Akkuza lill-politici Maltin li huma razzisti
Ahmet Bugre ta’ 42 sena mill-Ghana, impjegat fultajm ma’ Suret il-Bniedem biex imexxi c-Centru Miftuh tal-Marsa, f’intervista li ta lil ‘Neus Deutschland’ ikkritika lill-Awtoritajiet Maltin, fosthom lill-Gvern, l-Armata, il-Pulizija u anke xi ftit lill-Knisja. Din l-intervista qajmet rabja kbira tant li l-Gvern Malti irrisponda ghall-allegazzjonijiet li ghamel Bugre. Fost il-kritika iebsa li ghamel Bugre, huwa akkuza lill-politici Maltin li huma razzisti.
L-intervista giet ippubblikata nhar it-Tlieta, 16 ta’ Settembru taht it-titlu “Indhil mill-Militar u l-Pulizija hija okkorenza ta’ kuljum – Il-kundizzjonijiet tac-Centri tad-Detenzjoni tar-Refugjati f’Malta huma tal-biza’”.
Bugre, li gie Malta 18-il sena ilu biex jistudja l-ligi u li mistenni jiggradwa din is-sena, qal li jahdem bhala “sacerdot” u konsulent ghar-refugjati f’isem il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Ahmet Bugre huwa mizzewweg Maltija u ghandhom tlett itfal.
Mistoqsi minn ‘Neus Deutschland’ dwar is-sitwazzjoni tar-refugjati f’Malta anke fid-dawl tat-tragedji li sehhew dan l-ahhar, Bugre qal li “issa saret xi haga ta’ kuljum f’Malta, fejn sa ghaxar kadavri jittelghu mill-bahar jew fil-bajjiet ta’ Malta kuljum.”
Huwa gie mistoqsi kif inhi l-hajja fic-centri tar-refugjati f’Malta. Bugre qal li dawn proprjament huma centri ta’ detenzjoni fejn f’kamra wahda jitpoggew aktar minn 30 persuna. Huwa qal li ma hemm ebda eccezzjoni fejn irgiel, nisa u tfal jitpoggew flimkien f’kamra wahda.
“Kultant dawn ikunu minn 18-il pajjiz differenti,” sahaq Ahmet Bugre.
Huwa kompla jghid li l-vjolenza mhix eccezzjoni. L-abbuz tal-alkohol u l-konsum tad-droga qeghdin jizdiedu minhabba l-istennija fit-tul u li jithallew f’incertezza, minghajr postijiet ta’ divertiment, bla tahrig edukattiv u bla permessi tax-xoghol. Dawn iwasslu ghal attentati ta’ suwicidju.
“Meta jkunu trasferiti f’centru miftuh, taht il-kampijiet, isibu l-kundizzjonijiet fejn joqoghdu, sahha, igjene u privatezza huma mizerabbli. Dawn il-postijiet huma disinnjati biex jakkomodaw mijiet imma fil-fatt bhalissa hemm eluf,” qal Bugre.
Dwar id-drittijiet umani tal-klandestini f’Malta, Bugre qal li f’Malta qatt ma kien hawn politika ufficjali dwar l-immigrazzjoni u ghaldaqstant ma jsir ebda sforz ghall-integrazzjoni.
“Il-Gvern u l-Oppozizzjoni jaqblu fil-wisa’ li jaghmlu l-hajja tar-refugjati f’Malta mill-aktar mhux attraenti kemm jista’ jkun,” qal il-Ghaniz lill-Germanizi.
Mistoqsi dwar ir-rwol tal-pulizija u s-suldati, Ahmet Bugre qal li dawn jipprovaw juru l-aktar lat b’sahhtu taghhom fil-konfront tal-klandestini. “L-ghan taghhom huwa li jzommu lir-refugjati ’l boghod kemm jista’ jkun mill-gzira. L-indhil u l-attakki fic-centri ta’ detenzjoni, kif ukoll f’postijiet pubblici huma xi haga ta’ kuljum. Ricentament ragel Sudaniz kien brutalment imsawwat f’bar. Dan mhux kaz izolat. Sal-lum, ma nafx li xi hadd gie kkastigat dwar dan,” qal Bugre.
‘Neus Deutschland’ staqsa lil Ahmet Bugre jekk f’Malta hawnx razzizmu. “Iva u l-politici Maltin huma fuq ta’ quddiem.” Ahmet kompla jghid li mhux ta’ b’xejn li l-kampijiet (centri) jinsabu barra mill-irhula. Huwa qal li r-refugjati f’Malta huma totalment izolati. Ma jridux lill-Afrikani jigu f’kuntatt mal-Maltin. Barra minn hekk hawn pregudizzju dwar epidemiji u mard biex jinghata ragun ghall-izolament.
Ahmet Bugre kkritika wkoll lill-midja Maltija, fejn qal li jinkitbu biss rapporti dwar l-Afrikani minkejja li f’Malta qeghdin jigu nies mill-pajjizi tal-Ewropa tal-Lvant, fosthom mill-Ukrajna.
“Irridu nkunu onesti bizzejjed u nammettu li n-negozjanti lokali qeghdin jaghmlu profitti minn fuq l-immigranti bhalma huwa xoghol tal-gurnata fil-lukandi, kostruzzjoni u jikinsu t-toroq. Imma dan kollu jinzamm fis-silenzju,” sahaq Bugre.
U x’ghandu jsir, gie mistoqsi Bugre. Huwa qal li internatment xejn mhu se jsir. Il-pressjoni trid tigi mill-NGOs minn stati tal-UE. Huwa qal li hemm bzonn li osservaturi indipendenti jaghmlu spezzjonijiet regolari inkella xejn mhu se jinbidel, kif ilu jsir fis-snin ta’ qabel.
Fl-ahharnett ‘Neus Deutschland’ staqsa lil Ahmet Bugre x’inhi taghmel il-Knisja ta’ Malta.
“Il-kelma tal-Knisja hija ta’ importanza, imma l-kbarat ma jihdux pjacir jindahlu fl-affarijiet tal-politika. Ma jridux li jhassru r-relazzjoni mal-Gvern,” qal Ahmet Bugre.
Il-Gvern Malti, permezz tal-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern kien pront u rrisponda ghal din l-intervista. L-ewwelnett gie ccarat li Bugre mhux impjegat mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin izda ma’ Organizzazzjoni Mhux Governattiva u ghalhekk mhux minnu li huwa konsulent f’isem il-Gvern Malti. Intqal ukoll li mhux veru li kuljum jinstabu ghaxar kadavri fil-bajjiet taghna u dawn il-figuri huma esagerati.
Dwar il-FAM, dawn qeghdin jaghmlu minn kollox biex isalvaw il-hajja ta’ nies minn fuq il-bahar u dejjem irrispondew ghal kull sejha li tasal.
Il-Ministeru cahad ukoll dak li qal Bugre dwar ic-Centri ta’ Detenzjoni. Dwar familji bit-tfal, nisa tqal u tfal minghajr familja, dawn ma jitpoggewx fid-detenzjoni imma jigu trasferiti f’residenzi. Il-Ministeru qal li filwaqt li c-centri fejn jinzammu l-immigranti huma bazici, fl-istess hin huma adekwati. Gie michud ukoll li hemm abbuz mix-xorb alkoholiku u d-droga bhal ma gie michud ukoll li l-awtoritajiet Maltin jipprovaw jaghmlu pajjizna mhux attraenti ghar-refugjati.
L-akkuza ta’ Bugre dwar razzizmu min-naha tal-Pulizija u l-Armata huma ghal kollox infondati anzi dawk l-immigranti li jikkonsidraw li ntuzat xi vjolenza fuqhom, huma fil-libertà kollha li jirrapportaw.
Il-Pulizija kollha kif ukoll is-suldati huma obbligati li ma juzawx forza mhux gustifikata u jekk jirrizulta li ntuzat forza eccessiva, jittiehdu passi kontra taghhom. Fl-ahharnett il-Ministeru cahad li l-Maltin huma razzisti.
Sadanittant mhux maghruf jekk il-Knisja hix se tirrispondi ghall-kritika li saret dwarha jew jekk il-Kappuccini humiex se jiehdu xi passi fil-konfront ta’ Ahmet Bugre peress li Suret il-Bniedem, li maghha jahdem Bugre, hija mmexxija minnhom.



