Salvat Simon Bugeja wara gimgha bejn sema u ilma
TRAGEDJA- Tlieta nstabu mejtin, ghadu nieqes it-tifel iz-zghir

Simon Bugeja fuq il-helikopter fi triqtu ghall-Isptar
Tahlita ta’ emozzjonijiet hakmet mhux biss ir-rahal ta’ Marsaxlokk f’dawn il-jiem, izda konfuzjoni minhabba rapporti u xnieghat li bdew jinghadu. Id-dieqa li kien hemm f’Marsaxlokk nhar il-Gimgha, 18 ta’ Lulju hekk kif griet l-ahbar li sajjieda Xlukkajri kienu sabu zewg kadavri fil-bahar, dawk ta’ Karmenu Bugeja ta’ 60 sena maghruf bhala ‘t-Tabakku’ u ta’ Noel Carabott ta’ 33 sena maghruf bhala ‘Mardock’, kompliet tefghet lil dan ir-rahal f’luttu shih. Evidenti t-tragedja li laqtet lill-erba’ sajjieda u tfajjel ta’ 11-il sena li kienu fuq il-bastiment ta-sajd ‘Simshar’ li ntilef bejn sema u ilma bejn Malta u Lampedusa.
B’sorpriza pozittiva Simon Bugeja ta’ 35 sena nstab haj aktar tard iggranfat ma’ sufra kbira wara li kien ilu aktar minn gimgha fil-bahar wara li sehhet spluzjoni fuq il-bastiment tas-sajd ‘Simshar’. Sfortunatament baqa’ ma nstabx ibnu Theo ta’ 11-il sena.
Kienet l-iskuna Maltija ‘Grecale’ ta’ Raymond Bugeja li sabet lil Simon f’qaghda gravi kawza ta’ hruq izda haj. Peress li aktar qabel kien instab Karmenu, missier Simon, xi hadd fuq ir-radju ghadda messagg li kien instab “it-tifel haj”. Din l-ahbar tat l-impressjoni li kien instab ukoll Theo, it-tifel ta’ 11-il sena li huwa iben Simon. Dan kien ikkonfermat anke minn diversi sorsi fejn mart Simon, u omm Theo, hadu nifs qawwi wara sebat ijiem ta’ tensjoni u qtigh il-qalb.
Izda l-ahbar li kienu sabu lil Theo haj sfumat fix-xejn. Madankollu ghad hemm it-tama li jista’ jinstab haj dan ghax skond Simon, ibnu kien marbut ma’ fliexken biex jibqa’ fil-wicc tal-bahar.
Kien Simon Bugeja li qal lil dawk li salvawh li kienet sehhet spluzjoni fil-makna u ma kienx hemm hin la li jilbsu l-life-jackets u lanqas li jibaghtu sinjal ghall-ajjut. Izda rnexxielhom izommu fil-wicc ma’ sufri u affarijiet ohrajn.
Wara li Simon ittella’ fuq il-‘Grecale’ intbaghtet fuq il-post il-Patrol Boat P51 li fuqha digà kien hemm il-kadavru ta’ Karmenu. Kienu mumenti ta’ ferh u dieqa fl-istess hin ghal Simon. Huwa deher li kien qieghed isofri minn hruq f’dahru u fuq quddiem ta’ gismu. Huwa kellu wkoll sinjali ta’ gdim tal-hut f’riglejh. Il-fatt li Simon irnexxielu jsalva wara aktar minn gimgha bejn sema u ilma minghajr ilma, ikel u b’feriti serji, gie deskritt minn sajjieda Xlukkajri bhala “miraklu”.
Kien ghal habta tad-9.00 p.m. li l-helikopter tal-Missjoni Militari Taljana wasal fuq il-post fejn l-operazzjoni kellha tkun li jtella’ fuqu lil Simon u lil ibnu Theo peress li sa dak il-hin kollox kien jindika hekk. Izda fil-fatt kien biss Simon li kien hemm haj fuq il-P51 u l-kadavru ta’ missieru. Huwa twassal l-Isptar Mater Dei fl-10.05 p.m. fejn kien hemm ghal-lest tim mediku jistenna kif ukoll xi qraba.
Tard nhar il-Gimgha dan is-sit elettroniku tkellem ma’ Amante Bugeja permezz tal-mowbajl tas-satellita meta dawn kienu madwar 60 mil nawtiku ’l barra minn Malta. Amante qalilna li kien hemm tmin opri tal-bahar ta’ Xlukkajri li qeghdin ifittxu. Huwa qal li minhabba li kien dalam sew kellhom jieqfu izda se jkomplu ma’ l-ewwel dawl bit-tama li jinstab Theo u r-ragel barrani, Abdulrahman Abdala Gedi, Somalu ta’ 21 sena, hajjin.
Sadanittant l-ewwel kadavru nstab minn sajjieda li kienu fuq l-iskuna ‘Laura 2’ nhar il-Hamis ghal habta ta’ l-10.00 p.m. madwar 60 mil nawtiku fil-Lbic ta’ Malta, fl-istess inhawi li l-bastiment ‘Simshar’ kien qieghed jistad ghall-pixxispad. L-iskuna ‘Laura 2’ hija wahda mill-iskejjen u basitmenti ta’ sajjieda Maltin li f’dawn l-ahhar jiem hargu jfittxu ghal shabhom u hija proprjetà ta’ Jesmond Baldacchino, kugin ta’ Simon Bugeja.
Dawk li sabu l-kadavru mill-ewwel indunaw li seta’ kien ta’ Carabott minn tpingija fuq idu u zaqqu. Fuq il-post marret il-Patrol Boat P52 fejn ghal habta tas-2.15 a.m. gabru l-kadavru u dahhluh fil-Bazi tat-Taqsima Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben.
Minkejja li l-kadavru kien fi stat ta’ dikompozizzjoni, it-tpingija baqghet tidher. Ghalhekk wara li ttiehdu r-ritratt tat-tpingija, gew ikkuntattjati z-zewg familji, dik ta’ Bugeja u ta’ Carabott. Huwa mifhum li kienet Stephania, mart Noel, li identifikat it-tpingija bhala dawk ta’ zewgha.

M'Xlokk f'luttu
Aktar tard, fil-4.40 p.m. l-ekwipagg fuq il-helikopter tal-Missjoni Militari Taljana f’Malta innota xi haga fil-bahar fl-istess inhawi li nstab Carabott. Ghaldaqstant huwa sejjah l-eqreb opra tal-bahar li nzertat kienet l-iskuna ‘Il-Madonna tal-Karmnu’ li fuqha kien hemm hu Simon, Marvin u hu Karmenu, Amante. Kif waslu qrib sabu l-kadavru ta’ Karmenu ‘t-Tabakku’. Jidher li s-sajjieda ntalbu jbidlu l-frekwenza tar-radju biex ikomplu jikkomunikaw mal-helikopter.
Gara li l-konversazzjoni, fosthom li kien instab il-kadavru ta’ l-anzjan, giet intercettata minn xi sajjieda ohrajn li ghaddew l-ahbar lil stazzjonijiet tat-televizjoni. Meta din giet imxandra fl-ewwel ahbarijiet, il-familja Bugeja hadu x-xokk qawwi ghax sa dak il-hin ma kinux jafu bl-ahbar hazina.
Intant hekk kif kien hemm konferma li Xlukkajri kienu mietu, fir-rahal tas-sajjieda bdew jittajaru l-bnadar ‘mezz’ asta’ b’turija ta’ rispett. L-ewwel ma nizlet kienet dik fuq ic-Centru Laburista, tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll dik tal-Kunsill Lokali.
“Meta jmut xi hadd minn Marsaxlokk, l-aktar fi tragedja, hu min hu l-bnadar jinzlu. F’kaz bhal dan hadd ma jhares lejn il-politika ghax hawn kollha familja wahda”, qalilina Xlukkajr.
Meta morna Marsaxlokk sibna t-trakk ta’ Simon ipparkjat fuq il-moll fejn hallieh nhar it-Tnejn, 7 ta’ Lulju qabel salpa ghas-sajda ta’ pixxispad. Ftit ’il boghod, fejn is-soltu jkun hemm marbut is-‘Simshar’, ghad hemm il-fallakka li Simon Bugeja juza biex jitla’ fuq il-bastiment u l-hbula li jorbot bihom.
Sadanittant il-FAM komplew bit-tfittxija din id-darba permezz ta’ helikopters peress li l-ajruplan Islander kellu jithalla l-art biex issirlu l-manutenzjoni. F’xi hin instabet gakketta safra f’wicc il-bahar fl-istess inhawi izda jidher li din kienet ilha fil-bahar minhabba li kellha l-koccli maghha. Din ittellghet mill-bahar biex bhala procedura tintwera lill-qraba tas-sajjieda li kkonfermaw li ma kinitx tal-qraba taghhom.
Fit-tfittxija nghaqdu wkoll diversi sajjieda Maltin. Biex ikopru zona kbira s-sajjieda fi tmin skejjen u basitmenti tas-sajd, infethu f’forma ta’ mrewha. Din it-tattika giet imfahhra minn ufficjali fil-FAM li segwew il-hidma tat-tfittix.
Joseph Zahra, is-Segretarju tal-Koperattiva tas-Sajjieda, qal lil dan il-gurnal li din hija l-ikbar tragedja li qatt misset lis-sajjieda Xlukkajri f’dawn l-ahhar 60 sena.
“Li ma ssib xejn minn bastiment bhal ma huwa s-‘Simshar’, hija kbira. Xi haga jkun hemm fil-wicc u mhux xejn”, qalulna sajjieda membri tal-Koperattiva li kompla jishaq li l-bahar kien kalm hafna. Huma spjegawlna wkoll li l-bastiment ghandu apparat maghruf bhala EPIRB (Emergency Position Indicating Radio Beacon) li jitfa’ sinjali f’kaz ta’ gharqa jew emergenza ohra.
L-alarm li s-‘Simshar’ ma rritornax inghata minn Sharon Bugeja, mart Simon, nhar is-Sibt fis-7.00 p.m. wara li ma kien hemm ebda sinjal taghhom. Is-‘Simshar’, li ismu huwa parti minn isem Simon u parti minn ta’ martu Sharon, hareg minn Marsaxlokk nhar it-Tnejn, 7 ta’ Lulju fejn baqghu sejrin madwar 70 mil fil-Punent ta’ Malta u qrib il-gzira Taljana ta’ Lampedusa.
Mietu jum wara jum … quddiem ghajnejn Simon
Simon Bugeja ta’ 35 sena, instab haj nhar il-Gimgha ghal habta tat-7.55 p.m., 68 mil ’il barra minn Marsaxlokk u madwar 30 mil ’il boghod minn fejn splodiet is-‘Simshar’. Huwa nstab mill-bastiment tas-sajd Maltija, il-‘Grecale’ iggranfat ma’ “sufra” kbira maghmula minn ghexieren ta’ fliexken tal-plastik mimlijin bil-gablo.
Wara li ttella’ abbord il-‘Grecale’, Simon irrakkonta lill-kaptan ta’ dan il-bastiment li ibnu Theo kien ghadu haj, iggranfat mieghu, sakemm kmieni l-Gimgha fil-ghodu, zelaqlu min idejh u spicca fil-bahar. Huwa qal li ibnu kellu marbutin ma’ idejh fliexken tal-plastik mimlijin gablo li zgur qed izommuh fil-wicc u anke qallu f’liema pozizjoni qieghed.
Skond Simon, l-ispluzjoni fuq il-bastiment tieghu sehhet il-Hamis bil-lejl – 10 ta’ Lulju – madwar 70 mil fil-Punent ta’ Malta, qrib il-gzira ta’ Lampedusa, waqt li kienu gejjin lura Malta. Huwa qal li sema’ hoss fl-‘engine room’ u meta nizel jara x’gara sehhet l-ispluzjoni u hu u t-tliet sajjieda l-ohra – missieru Karmenu ta’ 60 sena maghruf bhala ‘t-Tabakku’, Noel Carabott ta’ 33 sena maghruf bhala ‘Mardock’, Abdulrahman Abdala Gedi u ibnu Theo ta’ 11-il sena – spiccaw kollha fil-bahar.
Simon qal li ma’ l-ispluzjoni s-‘Simshar’ tkissret kompletament u gherqet. Kif ra hekk beda jigbor il-fliexken tal-platik li nfirxu fil-bahar u “bena” sufra kbira fejn maghha ggranfaw il-hames sajjieda, b’rashom biss ’il fuq minn wicc l-ilma.
Skond Simon, l-ewwel ma miet kien is-sajjied Somalu. Dan miet is-Sibt fil-ghodu – jumejn wara l-ispluzjoni – u tefghu fil-bahar. Ufficjalment il-kadavru ta’ dan il-barrani ghadu ma nstabx.
Imbaghad l-ghada l-Hadd miet Noel u ghalhekk tefghu wkoll il-bahar. Il-kadavru ta’ Noel nstab il-Hamis – gimgha wara l-ispluzjoni – ghal habta ta’ l-10.00 p.m. mill-iskuna ‘Laura 2’, fl-istess akwati, 60 mil nawtiku fil-Lbic ta’ Malta, fejn sar l-ahhar kuntatt bejn is-‘Simshar’ u l-art.
Il-kadavru ta’ Noel, li kien fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni iddahhal fil-Bazi Marittima tal-FAM f’Xatt it-Tiben ghal habta tas-2.15 a.m. tal-Gimgha. Il-kadavru tieghu gie ddentifikat minn marti Stephania li gharfitu minn zewg tatoos li kellu impigijin fuq dahru u spalltu.
Wara li miet Noel, fuq s-sufra, iggranfati flimkien ghal hajjithom kien hemm biss il-membri tal-familja ta’ Simon, missieru Karmenu u ibnu Theo. Sfortunatament, Karmenu miet it-Tnejn u b’ghafsa ta’ qalb kellu jhallih jitlaq mal-kurrent, imma qabel ghamel dan, rabatlu l-fliexken tal-plastik bil-gablo biex il-kadavru tieghu jinzamm f’wicc l-ilma halli jinstab. Fil-fatt il-kadavru tat-‘Tabakku’ instab ghal habta tal-4.40 p.m. tal-Gimgha.
Sa dan il-mument, Simon kien ghadu ma nstabx u l-Gimgha fil-ghodu, it-tragedja kompliet tikber ghal Simon, hekk kif hin minnhom, ibnu Theo zelaqlu minn idu u spicca tkaxkar mal-kurrent. Simon qal li ibnu ghandu marbutin mieghu l-istess fliexken tal-plasttik mimlijin gablo u ghalhekk zgur mhux se jinzel taht wicc il-bahar. Simon qal li dak il-hin ibnu kien ghadu haj.
Waqt li l-P51 kienet qieghda tirritorna lura l-bazi bil-kadavru ta’ Karmenu, ghal habta tat-7.55 p.m., il-FAM kienu nfurmati li l-‘Grecale’ gabret mill-bahar lil Simon Bugeja haj. Ghall-ewwel il-kaptan tal-‘Grecale’ haseb li Simon kien mejjet, izda malli avvicinah, Simon beda jxejjer idejh.
Il-P51 marret immedjatament fejn il-bastiment Xlukkajr u waqt li Simon ittella’ abbord, kien hawnhekk li rega’ ra l-kadavru ta’ missieru. Fil-waqt li Simon ingabar minn fuq il-P51 u ddahhal ghal kura fl-Isptar Mater Dei fl-10.05 p.m., il-kadavru ta’ Karmenu ddahhal f’Xatt it-Tiben ghal habta tas-2.30 a.m., sbieh is-Sibt. Simon ghadu qieghed jinzamm fit-taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar Mater Dei.
Nhar is-Sibt instab ukoll il-kadavru ta’ Abdulrahman Abdala Gedi fejn iddahhal Malta l-Hadd ghal habta tat-3.00 a.m.
X’gara mill-ewwel gurnata
• It-Tnejn 7 ta’ Lulju – is-‘Simshar’, bastiment ta’ 43 pied bin-numru tar-registrazzjoni MFA59, hareg minn Marsaxlokk ghal sajda ta’ hamest ijiem ghall-pixxispad. Fuqu, kien hemm Simon ta’ 35 sena, ibnu Theo ta’ 11-il sena, missieru Karmenu ta’ madwar 60 sena, Noel Carabott ta’ 33 sena u barrani.
• L-Erbgha 9 ta’ Lulju – Fid-9.36 a.m., Simon Bugeja jibghat SMS lil martu Sharon fejn fejn talabha tibghatlu r-rapport tat-temp. Il-messagg dahal ghand Sharon fin-12.30 p.m. u rrispondietu lura li t-temp kien bnazzi.
• Il-Hamis 10 ta’ Lulju – Ftit wara t-8.00 p.m., sar l-ahhar kuntatt minn fuq is-‘Simshar’ li gie rrekordjat fuq apparat sofistikat maghruf bhala l- Vessel Monitoring System (VMS). Il-bastiment kien bejn 70 u 75 mil ’il barra minn Malta. Tard bil-lejl issehh l-ispluzjoni fuq is-‘Simshar’ fejn Simon qal li din sehhet kawza ta’ hsarat fl-‘engine room’. Il-hames persuni abbord jispiccaw fil-bahar, iggranfati ma’ sufra, jissieltu ghall-hajjithom.
• Il-Gimgha 11 ta’ Lulju – is-‘‘Simshar’ ma rritornatx lura Marsaxlokk u Sharon baqghet sas-2.00 a.m. tas-Sibt iccempel lil Simon.
• Is-Sibt 12 ta’ Lulju – Fis-7.20 p.m., Sharon, mart Simon tinforma lill-FAM bl-ghibien tal-bastiment. Dak il-hin stess il-FAM baghtu messagg lill-vapuri kollha fl-inhawi, dak maghruf bhala “Pan-Pan-Pan” kif ukoll sar kuntatt mal-gzira ta’ Lampedusa.
• Il-Hadd 13 ta’ Lulju – Wara nofs in-nhar permezz ta’ ajruplan Islander mit-Taqsima ta’ l-Ajru tal-FAM, bdiet tfittxija li kopriet 3,900 mili nawtici.
• It-Tnejn 14 ta’ Lulju – Fit-8.00 a.m. l-ajruplan Islander tal-FAM telaq mill-bazi u li ghamel tliet sighat u nofs ifittex. Fit-tfittixja hadu sehem diversi opri tal-bahar kif ukoll il-patrol boat u l-ajruplan “Atlantique” tal-Qawwa Navali Taljana u aktar tard mill-bazi Amerikana f’Sigonella fi Sqallija ttajjar l-ajruplan P3 Orion. Fin-12.30 p.m., l-Islander rega’ ghamel titjiera ohra.
• It-Tlieta 15 ta’ Lulju – L-Islander jaghmel il-15-il titjiera u tkompli t-tfittxija mill-Missjoni Militari Taljana f’Malta, in-Navy Taljana u s-6th Fleet tan-Navy Amerikana.
• L-Erbgha 16 Lulju- Tkompli t-tfittxija ghas-sajjieda
• Il-Hamis 17 ta’ Lulju – Fl-10.00 p.m. jinstab il-kadavru ta’ Noel Carabott fi stat qawwi ta’ dekompozizzjoni.
• Il-Gimgha 18 ta’ Lulju – Fis-2.30 a.m. jiddahhal il-kadavru ta’ Noel f’Xatt it-Tiben u mill-awtopsja hareg li miet mgharraq. Fil-4.40 p.m. jinstab it-tieni kadavru, dak ta’ Karmenu Bugeja. Fit-7.55 p.m., madwar 68 mil nawtiku minn Marsaxlokk u qrib hafna ta’ Lampedusa jinstab haj, Simon Bugeja u jiddahhal Mater Dei b’helikopter Alouette fl-10.05 p.m.
• Is-Sibt 19 ta’ Lulju – Fis-2.30 a.m. jiddahhal Xatt it-Tiben il-kadavru ta’ Karmenu Bugeja u mill-awtopsja wkoll irrizulta li Karmenu ghereq. Tard wara nofs in-nhar jinstab kadavru iehor li rrizulta li kien ta’ Abdulrahman Abdala Gedi. Il-kadavru tas-Somalu nstab 2.3 mili biss ’il boghod minn fejn instab Karmenu Bugeja.
Mistoqsijiet
Fil-jiem li gejjin se nkompli fuq din it-tragedja. Izda se nipprova nara x,mar hazing fit-tfittxjiet mhux biss minhabba din it-tragedja izda ghal quddiem. Il-Gvern u l-FAM se jkunu taht il-lenti. Fost dak li se nkun qed nistaqsi hemm is-somma ta’ €230,000 u dik ta’ €140,000.