June 2008


Nirien f’dar ta’ anzjan f’Rahal Gdid

Joseph Said ta’ 61 sena minn Rahal Gdid hareg wahdu mid-dar tieghu wara li nirien bdew fi tliet ikkmamar differenti meta hu kien ghadu gewwa.

Nhar il-Hadd ghal habta tas-6.20 p.m. residenti li joqghodu qrib Triq Kordin cemplu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili meta nnuttaw duhhan hiereg mir-residenza ta’ l-anzjan. Fuq il-post marru dawk mill-istazzjon ta’ Kordin u l-Pulizija mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid immexxija mis-Surgent Mario Spiteri kif ukoll Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku u tal-Mobile. Kif waslu fuq il-post sabu lill-anzjan bil-qieghda faccata tad-dar tieghu jara d-dar taqbad. Kien l-intervent f’waqtu tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li n-nirien ma lehqux tferxu. Jidher li n-nirien bdew f’zewgt ikmamar tas-sodda u fil-kcina. Bhala prekawzjoni fuq il-post intbghatet ambulanza b’infermiera. L-anzjan ittiehed l-Ghassa ta’ Rahal Gdid u wara l-Isptar Monte Carmeli ghal kura medika. Bil-kaz gie informat l-Ispettur Alex Grech mill-istess Ghassa tal-Pulizija.

Sadanittant aktar kmieni wara nofs inhar, ghal habta tas-2.30 p.m., il-membri tad-DPC kienu impenjati jikkontrollaw nirien li hakmu parti mil-Lukanda Le Meridian li tinsab fil-Balluta f’San Giljan. It-turisti li kienu fil-lukanda gew evakwati kollha bhala prekawzjoni.

Il-FAM qed tinghata 12,500 biex thaddem ic-centru

Regghu dahlu Malta 84 klandestin fi ftit sighat

Jekk qatt kien hemm prova ta’ kemm l-operazzjoni “Nautilus III” ta’ l-Agenzija Frontex hija ”fjask” johrog minn numru ta’ klandestini li dahlu mindu bdew is-suppost rondi fl-ibhra Maltin bl-ahhar 84 klandestin li dahlu nhar it-Tnejn, 23 ta’ Gunju stess. Barra minn hekk biex jithaddem Centru tal-Frontex f’Malta, l-Forzi Armati ta’ Malta qieghdin jinghtaw 12,500 biss.

Fis-17 ta’ Gunju li ghadda d-Deputat Laburista Owen Bonnici ghamel mistoqsija parlamentari numru 926 lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Huwa staqsih jekk jistax jikkonferma li c-Centru ta’ l-Operazzonijiet (ICC) tal-missjoni ajru-navali “Nautilus III” tal-Frontex hijiex ibbazata f’Malta fi hdan il-FAM. Staqsih ukoll jekk l-ufficjali ta’ qawwiet ohrajn jinsabx stazzjonati f’Malta fit-tmexxija u l-kordinazzjoni ta’ dan ic-centru u kemm qieghda tircievi l-FAM biex izzomm dan ic-centru.

Il-Prim Ministru kkonferma li dan ic-Centru ta’ l-operazzjonijiet kongunta “Nautilus III” giet stabbilità fil-21 ta’ Mejju biswit ic-Centru ta’ l-Operazzjonijiet tal-FAM.

L-ICC hija mmexxija minn fizzjali tal-FAM u fiha jahdmu wkoll fizzjali tal-Frontex u fizzjali nazzjonali ta’ kull pajjiz li f’dak il-mument ikollu rizorsi nvoluti fl-operazzjoni.

Skond il-Prim Ministru Lawrence Gonzi b’kollox gew allokati mill-FRONTEX 12,500 ghall-ispejjez biex jithaddem dan ic-Centru.

Sorsi qrib il-FAM qalu lil dan is-sit elettroniku li dan ic-Centru verament jinsab qrib ic-Centru ta’ l-Operazzjonijiet fejn hemm il-qalba tal-kommunikazzjoni tal-FAM izda fl-ICC ma hemm ebda mezz ta’ kommunikazzjoni. Generalment kull filghodu ssir laqgha bejn l-ufficjali Maltin u dawk mill-pajjizi li jiddeciedu li se jkunu qieghdin jiehdu sehem fl-operazzjoni ta’ sorveljanza fl-ibhra Maltin u mill-ajru bil-ghan li ma jithallewx jersqu lejn pajjizna dghajjes bil-klandestini. Dan ic-centru huwa armat bil-komputers, printers, mapep u apparat iehor. Suppost li l-ibhra Maltin qieghdin ikunu sorveljati mill-Forzi Germanizi, Taljani, Franicizi u l-Maltin.

Bhala ghajnuna finanzjarja l-Agenzija Frontex allokat lill-FAM 12,500 (Lm5,366). Mhux maghruf ezatt kif qieghdin jintuzaw dawn il-flus izda meta huma komparati ma’ flus ohrajn li huma allokati ghal affarijiet ohrajn, dawn huma biss qatra fl-ocean.

“Jekk tahres biss lejn il-karozza li nghatat lill-ufficjal li jmexxi s-Servizzi tad-Detenzjoni, li huwa responsabbli mill-klandestini li jidhlu f’Malta, wkoll din is-somma hija tad-dahk. Fil-fatt i-karozza ta’ dan l-ufficjal tiswa’ kwazi tliet darbiet aktar”, qalilna ufficjal tal-FAM

L-istess sorsi qalulna wkoll li nhar it-Tnejn ma saret ebda laqgha minhabba li la l-Germanizi, la t-Taljani u lanqas il-Franicizi ma kienu fic-Centru ghax ma kien hemm hadd jissorvelja l-ibhra waqt din l-operazzjoni. Minn naha l-ohra l-Patrol Boats tal-FAM kienu impenjati biex hargu jsalvaw tliet gruppi ohrajn ta’ klandestini.

Fil-fatt nhar it-Tnejn ghal habta tas-6.35 a.m. l-FAM gew informati mil-lanca ta’ l-irmonk Maltija “Minku” li madwar 45 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Malta kien hemm dghajsa ta’ madwar hames metri u li fuqha kien hemm grupp ta’ 28 klandestin. Minhabba li dawn kienu fil-periklu, il-lanca tellghet lill-klandestini, 22 ragel, hames nisa u tarbija, abbord.

Ghal habta tas-2.00 p.m. il-Patrol Boat P32, immexxija minn Warrant Officer Alexander Cutajar, marret fl-inhawi u l-klandestini gew trasferiti ghal fuqha. Meta l-P32 kienet riesqa lejn il-Bazi Marittimu tal-FAM f’Xatt it-Tiben, intercettat dghajsa ohra b’29 klandestin, 20 ragel, tmin nisa u tarbija ohra. Ghall-ewwel dawn irrifjutaw l-ghajnuna tal-membri ta’ l-ekwipagg tal-P32 izda aktar tard minhabba s-sigurtà tal-klandestini, dawn gew skortati lejn il-bazi tal-FAM mil-lanca tas-salvatagg il-Melita 1.

Il-P32 dahal fil-bazi tal-FAM fis-6.51 p.m. fejn l-ewwel ma tnizzlu kienet it-tifel f’idejn missieru u ommu warajh. Wara tnizzlu l-erba’ nisa l-ohrajn u l-irgiel. Jistennew kien hemm il-Pulizija mit-Taqsima ta’ l-Immigrazzjoni mmexxija mill-Ispettur Sandro Zarb li hadu lill-klandestini l-garaxx tal-Pulizija.

Sadanittant waqt li kienet ghaddejja din l-operazzjoni, ghal habta ta’ l-9.50 a.m. l-vapur MV Sveti Jeri rrpporta li madwar 20 mil nawtiku fil-Lbic ta’ Malta kien hemm dghajsa ohra b’25 ragel u zewg nisa fuqha. Fl-inhawi ttajjar il-helikopter Aloutte mill-Iskwadra ta’ l-Ajru li baqa’ jissorvelja fuq id-dghajsa sakemm wasal dingi tal-FAM meta dawn kienu madwar mil ’il barra mill-Port ta’ l-Imgarr f’Ghawdex fejn komplew jeskortaw lill-klandestini sal-moll tac-Cirkewwa fejn waslu ghal habta tat-2.40 p.m.

S’issa din is-sena biss dahlu u jew iddahhlu Malta 748 klandestin fi 28 vjagg. Minn dawn kien hemm 574 klandestin li dahlu Malta f’22 vjagg minn wara s-17 ta’ Mejju mindu suppost l-Agenzija Frontex bdiet tissorvelja l-ibhra Maltin biex dawn ma jidhlux.

L-istess post li halla tlieta ohrajn mejtin bil-mutur

Clyde Camilleri, Rachel Barbaro Sant, Alan Gauci u Edward Gatt huma erba’ zghazagh li kellhom tliet affarijiet in komuni – l-imhabba lejn il-muturi, l-erba’ li huma mietu b’accident bil-mutur u mietu fi Triq il-Marfa fic-Cirkewwa.

L-ahhar accident fatali sehh nhar il-Hadd li ghadda meta ghal habta tat-7.50 a.m. Edward Gatt ta’ 27 sena minn Hal Qormi kien qed isuq il-mutur tieghu Yamaha fid-direzzjoni tal-moll tac-Cirkewwa. Dak il-hin mid-direzzjoni opposta kien gej minibus Ford Transit misjuq minn ragel ta’ 68 sena minn Birkirkara. Hekk kif il-minibus wasal qrib l-entratura tal-Lukanda Paradise Bay u dar fuq il-lemin, sehhet il-habta fejn l-mutur laqat il-parti ta’ wara tax-xellug tal-minibus.

Mad-daqqa l-mutur u Gatt tkaxkru ghal diversi metri u spiccaw jieqfu mal-bankina fuq in-naha l-ohra tat-triq. Mad-daqqa Edward Gatt sofra diversi griehi gravi tant li miet fuq il-post kif kien iccertifikat minn Dr Sonia Abela.

Dan l-accident fatali tat-traffiku, is-sitt wiehed din is-sena u t-tieni wiehed li kien involut mutur, qieghed ikun investigat mis-Supretendent Mario Bonello u l-Ispettur Robert Vella tad-Distrett. Il-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna qed imexxi inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina, lil Dr Richard Sladden u lit-Tekniku Joseph Zammit flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija bhala esperti tal-Qorti.

Fil-15 ta’ Awissu 2000 kienu tilfru hajjtihom f-istess post Clyde Camilleri u Rachel Barbaro Sant meta habtu ma’ karozza misjuqa minn Domenico Franco, Taljan ta’ 47 sena minn Bari. il-Qorti kienet sabet lit-Taljan hati ta’ din il-fatalità. Accident iehor fatali sehh fl-4 ta’ Dicembru 2003 meta Alan Gauci wkoll miet meta l-mutur li kien qed isuq skidja b’konsegwenza li Gauci habat rasu ma’ konka tal-konkrit.

Ma ntalbet ebda ghajnuna

Waqt accident li sehh nhar is-Sibt, 7 ta’ Gunju 2008 u li fih sofrew xi griehi sitt persuni, fl-ebda hin ma ntalbet l-ghajnuna lill-Awtoritajiet ta’ l-emergenza minn fuq ir-radju marittimu.

L-accident sehh ghal habta tat-8.30 p.m. meta s-sitt persuni – tliet guvintur ilkoll Germanizi ta’ 27 sena, wiehed minnhom residenti Bormla u t-tnejn l-ohrajn resident l-Ingilterra, guvni ta’ 21 sena imwieled Ghawdex u residenti Bormla, tfajla ta’ 21 sena residenti s-Siggiewi u tfajla ta’ 20 sena residenti Hal Qormi, kienu fuq speedboat fil-Port ta’ Marsamxett dehlin fid-direzzjoni ta’ San Giljan. Kif kienu qrib Portomaso habtu ma’ sikka minhabba li din ma kinitx tidher fid-dlam. Mal-habta l-ispeedboat inqalbet u kemm il-guvni li kien qed isuq id-dghajsa kif ukoll il-hames passiggieri li kellu mieghu spiccaw kollha fil-bahar.

Dakinhar kien gie allegat li minkejja li ssejjah l-ajjut fuq ir-radju ta’ l-emergenza, fejn skond it-terminu tekniku beda jghajjat “Pampam” (frazi ohra flok May Day) fuq il-frekwenzi 16 u 12 hadd ma rrisponda. Dawn il-frekwenza huma moniterjati ’l hin kollu mill- FAM. Kien gie allegat ukoll li meta sejjah l-istess ajjut fuq frekwenza ohra rrispondew il-haddiema tal-Jott Marina ta’ Portomaso li marru fuq il-post permezz ta’ dingi li tellghu lill-vittmi mill-bahar.

Dan is-sit elettronku ghandu konferma mill-FAM li wara li gew iccekjati r-rekordings kollha ta’ dakinhar, irrizulta li fuq il-frekwenzi ta’ l-emergenza ma kien hemm ebda sejha ghal xi tip ta’ assitenza.

L-AHHAR ZVILUPPI

Bhal ma jigri spiss, l-awtoritajiet iccaqalqu biex jirrangaw lampa fuq sikka wara li sitt persuni spiccaw l-isptar. Din id-darba l-Awtorità Marittima ta’ Malta (MMA) hadet il-passi mehtiega ftit jiem wara li sehh l-accident qrib Portomaso u ghax l-orizzont u dan is-sit elettroniku zvelaw li parti mit-tort ta’ l-accident kienet bozza li kienet ilha maqtugha ghal diversi xhur.

Minn stharrig li kompla jaghmel dan il-gurnal jirrizulta li l-MMA kienet harget avviz fit-30 ta’ Jannar 2008 li “The Mercanti Reef Light Beacon”, dik il-bozza li tixghel u tinteffa tliet darbiet kull ghaxar sekondi u li tinsab fuq is-sikka qrib Portmaso, kienet imkissra. Huwa mifhum li din tkissret bil-maltemp.

Minkejja li ghaddew kwazi sitt xhur minn dan l-avviz, kellu jkun accident u rapport li deher nhar it-Tlieta, 10 ta’ Gunju fuq dan is-sit u fil-gurnal l-orizzont li l-MMA irrangat din il-bozza. Fil-fatt f’avviz numru 40 li nhareg fis-16 ta’ Gunju 2008, jghid li din issa trangat.

Sorsi li tkellmu maghna qalulna li l-iskuza li dejjem gabet l-MMA kienet minhabba l-bahar qawwi l-bozza ma setghetx tigi rrangata. L-istess sorsi qalulna wkoll li l-MMA tista’ wkoll tinheba wara l-iskuza li kien hemm l-avviz. L-istess sorsi izda qalulna li filwaqt li l-ewwel avviz kien numru 07 dak li tghid li ttrangat huwa numru 40 u ghaldaqstant l-MMA harget aktar minn 33 avviz iehor ghall-bahhara.

Sadanittant is-Sur Lawrence Galea gibidli l-attenzjoni dwar xi teknikalitajiet fir-rapporti dwar dan il-kaz. Huwa qalli li s-sejha ta’ PanPanPan (mhux Pam) m’hiex minflok Mayday, li gejja mill-Franciz “m’aider” u li l-Inglizi bidluha f’Mayday.

Galea qal li ‘Mayday’ tintuza f’sitwazzjoni fejn ikun hemm periklu li min ikun abbord ikun qieghed jabbanduna l-vapur/dghajsa jew ghax ikun hemm periklu serju fejn xi hadd mhux biss jista’ jkorri gravi izda anke jitlef hajtu.

Minn naha l-ohra PanPanPan tintuza meta jkun hemm urgenza imma mhux gravi daqs meta tissejjah il-Mayday.

L-UE tkompli tghaddi z-zmien bil-Gvern Malti

Bdejna bl-operazzjoni “Nautilus 1” tliet snin ilu biex is-sena ta’ wara kien hemm “Nautilus 2” u mis-17 ta’ Mejju ta’ din is-sena bdiet “Nautilus 3”. Dawn huma tliet operazzonijiet sofistikati mill-Agenzija ta’ l-UE – il-Frontex. Izda sena wara l-ohra rrizultaw biss bhala Fjask u Farsa u l-Gvern Malti jitbissem u jkompli jirringrazzja lill-UE ta’ l-ghajnuna inezistenti li qieghdin jaghtuna. Sa ftit jiem ilu l-Prim Ministru Malti, Lawrence Gonzi, meta kien intervistat fi Brussel rega’ rringrazzja lill-UE ta’ l-ghajnuna mill-Frontex. Kieku kellna ghalfejn nuru l-apprezzament wiehed kien jifhem ghalfejn il-Prim Ministru Gonzi rringrazzja lill-UE.

Gurnata wara l-ohra l-fatti qieghdin juru li l-Frontex mhux qieghda taghmel dak li gie mwieghed u cioe’ li tbieghed il-vjaggi bil-klandestini ’l boghod mill-Ewropa u b’mod specjali lejn din il-bicca gzira f’nofs il-Mediterran bl-isem ta’ MALTA.

S’issa din is-sena biss dahlu u jew iddahhlu Malta 664 klandestin f’25 vjagg. Minn dawn kien hemm 490 klandestin li dahlu Malta f’19-il vjagg mindu suppost l-Agenzija Frontex bdiet tissorvelja l-ibhra Maltin biex dawn ma jidhlux. Suppost ukoll l-ibhra taghna qieghdin ikunu sorveljati minn bicciet tal-bahar u ta’ l-ajru mit-Taljani, li ghandhom interess qawwi hafna li l-klandestini ma jidhlux f’pajjizhom, mill-Francizi u l-Germanizi flimkien mal-Maltin bir-rizorsi limitati kbar li ghandna.

S’issa la l-Gvern Malti u lanqas l-istess Agenzija Frontex qatt ma hargu stqarrija fejn qalu kemm kien hemm dghajjes bil-klandestini li gew intercettati u ma thallewx jersqu lejn pajjizna bis-sahha tal-Frontex.

U hawn iqumu xi mistoqsijiet :

Jekk l-operazzjoniji tal-Frontex qieghda tahdem, kemm kien hemm vjaggi bil-klandestini li bis-sahha ta’ l-istess Frontex ma resqux lejn Malta? U jekk kien hemm, ghaliex kollox baqa’ mistur. U minn hawn johorgu aktar mistoqsijiet li jistghu jkunu wkoll allarmanti.

Dawk il-klandestini li ma waslux Malta, dan minhabba li forsi ntuzat xi forma ta’ forza fuqhom u mhux bil-kelma t-tajba? Dawk il-klandestini li gew irrapportati li gherqu waqt il-vjaggi, gherqu minhabba l-maltemp?

Mhux hekk biss. Dawk il-klandestini li gew salvati minn mal-gaggeg tat-tonn u minn bastimenti u skejjen tas-sajd, b’kumbinazzjoni kollha Taljani, kif spiccaw hemm? Jista’ jkun li hemm xi hadd, anke mill-istess Agenzija Frontex, li gwidaw lill-klandestini lejn dawn il-gaggeg u opri tas-sajd biex ikunu salvati mill-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta? Ghaliex, minkejja li l-bastimenti li qieghdin jiehdu sehem fl-operazzjoni “Nautilus 3” huma armati b’apparat sofistikat, s’issa l-ebda vjagg mill-25 li dahlu Malta ma gie intercettat minnhom?

Dawn il-mistoqsijiet mhux jien ghandi nistaqsihom imma l-Gvern Malti ghax huwa fid-dmir tieghu li jipprotegi lill-pajjizna minn pjaga li kull ma tmur qieghda tikber.

Izda dwar l-Agenzija Frontex diga’ kien hemm kritika anke fuq dan is-sit elettroniku. Il-Frontex mhi xejn hlief agenzija ta’ l-ivvjaggar b’xejn ghal hafna fizzjali u ufficjali, fosthom anke whud mill-FAM. Fil-5 ta’ Awissu 2007 kont ktibt, u qatt ma giet michuda, li “l-Agenzija Frontex hija biss ‘kazin’ ghal ftit ufficjali Germanizi u ohrajn mill-pajjizi Baltici li ma ghandhom ebda esperjenza ta’ xejn. Il-Frontex hija agenzija ohra fi hdan l-UE li nholqot biex igawdu ftit nies. L-istess sors qalilna li kieku l-Frontex qieghda titmexxa mill-Griegi, Spanjoli u anke Maltin, kieku l-affarijiet jimxu hafna ahjar ghax hemm ufficjali b’hafna aktar esperjenza.

Sorsi ohrajn stqarrew maghna li dan il-‘kazin’ igawdu anke certi ufficjali fosthom il-Maltin. Dan minhabba li b’mod regolari xi ufficjali maghzulin imorru l-Polonja, fejn hemm il-Kwartieri tal-Frontex, kif ukoll f’diversi pajjizi ohrajn madwar l-Ewropa. Dawn il-vjaggi huma maghrufin bhala ‘Turizmu Militari’ li taghmel tajjeb ghall-ispejjez l-UE li tirrifondi l-flus li tkun harget l-Armata”.

……..u l-klandestini se jibqghu dehlin u s-sena d-diehla jkollna r-raba’ att tal-farsa “Nautilus 4”.

Qatt ma kelli dubju mill-onestà, l-integrità u lealtà taghhom

- il-Brigadier Carm Vassallo

Il-kaz taz-zewg fizzjali tal-FAM li ma kienx inhargilhom “security clearance” mis-Servizz Sigriet u ghalhekk ma setghux ikomplu javvanzaw fil-karriera taghhom, ha zvolta totalment differenti meta fil-Qorti l-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Carm Vassallo qal li huwa qatt ma kellu dubju mill-onestà, l-inegrità u lealtà taghhom.

Il-Logotenent Kulunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo s-sena l-ohra kienu pprezentaw rikors Kostituzzjonali kontra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Kap Kmandant ta’ l-Forzi Armati ta’ Malta, il-Brigadier Carm Vassallo, biex jinzammu milli johorgu promozzjonijiet fl-Armata.

Permezz ta’ l-Avukati Anglu Farrugia u Josè Herrera u l-Prokuratur Legali Nadine Farrugia, iz-zewg fizzjali tal-Forzi Armati talbu lill-Prim’ Awla tal-Qorti Civili biex izzomm milli jinhargu promozzjonijiet. Huma qalu li minhabba ragunijiet moghtija fir-rikors taghhom qieghdin jitolbu lill-Qorti tiddikjara li l-mod kif imxew fil-konfront taghhom l-Awtorità Nazzjonali dwar is-Sigurtà u l-Kummissrju Frank Camilleri kif ukoll il-Kap Kmandant tal-FAM li kisrulhom id-drittijiet taghhom ghas-smiegh xieraq skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-ligi tal-Konvenzjoni Ewropeja.

Fir-rikors Schembri u Vassallo qalu li permezz ta’ ittra tat-3 ta’ Novembru 2006 mibghuta lilhom mill-Brigadier Carm Vassallo huma gew informati li ma kienux se jigu konsidrati ghal aktar promozzjonijiet. Ghalhekk jidher car li minhabba s-’Security Clearance’ iz-zewg fizzjali qatt ma jistghu jibbenifikaw minn promozzjoni.

Izda meta l-gimgha l-ohra kompla jinstema l-kaz quddiem l-Imhallef Dr Abigail Lofaro u xehed il-Brigadier Vassallo, il-kaz ha zvolta gdida. Huwa xehed li hadd mis-Servizz Sigriet qatt ma talbuh il-fajls tal-Logotenent Kulunell Schembri jew tal-Maggur Vassallo u qatt ma xi hadd staqsieh dwarhom. Huwa sempliciment kien infurmat mill-Ufficcju tal-Prim Ministru li dawn iz-zewg fizzajli ma kellhomx is-Security Clearance u ghalhekk la setghu jinghataw promozzjonijiet aktar u lanqas appointments.

Il-Brigadier qal ukoll li ma sarux ir-rapporti kunfidenzjali tal-Maggur Vassallo ta’ dawn l-ahhar seba’ snin. Skond il-procedura tal-FAM dawn ir-rapporti huma l-bazi li jwasslu ghal promozzjoni. Huwa qal li dan kien zball amministrattiv.

Sadanittant sorsi qrib il-FAM qalu lil l-orizzont u lil dan is-sit elettroniku li dan jikkontradixxi l-bazi fuq xiex inghatat in-non-Security Clearance ta’ dawn iz-zewg fizzjali. Dan jitfa wkoll dubji serji fuq kemm kien onest l-iskop wara din is-Security Clearance.

L-istess sorsi allegaw li issa qieghed jidher aktar fic-car li dan kollu sar biex Schembri u Vassallo jitwarbu minn nofs biex il-promozzjonijiet taghhom jinghataw lil persuni ohrajn malajr kemm jista’ jkun qabel l-elezzjoni tat-8 ta’ Marzu kif fil-fatt gara meta ftit jiem qabel kienu nhargu numru ta’ promozzjonijiet fi hdan l-Armata.

Iz-zewg fizzjali staqsew kemm-il darba biex xi hadd jghidilhom ir-raguni ghaliex ma ghaddewx mis-Security Clearance imma hadd qatt ma qalilhom. Meta f’Novembru 2006 waqt intevista li l-gazzeta it-Torca ghamlet mad-Direttrici dwar l-Affarijiet ta’ l-Armata, Vanessa Frazier, giet mistoqsija ghaliex iz-zewg fizzjali hadd ma qalilhom xejn, hija qalet “ma jistghux jghidulhom ghax mhux suppost minhabba d-Data Protection Act”

Kemm il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kif ukoll l-eks-Segretarju Parlamentari Tony Abela, kienu stqarrew li l-promozzjonjiet fil-FAM kellhom jinhargu malajr biex ix-xoghol fl-Armata ma jistagnax. Izda hafna mill-fizzjali li nghataw promozzjoni qabel it-8 ta’ Marzu, ghadhom ma tpoggewx fejn suppost huma responsabbli tant li ghad hemm minnhom li ghadhom fl-istess post li kienu qabel ma nghataw il-promozzjoni.

Ir-rikors li ghamlu Vassallo u Schembri ma kienu l-unici tant li fil-gimghat ta’ war zewg fizzjali ohrajn, il-Magguri, Claudio Terrible u Ivan Consiglio, ukoll fethu kawza simili. Dawn iz-zewg fizzjali qieghdin issostnu li l-ahhar promozjonijiet li saru ghal Logotenenti Kulunelli kienu abbuzivi, mhux trasparenti u li ma twettqux skond il-ligi.

Spetturi jixtru apparat biex jahdmu

Difficli li wiehed jasal biex jemmen li qieghdin nghixu f’nofs is-sena 2008, f’pajjiz membru fl-UE u ufficjali tal-Pulizija litteralment m’ghandhomx apparat biex jahdmu. Hemm ukoll ilmenti minn Pulizija li jiffurmaw parti mill-Banda tal-Pulizija.

Uhud, jekk mhux kollha, mill-Ispetturi l-godda li lehqu fi Frar li ghadda u li huma stazzjonati fid-Depot, fosthom DIK, Drogi, Vizzji u ohrajn, ghadhom sal-lum minghajr computer biex jahdmu bih. Uhud minn dawn tant huma dedikati lejn xogholom li sahansitra marru u xtraw computer minn flushom u kien hemm min xtara laptop. Izda dan mhux kollox. Ma’ dan l-apparat hemm min xtara wkoll printer izda meta saret talba biex jinghataw il-linka ghall-printer, qalulhom li minhabba li l-apparat mhux tal-Korp tal-Pulizija t-talba taghhom giet irrifjutata.

Dan mhux l-uniku nuqqas li qieghdin isibu dawn l-ufficjali. Hemm ukoll min inghata vettura tas-servizz li mhux biss hija antika izda li kieku kienet ghand cittadin iehor ma tghaddix mill-VRT. Vjagg li b’karozza normali u b’sewqan normali jiehu madwar 15-il minuta, wahda minn dawn il-vetturi tiehu ftit iktar minn 40 minuta jekk ma tieqafx f’nofs it-triq.

Problema ohra li qieghdin isibu l-Ispetturi li jaghmlu parti mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga hija fil-Qorti. Minhabba li s-seduti tad-drogi jinstemghu biss minn Magistrat wiehed, Dr Lawrence Quintano, dan ma jistax ilehhaq mal-kawzi kollha.

Sorsi fil-Qorti qalulna li l-Magistrat Quintano irid li jisma’ l-kawzi kollha pendenti ta’ zewg spetturi li m’ghadhomx jaghmlu parti minn din l-iskwadra. Fil-fatt ghadd hemm numru ta’ kawzi ta’ l-eks-Spettur Nadia Lanzon, li m’ghadiex fil-Korp, u ta’ l-Ispettur Josric Mifsud li fil-prezent huwa stazzjonat fid-Distrett ta’ Ghawdex.

Il-hafna xoghol u dedikazzjoni ta’ hin, hafna drabi anke mill-hin liberu ta’ l-Ispetturi f’din l-Iskwadra, qieghed itir kollu mar-rih ghax hemm kawzi li qieghdin jispiccaw jintremew mill-Qorti minhabba li jkunu preskritti. Kaz tipiku sehh ftit ilu meta l-Magistrat Dr Lawrence Quintano waqt wahda mis-seduti ma kellux ghazla ohra hlief li jillibera zaghzugh u nstema’ jghidlu “Irringrazzja lill-Alla” u baghtu d-dar mhux ghax ma nstabx hati izda ghax kienu ghaddew hames snin mill-kaz u ghadda z-zmien tal-preskrizzjoni.

Il-Banda tal-Pulizija

Waslulna diversi lmenti minn xi Pulizija li jiffurmaw parti mill-Banda tal-Pulizija. Dawn qieghdin jilmentaw li anke jekk xi hadd ma jkunx jixtieq ikompli jaghmel parti mill-banda, ma jistax jitlaq. Qalulna li huma kienu ntalbu biex jaghmlu parti mill-Banda tal-Pulizija fuq bazi volontarja u ghalhekk ma jistghux jifhmu ghaliex min iddejjaq mhux jithalla jitlaq.

L-istess sorsi qalulna wkoll li minhabba l-impenji tal-Banda, il-bandisti ma jistghux jiehdu l-leave ghax mhux qieghed ikun approvat.

“Li l-leave jinzamm minhabba xi urgenza fil-pajjiz, kulhadd jifhem is-sitwazzjoni l-aktar ahna l-Pulizija. Izda ma nistghux niehdu l-leave minhabba l-banda, din hija ingustizzja”, sahqu maghna diversi Pulizija li qieghdin imorru ghax-xoghol b’moral baxx ghall-ahhar.

Qabad lill-martu fil-fatt ma’ ragel iehor f’karozza

Qieghed nerga nikteb dan l-artiklu minhabba xi korettezzi u ghal finijiet ta’ precizjoni dejjem skond l-istharrig li ghamilt matul il-gurnata tat-Tnejn, 9 ta’ Gunju. kif ukoll minn informazzjoni li ksibt minn sorsi qrib iz-zewg partijiet.

 

Il-kaz bejn Patricia Zahra ta’ 24 sena u r-ragel taghha Clint Zahra ta’ 25 sena, it-tnejn minn Had Dingli jidher li ilu sejjer ghal xi zmien tant li dan l-ahhar Patricia kienet qieghda toqghod mal-genituri taghha. Nhar il-Gimgha, 6 ta’ Gunju, Patricia attendiet ghal staff party fl-istabbiliment “Fortress Wine Bar” fix-Xemxija.

Jirrizulta li Clint mar ma’ missieru, Angelu ta’ 63 sena mir-Rabat, bil-karozza tieghu biex jara x’kienet qieghda taghmel martu minn wara dahru u ghalhekk waqfu fejn hemm il-kjosk tal-gelati u qaghdu jistennew. Ghal habta tas-12.45 a.m. raw lil Patricia hierga mill-istabbiliment u warajha kien hemm persuna ohra li wara sar maghruf li hija Mark Anthony Casha ta’ 28 sena mis-Swieqi. Patricia deheret tidhol fil-karozza taghha filwaqt li Casha dahal fil-karozza tieghu u t-tnejn saqu wara xulxin fid-direzzjoni tal-Mellieha. Kemm il-mara kif ukoll Casha ma kienux konxji li fl-istess hin kienu qieghdin ikunu segwiti minn Clint u missieru.

Movimenti suspettuzi

Mark Anthony u Patricia waslu Paradise Bay fejn ipparkjaw il-vetturi taghhom fl-ewwel parkegg. Patricia nizlet mill-karozza taghha u marret f’dik ta’ Casha. Kif ra hekk Clint Zahra hareg mill-karozza tieghu u mar f’post fejn ma setax jidher. Ftit tal-hin wara Clint seta’ jinnota xi movimenti fil-karozza ta’ Casha fejn kien hemm ukoll martu.

F’daqqa wahda Zahra mar minn naha tal-passiggier u kif fetah il-bieba kien sorpriz ghal dak li ra tant li qabad lil martu u harigha barra mill-karozza ta’ Casha u allegatament beda jaggrediha. Qed ikun allegat ukoll li dak il-hin missier Clint mar fuq in-naha tas-sewwieq fejn kien hemm Casha u kif kien se jaggredih, allegatament Casha deher jitbaxxa u minn taht is-seat hareg mus. Anglu Zahra rrnexxielu jiehu l-mus minn idejn Casa u beda jaggredih bih fejn allegatament tah numru ta’ daqqiet f’diversi partijiet ta’ gismu.

Ferut, Casha saq il-karozza tieghu b’lura u billi l-bieba tal-passieggier kienet ghadha miftuha laqat lil Clint biha. Minn hemm Casha saq lejn l-Isptar Mater Dei li kif dahal u beda jinghata l-kura rrizulta li kien fil-periklu tal-mewt.

Sadanittant Clint ordna lil martu biex tidhol fil-karozza izda din irrifjutat u telqet bil-mixi. Kif Clint kien sejjer id-dar cempel lil omm martu u qalilha x’kien gara. Din qaltlu biex jibqa’ fejn hu ghax kienu gejjin fuq il-post. Jidher li Clint u missieru marru lura jfittxu lil Patricia izda din ma deheret imkien u dahlilhom suspett li setghet waqghet minn fuq l-irdum bil-fixkla.

Kif il-Pulizija saru jafu mill-Isptar Mater Dei x’kien gara f’Paradise Bay, bagthu unit tal-Mobile fejn sabu lil Clint Zahra u lil missieru fuq il-post ifittxu lil Patricia. Ftit wara Patricia cemplet ukoll lil ommha minn lukanda u minhabba li kienet qieghda ssofri minn xi griehi ttiehdet l-Isptar Mater Dei mill-Pulizija tal-Mobile. Minn naha l-ohra Clint u Anglu Zahra ttiehdu l-Ghassa tal-Qawra fejn baqghu jinzammu hemm ghal aktar stharrig.

Meta Patricia kienet ezaminata rrizulta li kienet qieghda ssofri minn diversi daqqiet izda l-feriti gew certifikat li kienu ta’ natura hafifa.

Bil-kaz giet informata l-Ispettur Therese Sciberras kif ukoll il-Magistrat Dr Jacqueline Padavoni li ordnat inkjesta u hatret lit-Tabib Forensiku Mario Scerri, lis-Sirologista Robert Cardona, lill-Perit Richard Aquilina u lil Dr Veronica Aquilina bhala esperti tal-Qorti flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

 Tressqu l-Qorti b’urgenza

Dwar dan il-kaz, il-Hadd wara nofsinhar il-Qorti nfetah b’urgenza biex tressqu b’arrest Clint Zahra u missieru Angelo.

L-Ispettur Theres Sciberras akkuzathom bl-attentat ta’ qtil ta’ Mark Anthony Casha ta’ 24 sena mis-Swieqi meta aggredewh b’mus li fil-Qorti rrizulta mix-xhieda ta’ l-Ispettur Sciberras li l-mus huwa tal-vittma stess. Akkuzi ohrajn huma li kkawzaw feriti hfief fuq Patricia Zahra, bi vjolenza domestika u li kissru l-paci pubblika.

Quddiem il-Magistrat Dr Joseph Apap Bologna z-zewg imputati wiegbu li ma kienux hatjin ta’ l-akkuzi u permezz ta’ l-Avukat Gianella Caruana Curran talbu biex jinhelsu mill-arrest. Minn naha taghha, l-Ispettur Sciberras oggezzjonat minhabba l-gravità ta’ l-akkuza ta’ attentat ta’ qtil u minhabba li l-vittma, Mark Anthony Casha, ghadu qieghed jinghata l-kura fl-Isptar Mater Dei. Hija qalet li l-isptar huwa post pubbliku u jekk l-akkuzati jinhelsu mill-arrest jistghu javviicnawh.

Dr Caruana Curran gibdet l-attenzjoni li l-klijenti taghha mhumiex nies krimnali u ma marrux apposta biex joqtlu lil Casha. Hija spejgat lill-Qorti li Clint qabad lill-martu f’karozza ma’ ragel iehor u agixxa. Qalet ukoll li l-arma li ntuzat fl-allegat attentat ta’ qtil lanqas hija ta’ l-akkuzati anzi hija ta’ Mark Anthony Casha stess. Dwar Patricia Zahra, din sofriet griehi hfief u ghalhekk ma hemmx akkuzi serji. Qalet ukoll li l-akkuza li kissru l-paci pubblika ma tregiex ghax il-post fejn sehh ir-reat huwa ’l boghod minn nies. Dr Gianella Caruana Curran qalet li f’dan l-istadju l-akkuzati jistghu jinzammu taht house arrest anke minhabba l-fatt li Angelo huwa rahhal u jrid jiehu hsieb xi bhejjem.

Wara li l-Magistrat sema’ lid-difiza u lill-prosekuzzjoni, cahad it-talba tad-difiza u ordna biex iz-zewg akkuzati jibqghu jinzammu taht arrest preventiv fil-Habs ta’ Kordin.

L-Avukat Charmaine Cherrett qieghda tidher bhala parte civili ghal Patricia Zahra. Meta kienet fil-Qorti, fuq Patricia Zahra kienu evidenti xi tbengil li x’aktarx kienu kkawzati meta sfat aggredita.

Il-kumpilazzjoni mistennija tibda nhar il-Gimgha, 13 ta’ Gunju.

Habtu ma’ sikka mhux mixghula

Sitt persuni sofrew diversi griehi wara li kienu involuti f’accident fuq il-bahar meta habtu ma’ sikka li l-bozza li hemm imwahhla ma’ arblu ilha maqtugha minkejja d-diversi rapporti li saru.

Nhar is-Sibt ghal ghal habta tat-8.30 p.m. sitt persuni – tliet guvintur ilkoll ta’ 27 sena ta’ nazzjonalità Germaniza, wiehed minnhom residenti Bormla u t-tnejn l-ohra resident l-Ingilterra, guvni ta’ 21 sena imwieled Ghawdex u residenti Bormla, tfajla ta’ 21 sena residenti s-Siggiewi u tfajla ta’ 20 sena residenti Hal Qormi, kienu fuq speedboat fil-Port ta’ Marsamxett dehlin fid-direzzjoni ta’ San Giljan.

Kif kienu qrib Portomaso habtu ma’ sikka minhabba li din ma kinitx tidher fid-dlam. Sorsi qrib Portomaso qalu lil lil dan is-sit elettroniku li mhux l-ewwel darba li huma rrapportaw il-bozza maqtugha ma’ l-awtoritajiet koncernati izda din baqghet ma ttrangatx.

Jidher li mal-habta l-ispeedboat inqalbet u kemm il-guvni li kien qed isuq id-dghajsa kif ukoll il-hames passiggieri li kellu mieghu spiccaw kollha fil-bahar.

Qieghed ikun allegat li u minkejja li ssejjah l-ajjut fuq ir-radju ta’ l-emergenza fejn skond it-terminu tekniku beda jghajjat “Pampam” (simili ghal meta tintuza l-kelma ‘May Day”) fuq il-frekwenzi 16 u 12 hadd ma rrisponda. Qed ikun allegat ukoll li meta sejjah l-istess ajjut fuq frekwenza ohra, x’aktarx frekwenza 13, irrispondew il-haddiema tal-Jott Marina ta’ Portotmaso li marru fuq il-post permezz ta’ dingi li tellghu lill-vittmi mill-bahar.

Sorsi qrib il-FAM qalulna li l-frekwenzi tar-radju marittimu ta’ l-emergenza huma moniterjati ’l hin kollu mill-FAM u hija allegazzjoni li ma tantx tista’ titwemmen li ma kienx hemm risposta immedjata. L-istess sorsi qalulna li l-probabilità hija li min sejjah ghall-ajjut kien inkwetat hafna ghal dawk li kienu fil-bahar korruti u jista’ jkun li ma tax cans u biddel il-frekwenza malajr. Fil-fatt, qalulna s-sorsi, fuq il-post marret ukoll lanca tal-FAM biex tassisti fl-operazzjoni.

Minhabba li kien hemm il-feruti, fuq il-post marru l-ambulanzi li hadu l-vittmi l-Isptar Mater Dei ghall-kura medika. Il-guvni ta’ 27 sena kif ukoll dak li ghandu 21 gew iccertifikati li qed isofru minn griehi ta’ natura gravi, filwaqt li l-ohrajn qed isofru minn griehi ta’ natura hafifa.

Bil-kaz gie informat il-Magistrat tal-Ghassa Dr Antonio Mizzi li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Richard Aquilina, it-Tekinu Joseph Zammit, lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-Kaptan Rueben Lanfranco bhala esperti tal-Qorti.

Il-kaz ghadu qed jigi investigat mill-Pulizija.

55 bil-bahar u wahda bl-ajru……u  dan minkejja l-ghassa tal-Frontex

Il-problema tal-klandestini kompliet tikber nhar is-Sibt meta ddahhal Malta l-ikbar grupp din is-sena b’55 klandestin jiddahhlu bil-bahar u wahda ngiebet Malta b’helikopter.

Nhar is-Sibt, 7 ta’ Gunju l-ekwipagg ta’ lis-skuna tas-sajd Taljana Priamo informat lic-Centru ta’ l-Operazzjonijiet tal-FAM li madwar 50 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Malta kien hemm dghajsa bi 28 klandestin fuqha. Ftit tal-hin wara ghal habta tas-12.45 p.m. il-lanca ta’ l-irmonk, ukoll Taljana, Capo Mulino, irrapportat li 28 klandestin iehor kienu mqabdin ma’ gagga tat-tonn wara li nqalbu minn fuq id-dghajsa li kienu fuqha meta kienu biss sitt mili nawtiku ’l boghod mid-dghajsa l-ohra.

Minhabba l-urgenza ta’ dawn l-ahhar klandestini, il-Patrol Boat P52 marret l-ewwel ghal dan il-grupp filwaqt li ttajjar ukoll l-ajruplan Islander fl-inhawi. Fl-3.40 p.m. il-P52 waslet qrib il-gagga tat-tonn u gabru 22 ragel u sitt nisa li wahda qieghda tistenna tarbija. Ftit inqas minn saghtejn wara l-P52 gabret ukoll il-grupp l-iehor li kien jikkonsisti 21 ragel u seba’ nisa. Minhabba li wahda minn nisa kellha bzonn l-ghajnuna medika, din ingiebet Malta permezz tal-helikopter Alouette mill-Iskwadra ta’ l-Ajru fejn baqa’ sejjer biha l-Isptar Mater Dei filwaqt li l-grupp ta’ 55 klandestin iddahhlu aktar tard fil-Bazi Marittimu f’Xatt it-Tiben.

Fi spazju ta’ inqas minn tliet xhur u nofs dahlu Malta 432 klandestin f’perjodu li lanqas huwa maghruf ghall-vjaggi tal-klandestini.

Minkejja li suppost qieghdin isiru rondi mill-Agenzija Ewropea Frontex biex dawn il-vjaggi jonqsu, kellhom ikunu skuna tas-sajd Taljana u dghajsa ta’ l-irmonk Taljana wkoll li rrapportaw zewg gruppi ta’ klandestini ta’ 28 persuna f’kull grupp u li l-ebda opra tal-Frontex ma ndunaw bihom.

B’kollox din is-sena dahlu 359 ragel, 65 mara u tmint it-tfal. L-ewwel vjagg din is-sena kien fl-1 ta’ Marzu b’24 klandestin. F’April kien hemm erba’ vjaggi b’109 klandestin, f’Mejju dahlu 161 klandestin f’seba’ vjaggi separati filwaqt li s’issa f’Gunju kien hemm hames vjaggi b’138 klandestin.

Next Page »