ta’ sigaretti u borza b’Lm10,000 (€23,293).
Il-Gimgha, 16 ta’ Dicembru – Zewg impjegati tal-Golden Harvest, wiehed ta’ 71 sena l-iehor ta’ 61 sena, kienu mheddin minn zewg hallelin fil-Gzira, li hatfulhom il-basket b’Lm10,850 (€25,273) fi flus u xi cekkijiet.
2006
Il-Gimgha, 17 ta’ Marzu – Hames persuni armati u mghammdin wettqu ‘hold-up’ fuq l-impjegati tal-kumpanija Alf Mizzi and Sons, li tinsab fil-Qasam Industrijali tal-Marsa. Huma serqu Lm13,000 (€30,281).
It-Tnejn, 17 ta’ April – Impjegata li kienet miexja fi triq f’Tas-Sliema sfat vittma u misruqa Lm7,500 (€17,470) minn zewg hallelin mghammdin u armati b’pistola.
Il-Hamis, 22 ta’ Gunju – Ragel ta’ 57 sena mill-Marsa, impjegat ma’ kumpanija tat-taxis spicca vittma ta’ hallelin li wettqu ‘hold-up’ fuqu u serqulu Lm12,000 (€27,952) fi Triq Dun Pawl, f’Hal Luqa.
L-Erbgha, 19 ta’ Lulju – Impjegata tat-Tower Supermarket twaqqfet minn tliet hallelin mghammdin u armati u serqulha Lm10,000 (€23,293) u x cekkijiet.
It-Tnejn, 14 ta’ Awwissu – Erba’ hallellin mghammdin u wiehed armat b’pistola, serqu Lm32,000 (€74,540) u xi cekkijiet f’’hold-up’ fuq zewg impjegati ta’ ‘PDK Exchange Bureau’ f’San Giljan.
L-Erbgha, 23 ta’ Awwissu – F’dan il-’hold-up’ il-hallelin sparaw tiri fid-direzzjoni ta’ zewg membri tas-sigurtà tal-kupanija City Security. Huma serqulhom basket li kien fih Lm80,000 (€186,349).
It-Tnejn, 4 ta’ Settembru – Mara 37 sena minn San Giljan kienet fi Triq it-Tiben, fis-Swieqi, meta twaqqfet minn halliel mghammad u armat li serqilha l-handbag li fih kien hemm Lm5,800 (€13,510).
It-Tnejn, 16 ta’ Ottubru – Impjegat ta’ Charles Grech Co. Ltd. serqulu Lm5,000 €11,646) f’’hold-up’ li sehh fi Triq A. Cuschieri fi Fleur de Lys.
Il-Hadd, 22 ta’ Ottubru – Ragel ta’ 51 sena minn Tas-Sliema kien fi Triq Elija Zammit f’Paceville twaqqaf minn zewgt irgiel armati b’pistola u serqulu Lm5,235 (€12,194) tal-istabbiliment Plush Bar.
2007
Il-Hamis, 8 ta’ Frar – ‘Hold-up’ fuq impjegati ta’ Diamonds International f’San Giljan minn hellelin libsin uniformi ta’ membri tas-sigurtà. Huma serqu djamanti, oggetti tad-deheb u arloggi mill-vetrini li kienu stmati madwar Lm100,000 (€232,937).
Il-Gimgha, 23 ta’ Frar – Hallelin wettqu ‘hold-up’ fuq impjegat tal-fabbrika Interbrand fil-Qasam Industrijali ta’ San Gwann. Iz-zewg hallelin mghammdin u wiehed minnhom armat serqu Lm6,000 (€13,976).
It-Tlieta, 10 ta’ April – Anzjan ta’ 76 sena minn Tas-Sliema, li ghandu hanut tat-tabakk fi Triq San Pawl il-Belt insterqulu Lm9,000 (€20,964) f’’hold-up’ fi Triq Onorato Bres f’Ta’ Xbiex.
It-Tlieta, 24 ta’ April – Tliet hallelin mghammdin u armati serqu Lm13,000 (€30,281) minn fuq sid ta’ pompa tal-petrol fiz-Zurrieq.
It-Tnejn, 28 ta’ Mejju – Ragel ta’ 55 sena ta’ nazzjonalità Gharbija twaqqaf meta kien fi Triq Regjonli f’San Giljan u safa misruq €100,000.
Il-Hamis, 31 ta’ Mejju – Is-sid ta’ “The Bread Mill” f’San Pawl il-Bahar insterqulu Lm5,000 (€11,646) minn zewg hallelin wiehed minnhom armat b’pistola.
It-Tnejn, 16 ta’ Lulju – Direttur tal-Splash&Fun’, li kien fl-ufficcju flimkien mal-ghassies tal-post sfaw wittmi ta’ tliet kriminali mghammdin u armati. Huma serqu Lm20,000 (€46,587).
Il-Hamis, 9 ta’ Awwissu – Anzjana ta’ 70 sena li kienet ghall-kwiet fir-residenza taghha fi Triq l-Isqajjaq f’Hal Tarxien dahlu fuqha erba’ hallelin u heddewha li kienu se joqtluha b’sikkina jekk ma ttihomx il-flus li kellha. Il-hallelin serqu aktar minn Lm5,000 (€11,646) fi flus kif ukoll xi oggetti tad-deheb.
It-Tnejn, 10 ta’ Settembru - Lm7,000 fi (€16,305) insterqu f’’hold-up’ minn zewg hallellin armati li waqfu impjegat tal-istabbiliment ‘World Bargains’ fil-Mosta.
Il-Gimgha, 30 ta’ Novembru – Wiehed mill-ikbar ‘hold-up’s u professjonali f’Malta fejn insterqu
€1,000,000 u Lm70,000 (€163,056) kollha fi flus kontanti. Sitt hallelin, kollha armati u mghammdin, zammew numru ta’ mpjegati u klijenti ostaggi fil-fergha tal-HSBC ta’ Hal Balzan.
2008
It-Tlieta, 1 ta’ Jannar – Impjegati ta’ l-istabbiliment Gianpula kienu qeghdin jghoddu l-flus li dahlu minn ‘party’ li sar matul il-lejl ta’ l-Ewwel tas-Sena l-gdida. F’daqqa wahda dahlu zewgt irgiel, mghammdin u armati u serqulhom €37,210.
It-Tnejn, 18 ta’ Frar - Direttur tal-kumpanija RJC Caterers Ltd. kien avvicinat minn ragel mghammad u armat u seraqlu l-bagalja li fiha kien hemm €15,000 fi flus u xi cekkijiet.
It-Tnejn, 8 ta’ Settembru – Tliet impjegati fil-Lukanda Mellieha Bay spiccaw aggrediti u marbutin minn tliet hallelin armati u li serqu €7,500 mis-‘safe’ u kexxun.
It-Tlieta, 9 ta’ Settembru – F’’hold-up’ li sar f’Ghawdex insterqu €80,000 li kienu f’erba’ kaxxi, maghrufin bhala “cassettes” meta membri tal-Group 4 kienu se jimlew l-ATM tal-Bank of Valletta li tinsab fil-kumpless “Arkadia”
It-Tnejn, 29 ta’ Settembru – Wara l-loghob tal-futbol ta’ tmiem It-Tnejn, tliet hallelin serqu €20,000 f’’hold-up’ fuq tliet impjegati tal-Malta Football Association. F’dan il-’hold-up’ wiehed mill-hallelin spara tir fl-ajru biex ibezza’ lill-vittmi.