Fit-30 ta’ Novembru 2006 fil-Kwartieri Generali tal-Forzi Armati kien sar ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Amerikan ghal xiri ta’ helikopter li kien se jkun specifikament ghall-FAM fil-hidma ta’ Tfittix u Salvtagg. Izda kollox qieghed jindika li dan il-helikopter “tar mar-rih” u mhux se jasal.
Il-ftehim li kien iffirmat kien ghal helikopter UH-72A li qabel kien maghruf bhala UH-145 u li huwa l-verzjoni Amerikana ghall-helikopter Ewropew EC145. Il-ftehim li kien iffirmat quddiem il-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Carm Vassallo, u l-Ambaxxatrici Amerikana Molly Bordanaro, kien ta’ $6 miljun ghal dan il-helikopter b’nofs il-prezz ikun imhallas mill-Amerikani. Dakinhar tal-ftehim kien inghad ukoll li l-helikopter kellu jasal Malta matul is-sena 2007. Imma mhux biss ghaddiet is-sena 2007 izda anke tmin xhur mis-sena 2008 u l-helikopter ma wasalx.
Nhar is-Sibt, 14 ta’ Lulju 2007, fil-gurnal l-orizzont ippubblikajt storja bit-titlu “Spiza zejda mhix mistennija” b’konnessjoni ma’ dan il-helikopter. Dakinhar konna ghidna li dan il-prezz kien biss ghal helikopter baziku u ma kienx jinkludi l-apparat neccessarju ghat-tfittix u salvatagg.
Konna zvelajna wkoll li biex dan il-helikopter ikunu jista’ jintuza ghall-iskopijiet li ghalihom inxtara kien se jigi jiswa’ $11miljun. Minhabba li l-Gvern Amerikan kien marbut li johrog $3 miljun, kif miftiehn fil-kuntratt tat-30 ta’ Novembru 2006, il-$5 miljun l-oħrajn riedu jinhargu mill-Gvern Malti.
Ftit tal-jiem wara l-FAM kienu rrispondew ghal dan l-artiklu fejn qalu li “l-ghotja ta’ $3 miljun mill-Gvern ta’ l-Istati Uniti ghenet mhux ftit biex tittiehed id-decizjoni li jinxtara ghall-ewwel darba helikopter modern, b’zewg makni, u li tant kien ilu mixtieq mill-Forzi Armati.
“Konna nafu mill-bidu li b’$6 miljun kellna bizzejjed fondi biex nixtru l-helikopter li xtaqna u li hu adattat ghax-xogħol varjat tal-FAM. Nassigurak li l-FAM qeghdin jaghmlu minn kollox biex izommu l-prezz baxx kemm jista’ ikun u, fl-istess hin, ikollhom helikopter attrezzat kif suppost li bih ikunu jistghu jaqdu d-dmirijiet taghhom b’iktar sikurezza u professjonalità”, kienu qalu l-FAM.
Izda meta fil-gimghat li ghaddew komplejna ninvestigaw irrizultawna affarijijiet interessanti.
Sibna li l-bidu ghax-xiri tal-helikopter UH-72A imur lura meta l-Ambaxxatur Amerikan Anthony Gioia, li kien qabel Molly Bordanaro, kien wieghed tliet helikopters lill-FAM ghalkemm mhux maghruf jekk din il-weghda kinitx b’mod ufficjali. Meta giet Malta l-Ambaxxatrici Bordanaro sabet ma’ wicca’ din il-weghda u kien hawn li bdew id-diskussjonijiet biex il-Gvern Amerikan jipprova jzomm kelmtu izda waslu biss ghal ghotja $3 miljun biex jinxtara dan il-helikopter. Izda minkejja li l-ftehim sar bejn iz-zewg gvernijiet, fin-nofs kien hemm persuna ohra barranija.
Wara li gie ffirmat il-ftehim bdew isiru l-istudji ta’ x’hemm bzonn ghal dan il-helikopter peress li l-prezz ta’ $6 miljun kien biss ghall-helikopter baziku. U kien hawn li l-ispiza bdiet tiela’. Meta l-Gvern Malti li ma kellux flus biex ihallas, allegatament il-progett inaghata f’idejn il-Maggur Andrew Mallia li minn naha tieghu beda jipprova jnaqqas izda xorta l-prezz baqa’ gholi.
Jirrizulta wkoll li minn dawn is-$6 miljun, $1.5 miljun kienu se jkunu spejjez amministrattivi. Jigi jew ma jigix dan il-helikopter, jidher li l-persuna intermedjatra f’dan il-ftehim, dejjem se tiehu l-commission.
Sorsi qrib il-FAM qalulna li l-Gvern Taljan kien sahanisitra hareg bi proposta li l-Gvern Malti jixtri zewg helikopters simili bhat-tnejn li ghandha hawn Malta l-Missjoni Militari Taljana f’Malta bi prezz ferm irhas ghalkemm mhux godda fjamant bhal ma kien se jkun il-UH-72A. Barra li l-piloti Maltin huma digà mhargin fuq il-helikopter bhal ma ghandhom it-Taljani, anke l-ispare parts kienu jkunu aktar facli.
L-istess sorsi qalulna wkoll li b’helikopter wiehed UH-72A, meta dan jieqaf ghall-manutenzjoni, it-Taqsima ta’ l-Ajru tal-FAM kienet se tispicca minghajr helikopter.
Sadanittant kollox qieghed jindika li dan il-helikopetr gdid fjamant mhux se jasal u bil-flus li l-Gvern Malti kien se johrog, x’aktarx li se tinxtara lanca ghat-Taqsima Marittima tal-FAM. Fil-fatt meta l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ghamel zjara ufficjali f’din it-Taqsima fis-6 ta’ Awwissu li ghadda kien semma li l-Gvern se jinvesti f’lanec godda.
Dakinhar ta’ din iz-zjara ufficjali ttiehed ritratt quddiem il-Patrol Boat P61 li ftit tal-jiem qabel konna kkritikajna li din ilha wieqfa x-xhur. Minkejja r-ritratt ufficjali quddiem il-P61, sal-lum din l-ikbar patrol boat ghadha wieqfa.
Sorsi qrib it-Taqsima Marittima qalulna wkoll li d-dghajjes kollha li l-FAM gabret tal-klandestini, ittiehdu Hal Safi qabel mar il-Prim Ministru biex il-post ma jidhirx zdingat. Izda minn dakinhar sal-lum regghu dahlu aktar dghajjes izda dawn thallew hemm u barra d-dehra kerha hemm riha tinten ukoll li qed tkun ta’ inkonvenjent ghas-suldati kollha.






