Il-Frontex falliet

– Illka Laitinen, Kap tal-agenzija tal-UE

FFFF? Xi jfissru dawn l-erba’ ittri? Facli……..Frontex, Fjask, Farsa, Falliment

Kienu diversi r-rapporti li ppubblikajt fuq dan is-sit kif ukoll fil-gurnali l-orizzont u it-torca dwar l-agenzija tal-UE Frontex li falliet fl-operazzjonijiet taghha “Natilius” 1, 2 u 3. Issa din il-konferma giet mill-Kap tal-Frontex stess Illka Laitinen.

Fil-gazzetta The Sunday Times il-gurnalist Ivan Camilleri rrapporta minn Brussels x’qal Laitinen meta kien qieghed jitkellem fi Brussels dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran, li huwa ddeskriva bhala “allarmanti”. Din l-ahbar inghatat ukoll fuq is-sit elettroniku Europeanvoice.com.

Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ dak li qal dan l-ahhar il-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi li l-agenzija Frontex qieghda taghmel xoghol siewi.

Skont Laitinen din is-sena dahlu numru rekord ta’ klandestini f’Malta u f’Lampedusa ghax “zdiedu r-rondi barra l-gzejjer ta’ Malta u Lampedusa”. Izda din l-istqarrija tal-kap tal-agenzija Frontex mhux biss hija kontradittorja fiha nnifisha, imma hija totalment il-kuntrarju ta’ dak li stqarr il-Kap Kmandant tal-FAM il-Brigadier Carm Vassallo f’intervista li ta lill-PBS, il-gimgha li ghaddiet.

Il-Brigadier Vassallo qal li din is-sena r-rondi fl-ibhra Maltin, kemm minn fuq il-bahar kif ukoll mill-ajru, saru kwazi mill-Maltin biss u kien dan l-ahhar li l-Frontex baghtet helikopter Puma li gie pprovdut mill-Gvern Germaniz. Fit-23 ta’ Gunju, 2007, kont digà kkritikajt l-ghajnuna tal-Frontex meta kienet qieghda tmexxi l-operazzjoni “Nautilus 2”. Taht it-titlu “Is-sorveljanza tal-Mediterran imweghda mill-UE ma tibdiex – Appogg bazwi”, konna ghidt li l-Frontex ma kinitx qieghda taghti l-ghajnuna li fil-fatt weghdet lill-Gvern Malti. Ftit iktar minn sena wara, fit-2 ta’ Lulju, 2008, ergajt gbidt l-attenzjoni tan-nuqqas ta’ appogg mill-Frontex fil-konfront ta’ Malta.
Dakinhar staqsejt lill-Ufficcju tal-Prim Ministru kemm hemm pajjizi u bicciet tal-bahar u tal-ajru li qeghdin jiehdu sehem fl-operazzjoni “Nautilus III” tal-Frontex u liema huma l-pajjizi.

L-Ufficcju tal-Prim Ministru kien ghazel li ma jwigibx il-mistoqsijiet u ghaddihom lill-FAM. Ir-risposta li konna hadna minghand il-FAM kienet wahda generali u li bl-ebda mod ma tirrifletti l-operazzjoni “Nautilus III” b’konnessjoni ma’ Malta.

Fil-fatt il-FAM qalu li fl-operazzjoni “Nautilus III” tal-Frontex qeghdin jiehdu sehem Malta, l-Italja, Franza, ir-Rumanija, l-Ingilterra, il-Grecja u l-Lussemburgu. Dawn qeghdin jiehdu sehem permezz ta’ ekwipaggi jew inkella billi jipprovdu patrol boats jew helikopters.

Izda minkejja li pajjizna kien imwieghed din l-ghajnuna minn dawn il-pajjizi, kif stqarr l-istess Brigadier Vassallo mal-PBS, din l-ghajnuna qatt ma waslet.

Sadanittant meta Illka Laitinen kien qieghed jitkellem fi Brussels, zvela li huma t-traffikanti, x’aktarx Libjani, li jgieghlu lill-klandestini jgharrqu d-dghajjes taghhom meta jkunu qrib Malta jew Lampedusa biex jigu salvati u jiddahhlu fl-eqreb art.

Mindu l-agenzija Frontex bdiet tissorvelja l-ibhra Maltin biex ma jidhlux aktar klandestini, f’dawn l-ahhar tliet snin dahlu f’Malta 5,875 klandestin, b’2,393 din is-sena biss.

Skont il-gurnal The Sunday Times l-unika haga pozittiva dwar dan il-fenomenu huwa li l-FAM qeghdin idahhlu xi haga lura. Fil-fatt din is-sena l-FAM mistennijin idahhlu €1.1 miljun mill-UE li huma 80% tal-ispejjez li l-Armata Maltija harget biex ghamlet ir-rondi.