ESKLUSSIVACyrita u Odette

Iffrodati b’aktar minn €1,300

Zewg studenti Maltin mhux biss urew kuragg u determinazzjoni, izda minkejja l-esperjenza qarsa li ghaddew minnha baqghu b’rashom gholja u ffaccjaw id-diffikultajiet kollha, haga li x’aktarx haddiehor kien jaqta’ qalbu u ma jkomplix dak li beda.

Madwar erba’ gimghat ilu waslitli informazzjoni dwar dawn iz-zewg studenti infermieri, Cyrita Cappello u Odette Giordmaina, li spiccaw vittmi minn fuq l-internet ta’ frodisti barranin. L-ewwel ma sirt naf fuq fuq x’kien gara kien minn korrispondenza li ghaddiet bejni u bejn Odette u Cyrita u ghaldaqstant biex inkun naf ahjar x’gara mort l-Irlanda. Nhar is-Sibt, 19 ta’ April iltqajt maghhom fil-Kapitali Irlandiza, Dublin.

The Spire of Dublin - O\'Connell StreetIltqajna hdejn l-“Spire of Dublin

Il-post li ghazlu t-tfajliet fejn stajt insibhom zgur kien ezatt that struttura gholja 120 metru. Din hija l-famuza “Spire of Dublin”. Dan huwa monument li sewa’ lill-Irlandizi madwar €4.8 miljun biex suppost iccelebraw is-sena 2000, il-Millinenium. Izda minhabba oggezzjonijiet u protesti din il-‘labra’ kbira kienet inawgurata fit-22 ta’ Jannar 2003. Dan il-monument jinsab fl-iktar triq principali ta’ DublinO’Connell Street u qieghed jiswa’ lill-Gvern Irlandiz madwar €1 miljun fis-sena f’manutenzjoni.

It-tfajliet qaluli li kienu se jistennewni that dan il-monument f’nofs in-nhar u l-appuntament zammewh ezatt.

Odette u Cyrita jistennew

Lil Cyrita kont diga’ ltqajt maghha, izda zgur li ma kontx se narafha peress li l-ahhar li rajtha kellha madwar 12-il sena. Illum Cyrita hija tfajla sabiha, mimlija kuragg u xejn u hadd ma kien se jzommha milli tilhaq il-miri taghha li ssir infermiera professjonali.

Odette, ghalkemm l-ewwel darba li ltqajt maghha kien f’Dublin, impressjonatni bil-karratru ferriehi u spontanju. Tfajla simpatika daqs il-habiba taghha u l-istess bhal Cyrita wkoll hija determinate li tkompli minkejja l-mewg kbir li kellhom jiffaccjaw fl-aktar mumenti krucjali ta’ l-istudji taghhom.

Id-differenza bejn Odette u Cyrita hija li filwaqt li Odette hija kalma u ma turix li tinkwieta, Cyrita turik kif thossha u ghalkemm hija aktar misthija minn Odette, kelma tghidha sakemm taf li ghandha ragun.

Jirrakkontaw x’gara

F’kesha xxoqq il-ghadam bit-tempe­ratura ta’ 5 gradi izda bir-rih kiesah tinhass 0 gradi, imxena fil-qalba ta’ Dublin ghal madwar ghaxar minuti biex insibu post fejn nieklu xi haga u nitkellmu. Morna l-“Hard Rock Cafè”, forsi mhux l-iktar post ghal kwiet imma ma dejjaqna hadd.

Ghall-ewwel Cyrita deheret xi ftit nervuza u ghalhekk bdiet Odette tirrakkonta dak li ghaddew minnu. Ma tantx ghadda hin u Cyrita ndunat li minn dan kollu xi haga ta’ gid kien se johrog. Jekk mhux ghalihom zgur ghal ohrajn biex ma jingidmux kif gralhom huma.

Odette Giordmaina u Cyrita Cappello jinsabu fl-ahhar sena ta’ l-istudji taghhom biex isiru infermieri tant li bhal dan iz-zmien sena jkunu qieghdin jaghmlu t-tezi.

Ftit wara li saru jafu li kienu se jaghmlu parti mill-istudji taghhom f’Dublin fejn intbghatu bhala parti mill-“Erasmus Exchange Programm”, bdew ifittxu appartament fejn kienu se jqattghu

Odette qaltli li fittxet fuq l-internet “Apartment in Dublin, Ireland” u sabet sit bl-isem ta’ www.justlanded.com li fih numru ta’ appartamenti madwar l-Ewropa kollha u pajjizi ohrajn. Fost dawn kien hemm appartament f’Lansdowne Park, Ballsbridge Dublin.

Meta fittixna l-indirizz sibna li kien l-iktar wiehed ideali ghalina. Il-kera kienet ta’ €550 fix-xahar bejnietna u kien hemm €200 ta’ darba li taghmel tajjeb ghal xi hsarat li nistghu naghmlu” qaltli Cyrita.

“Suppost kellu wkoll access ghall-internet u l-affarijiet essenzjali kollha, dawk imsejhin appliances. Mhux hekk biss izda kien qrib hafna kemm ta’ l-Università kif ukoll ta’ l-isptarjiet fejn konna se nkunu qieghdin naghmlu l-istudji taghna”, ziedet tghid Odette.

Ghaldaqstant it-tfajliet hatfu l-okkazzjoni. Lanqas kienu biss joholmu li l-fortuna kienet se tkun daqshekk favur taghhom. Prezz ta’ appartament tajjeb, mghammar, fil-qalba u qrib hafna fejn riedu. Izda din dik li hasbu kienet fortuna tajba kienet biss bidu ta’ esperjenza qarsa.

L-ewwel kuntatt

Ghall-ahhar ta’ Ottubru 2007 baghtu email lil certu Lorraine Grey, suppost is-sid ta’ l-appartament, fejn qalulha li kienu interessati li jikru l-post. Min-naha taghha Grey accettat u qaltilhom biex jibghatulha minn quddiem il-kera ta’ xahar u nofs (€825) u l-€200 ghal xi hsarat li jistghu jaghmlu ghal total ta’ €1,025. Dawn il-flus intbghatu fl-20 ta’ Novembru 2007 lil Grey permezz tal-Western Union fl-Ingilterra fejn tghix kif qaltilhom hi. L-istudenti talbu lil Grey biex tibghatilhom ic-cavetta u l-kuntratt bil-firma taghha u xhud bil-posta rregistrata. Izda Grey insistit li tibghat kollox permezz tad-“DHL”.

DHL

L-ewwel ma rcevew b’email kien kuntratt bil-firma ta’ din Lorraine Grey u certu James A. Scott u li jgib id-data ta’ 30 ta’ Ottubru 2007. Izda l-kuntratt ma kellu ebda timbru ta’ xi nutar jew xi hadd professjonali. Meta t-tfajliet staqsew ghaliex ma kien hemm ebda timbru, Grey qaltilhom li l-ebda nutar ma kien se jiffirma kuntratt qabel ma jkun hemm iz-zewg firem taghhom.

Wara li ghaddew xi jiem u t-tfajliet baqghu ma rcevew xejn aktar, regghu kitbu lil Lorraine Grey li min-naha taghha qaltilhom li l-impjegat tad-“DHL” li kien gabar ic-cavetta minghandha ma kienx taha rcevuta u x’aktarx li l-pakkett bic-cavetta kien intilef.

Grey kitbet email lit-tfajliet fejn qaltilhom li kienet ilha ma tisma’ minghandhom u fakrithom li ma kienx fadal hafna zmien biex imorru l-Irlanda. Minn naha taghhom huma qalulha li ghadhom qieghdin jistennew li jircievu c-cavetta. Grey irrispondiet li kienet sorpriza kif il-pakkett bic-cavetta ma wasalx Malta.

Tibda dik imsejha “scam”

Ta’ frodisti professjonali, Grey u shabha bdew il-pjan kif se jisolhu lill-istudenti Maltin il-flus kollha li kellhom billi juzaw it-tattika li huma vittmi.

Grey qalet lil Odette li kien se jkollha tmur Dublin biex tibdel is-serattura. Biex tidher li kienet mara serja, qaltilhom li l-ewwel kienet se tmur Madrid, fi Spanja, biex tiehu s-sodisfazzjon ghaliex ic-cavetta kienet ghadha fl-ufficcju tad-“DHL” hemmhekk.

Izda ftit wara qaltilhom li kellha tmur l-Indonesja malajr minhabba li l-partner taghha kien iddahhal l-isptar u kellu bzonn li hi tkun mieghu. F’email li rcevew minghand Grey, qaltilhom li meta kienet l-Indonesja kienet giet misruqa u ma kellhix flus biex tmur Dublin u ghalhekk talbithom €500. Ir-risposta immedjata tat-tfajliet kienet biex titlob il-flus minghand uliedha li skond Grey dawn kienu l-Istati Uniti ta’ l-Amerika. Wara li Grey baqghet tinsisti, iddecedew li jipproponulha li jekk jibghatulha xi haga tal-flus, dawn iridu jitnaqqsu mill-kera. Minhabba li kien ghad fadlilhom ihallsu €300 ohra iddecidew li jibghatulha dan l-ammont biss. Izda Grey baqghet tinsisti ghal €500 u weghdithom li kif tasal Dublin u jiltaqghu kienet se tikompensa l-€500 fi flus kontanti personalment.

Minkejja dan, u anke minhabba li kienu digà hargu hafna flus u ma kellhom xejn, iddecidew li dakninhar li hallew Malta ghal Dublin jibghatulha €300.

Minhabba li l-15 ta’ Marzu kien is-Sibt, il-flus mill-Western Union fl-Indonesja setghu jingabru it-Tnejn u dan meta t-tfajliet kienu se jkunu digà Dublin. Fil-fatt Grey qaltilhom li kienet se tigbor il-flus l-ewwel haga t-Tnejn filghodu u dakinhar stess tkun Dublin.

Ghaldaqstant it-tfajliet irragunaw li jumejn f’Lukanda ma kinitx se tkun problema. Izda dak li qatt ma hasbu li seta’ jsehh, fil-fatt gara u l-jumejn ghaddew u minghand din Grey ma semghu xejn.

Huma kienu talbuha ma’ liema titjiera kienet gejja biex imorru jistennewha l-ajruport, izda kull ma qaltilhom kienet li se tasal fl-10.00 a.m. Fil-fatt huma marru l-ajruport ta’ Dublin b’karta kbira bl-isem ta’ Lorraine Grey miktuba fuqha jistennew kull titjiera li tidhol. Izda Grey ma tfaccat qatt.

Korrispondenza

Cyrita u Odette ghaddewli l-korrispon­denza kollha li ghaddiet bejnhom, Lorraine Grey u dawk li suppost kienu ufficjali jew impjegati mad-“DHL”.

Meta rcevew l-ewwel korrispondenza, dejjem permezz ta’ l-email, minghand id-“DHL” hasbu li kollox kien genwin. Fil-fatt l-email kienet bil-logo originali tad-“DHL” u informazzjoni dettaljata maghmula b’mod professjonali. Din kienet datata s-27 ta’ Novembru 2007 u ghalhekk ikkalku­law li sat-30 ta’ Novembru c-cavetta ta’ l-appartament kellha tasal peress li s-servizz tad-“DHL” huwa efficjenti hafna. Izda baqa’ ma wasal xejn.

Meta regghu ghamlu kuntatt ma’ Grey din qaltilhom li kienet halset €350 minhabba li l-kaxxa hija tal-metall u li suppost kienet tizen tliet kilogrammi meta fiha suppost li kien hemm biss cavetta u dokument tal-kuntratt.

Minhabba l-email li rcevew kellha l-logo tad-“DHL” identiku ghal dak origi­nali, it-tfajliet qatt ma ghaddielhom minn rashom li kien hemm bidu ta’ frodi u ghalhekk komplew jinnegozjaw ma’ din li suppost jisimiha Lorraine Grey.

Meta staqsejthom kif ma ssupettawx hazin meta rcevew email minghand id-“DHL” bl-indirizz @gmail.com, Cyrita kienet pronta u qaltli li fil-fatt huha mill-ewwel gibdilha l-attenzjoni li kumpanija bhal ma hi d-“DHL” ma juzawx indirizz tal-gmail.

Il-korrispondenza kom­pliet ghaddejja bi Grey tinsisti li t-tort li c-cavetta ma waslitx kien tad-“DHL” fi Spanja. Sahan­sitra anke tat lit-tfajliet l-isem ta’ ufficjal fi Spanja, Paul Asemoto, u qaltil­hom biex jiktbulu u jistaqsuh ezatt kemm iridu jhalsu biex ikun jista’ jibghat il-pakkett u l-flus li johorgu jitnaqqsu mill-kera. Dan kien fit-28 ta’ Novembru 2007 u fl-istess gurnata kitbu lil Asemoto li minn naha tieghu ma tilef l-ebda hin u rrispondihom dakinhar stess. Huwa qalilhom li l-pakkett kien qieghed ghandhom izda riedu jhalsu €700 minhabba li Grey ma kinitx halset ghall-insurance u d-dwana fl-Ingilterra.

B’ammont iehor xi jhalsu, Odette u Cyrita sabu ma’ wicchom problema ohra. Ghaldaqastant huma kitbu lil Grey fejn qalulha li ma setghux ikomplu johorgu aktar flus meta f’idejhom ma ghandhom xejn. Min-naha taghha Grey kompliet tilghaba tal-vittma u qalet li se jkollha bil-fors tmur Spanja minhabba li c-cavetta ta’ l-appartament hija wahda specjali tant li ddiskrivita bhala “cavetta awtomatika”.

F’email ohra Lorraine Grey pruvat tigbed is-simpatija u l-fiducja tat-tfajliet tant li qaltilhom li “nasal li nafdakhom b’hajti”. Hija qalet ukoll li l-iktar haga importanti bhalissa hija li l-pakkett ma jibqax ghand id-“DHL” fi Spanja u jasal ghandhom. Fil-fatt il-mira tal-frodista kienet intlahqet tant li t-tfajliet iddecidew li jibghatu s-€700 li ntalbu minn Asemoto. Odette staqsitha jekk hux possibli li jhallsu dawn il-flus meta l-pakkett jasal Malta u jhallsu lid-DHL ta’ Malta. Izda Asemoto qal lil Odette biex tibghat il-flus f’indirizz fi Spanja li fil-verità huwa ufficcju tad-DHL izda ta’ frodisti professjonali hallew dettal zghir barra u meta t-tfajliet gibdulu l-attenzjoni qalilhom biex jibghatu l-flus bil-Western Union biex ihaffu l-affarijiet. Kien zball iehor li sar minn naha tat-tfajliet sforz li kien qieghed joqrob iz-zmien biex jipprepparaw biex imorru Dublin.

B’hekk it-tfajliet hasbu li serhu rashom u li fi ftit jiem kienu se jircievu c-cavetta li xorta baqghet ma waslitx. Erbat ijiem wara huma rcevew email ohra minghand Ase­moto fejn skuza ruhu tad-dewmien u dan kien minhabba li kien miet wiehed mill-ufficjali taghhom.

Din kienet l-ahhar darba li semghu minghand Asemoto u d-diversi telefonati li Odette ghamlet lid-DHL fi Spanja kienu inutli ghax ma sabet lil hadd jaf jitkellem bl-Ingliz.

F’nofs Jannar 2008 waslet email ohra din id-darba minghand certu Michael Bakare, ukoll suppost mid-“DHL”. Dan qal lit-tfajliet li kien qieghed jikteb hu ghax Asemoto kien bil-leave u barra li skuza ruhu ta’ l-inkonvenjent kien lest li jibghatilhom cekk biex jirrifondi l-ispejjez kollha li hargu.

Cekk falz

Xi jiem wara Odette irceviet ‘Cashiers Cheque’ ta’ $4,000. Dawn kienu ferm aktar flus milli kienu qieghdin jistennew izda xorta kellhom jistennew madwar 40 gurnata biex jisarraf. Lanqas kienu lehqu marru l-bank li ma waslitx email ohra minghand Bakare fejn qalilhom li l-ammont li ntbghatilhom kien zball ta’ wahda mill-iskrivani taghhom. Ghaldaqstant appellalhom biex izommu l-ammont li kien taghhom u immedjatament jibghatu l-kumplament lura. Huwa qalilhom biex izommu $1,500 u jibghatu $2,500 lura ghax it-tfajla kienet se titkecca mill-impjieg taghha. Izda Odette u Cyrita din id-darba zammew sod u ma baghtu xejn qabel mac-cekk jissarraf u jkollhom il-flus f’idejhom. Il-ferha li kienu gabru flushom lura malajr sfumat fix-xejn meta gew informati mill-Bank of Valletta li c-cekk ta’ $4,000 kien falz u ma setax jissarraf.

Ghazlu li jhasslu bil-Western UnionWestern Union

Ir-raguni li ghazlu li jhallsu bil-Western Union kien ghax skond Odette setghu jittraccaw il-movimenti tal-pagamenti fosthom minn fejn ingabar, meta u min gabru. Ftit wara li ghamilt kuntatt maghhom u raw li xi hadd kien beda jiehu interess fit-trawma taghhom, Odette ghamel kuntatt mal-Western Union biex tara jekk setghux jintraccjaw il-flus. L-informazzjoni li nghatat kienet li t-€300 li baghtet lil Grey fl-Indonesja, fil-15 ta’ Marzu 2008, kienu ngabru izda t-tliet pagamenti l-ohrajn, u cioè €1,025 li baghtu l-Ingilterra (20 ta’ Novembru 2007), €700 li baghtu Spanja (4 ta’ Dicembru 2007) u €330 li wkoll baghtu l-Ingilterra (27 ta’ Dicembru 2007), skond il-Western Union dawn kienu ghadhom ma ngabrux.

Marru Dublin

Minghajr post fejn se joqghodu, Odette u Cyrita xorta kellhom imorru Dublin minhabba li l-kors kien se jibda u kellhom mohhom mistrieh li kienu se joqghodu f’lukanda ghal jumejn jew tlieta biss. Dan minhabba li Lorraine Grey kienet qaltilhom li se tmur Dublin personalment biex tiltaqa’ maghhom u tghaddi c-cavetta personalment.

Arroganti fuq il-mobile

It-Tnejn filghaxija cemplu numru li kienet taghthom biex jaraw jekk kienitx waslet Dublin. Izda minflok ma rrispondiet Lorraine, irrisponda dak li suppost huwa l-partner taghha, certu James Adeyemi Scott. Dan qalilhom li Lorraine tinsab Londra fi sptar ghal kura. Qalilhom li hu xtaq kieku jmur Dublin biex jaghtihom ic-cavetta ta’ l-appartament imma ried aktar flus. It-tfajliet zammew sod u qalulu li kienu digà halsu ammont sostanzjali u ma kienux lesti jkomplu johorgu aktar flus.

Wara diversi telefonati, fejn dan Scott kien arroganti ma’ l-istudent Maltin u anke kien jaqta’ l-linja u kien hemm mumenti fejn kellimhom hazing ukoll, waslu ghal ftehim mieghu li jiltaqghu fl-Ajruport ta’ Gatwick, f’Londra biex b’hekk hu ma jkollux ghalfejn jaghmel spejjez u jaqbad titjiera ghal Dublin.

Nhar l-Erbgha, 19 ta’ Marzu marru Gatwick. Kienet spiza ohra li dahlu fiha. Minhabba li riedu biljetti dak il-hin stess, l-irhas li sabu minn Dublin ghal Gatwick kienet mal-linja nazzjonali Irlandiza l-Aerlingus fejn halsu €300 kull wiehed.

Kif waslu Gatwick regghu cemplu li Scott izda b’arroganza kbira kompla jinsisti li jrid il-flus. Odette talbitu biex imur l-ajruport biex b’hekk ikunu jistghu jiftehmu ahjar ghax dawn ma kienux affarijiet ta’ fuq it-telefon. Fl-ahhar dan Scott accetta li jmur Gatwick u qalulhom biex jistennewh. Izda wara stennija ta’ aktar minn erba’ sieghat Scott ma tfaccax. Kienu inutli n-numri ta’ telefonati li ghamlu ghax fl-ebda hin ma rrisponda l-mowbajl.

Tfacca Anglu

Il-jumejn biss li hasbu li kienu se joqghodu f’lukanda, dawn kienu digà saru hamest ijiem. Ghaldaqstant il-Hamis, 20 ta’ Marzu bdew iduru biex ifittxu post alternattiv. Bdew mixjin bil-mappa f’idejhom fil-qalba ta’ Dublin. Post totalment gdid ghalihom u b’tensjoni kbira fuqhom.

B’xi mod riedu jsibu fejn joqghodu mhux biss ghax il-qaghda finanzjarja taghhom ma kinitx tajba izda riedu jibdew jikkoncentraw fuq l-istudji taghhom. “F’hin minnhom dorna kantuniera u waqfet quddiemna tfajla Irlandiza”, qalet Odette. Din staqsiethom jekk kellhomx xi problema. Fi ftit kliem Odette u Cyrita qalulha x’kien gralhom. Bi tbissima din it-tfajla, li wara saru jafu li jisimha Debra, qaltilhom li fejn qieghed toqghod hi ghand is-sorijiet kien hemm xi kmamar battala.

“Anglu li tfacca quddiemna f’mument li konna se nibdew niddispraw”, qalet Cyrita bi tbissima helwa. B’hekk spiccaw joqghodu ghand is-sorijiet ta’ ‘Our Lady of Guadalupe of the Clarissans’.

Marru jfittxu l-post

Meta marru jfittxu dak li suppost kellu jkun l-appartament li krew minghand Lorraine Grey, fil-fatt sabu dar tipika Irlandiza meta huma hasbu li se jsibu xi blokk ta’ appartamenti.

35 Landsdown Park

Wara li habtu n-numru 35 f’Lands­do­wne Park Avenue, fethet mara Franciza u ftit wara gie ragel li x’aktarx huwa Pakista­ni. It-tfajliet staqsewhom jekk kienx hemm xi appartament ghal kiri, izda dawn baqghu jharsu lejhom. Odette u Cyrita staqsewhom jekk sid il-post humiex Lorraine Grey jew James Scott izda dawn qatt ma kienu semghu bihom. Fil-fatt is-sid minghand minn krew din id-dar huwa certu Edmond Barret fejn anke tawhom in-numru fejn jistghu jcemplu. Izda Odette qalet li kull darba li pruvat iccempel dejjem sabet “voice mail”.

Ghamlu rapport ma’ l-awtoritajiet

Kien hawn li Cyrita u Odette irras­sen­jaw ruhhom li kienu gew frodati. Ghal­daqstant marru ghand il-Garda, li huma l-Pulizija Irlandiza. Izda meta spjegawlhom il-kaz qalulhom li minn naha taghhom ma setghu jaghmlu xejn minhabba li r-reat ma kienx sar fl-Irlanda.

It-tfajliet informaw ukoll l-università kemm dik f’Dublin kif ukoll ta’ Malta. Huma qalu li meta qalu lill-Ufficjal Internazzjonali fl-Università ta’ Malta l-unika risposta li hadu kienet li ma seta’ jaghmel xejn minhabba li skond il-kuntratt tal-Programm Erasmus ma jistghux jinghataw ghajnuna finanzjarja ghax kienu digà nghataw kemm suppost.

It-tfajliet qaluli li sfortunatament ma tantx sabu ghajnuna mill-Università ta’ Malta. Hadd ma qalulihom x’ghandhom jaghmlu biex ifittxu fejn joqghodu.

Staqsejt lill-Pulizija Maltija

Kif sirt nafu bid-dettaji dwar dan il-kaz ta’ frodi, sibt xi ufficjali fil-Korp tal-Pulizija u staqsejthom jekk il-Pulizija Maltija tistax tidhol f’dan il-kaz biex nghinu lil Odette u lil Cyrita. Ir-risposta identika kienet li r-reat fil-fatt lanqas Malta ma sar minhabba li l-vittmi wzaw l-internet u kkorisspondew ma’ persuni fl-Ingilterra. Jekk hemm xi hadd li jista’ jinvestiga l-kaz allura huma l-Pulizija Ingliza, qalulu l-Ispetturi.

….. u lid-DHL

Ghamilna kuntatt ukoll mad-DHL fl-Ingilterra fejn wara li baghtna l-informazzjoni kollha li kellna, cemplilna Luke Baines fejn informana li l-kaz kien qieghed jigi investigat. Erbat ijiem wara Baines informana li d-DHL kienu hadu din il-bicca xoghol bis-serjetà hafna tant li poggew twissija fuq is-sit elettroniku ufficjali taghhom.

F’din it-twissija d-DHL appellaw lil kulhadd biex ma jibaghtux flus jekk ikunu mitlubin jaghmlu dan permezz ta’ xi email ghal xi oggetti jew servizzi li jkunu ordnaw minn fuq l-internet.

Ghajnuna immedjata mill-Ambaxxata Maltija

Nhar it-Tnejn, 21 ta’ April mort personalment l-Ambaxxata Maltija f’Dublin. Gejt milqugh tajjeb hafna mic-Chargè d’Affairs, Ruth Farrugia. Hija qaltli li t-tfajliet kienu kitbulha email b’xi dettalji imma ma kienux ghadhom marru l-Ambaxxata minhabba l-impenji taghhom.

Meta ghidtilha li x’aktarx kien hemm xi pagamenti li ghadhom ma ngabrux mill-Western Union, Ruth Farrugia, weghditni li kienet se tikteb mill-ewwel u tinvestiga. Qatli li se taghmel pressjoni kbira fuq il-Western Union biex tara x’jista’ jsir.

Ms Farrugia qaltli wkoll li kienet se tikteb lill-Kummissarju Gholi Malti f’Londra u titolbu jara x’jista’ jaghmel minn naha tieghu kif ukoll biex jinforma lill-Pulizija dwar il-kaz b’tentattiv li forsi jinstabu Lorraine Grey u James Scott.

L-ghada, it-Tlieta, Ruth Farrugia kellha ppjanata laqgha ma l-Irish Tourist Assistance Services (ITAS). Din hija assocjazzjoni li tipprovdi ghajnuna lit-turisti meta jsibu ruhhom f’xi diffikultajiet. Ghaldaqstant Ruth Farrugia weghditni li kienet se tqajjem dan il-kaz maghhom.

Madwar 20 minuta wara li tlaqt mill-ambaxxata Maltija rcevejt telefonata minghand Ruth Farrugia fejn talbitni mmur lura l-Ambaxxata. B’xorti tajba kull ma kelli kien ghaxar minuti mixi minn fejn kont.

Il-weghda li ghamlitli Ruth li kienet se tibda tahdem fuq dan il-kaz zammitha. Fil-fatt il-ftit hin li ma kontx fl-Ambaxxata kienet digà ghamlet kuntatt mal-Western Union u anke kitbitilhom ittra ufficjali.

Ruth Farrugia qaltli li tixtieq li tiltaqa’ mat-tfajliet personalment u kienet lesta li taghmel dan anke wara l-hinijiet ta’ l-ufficcju. Wara li ghamilt kuntatt mat-tfajliet u ghidtilhom li Ruth Farrugia xtaqet tiltaqa’ maghhom, ghamlu kuntatt ma’ l-Ambaxxata u nhar il-Gimgha, 25 ta’ April iltaqghu ma’ Ruth Farrugia.

X’intqal

Ix-Chargè d’Affairs, Ruth Farrugia, u t-tfajliet kellhom laqgha kordjali hafna fejn mhux biss sabu l-wens li kellhom bzonn izda ghajnuna kbira.

Peress li jidher li hemm xaqq ta’ dawl li tliet pagamenti ghadhom ma ngabrux, Ms Farrugia qaltilhom li kienet kitbet lill-Western Union biex ma jsarfux dawn il-flus minhabba li kien hemm frodi involuti. Barra minn hekk hija se titlob ukoll l-ghajnuna tal-Garda (il-Pulizija Irlandiza) kif ukoll dawk Inglizi. Ruth weghdithom ukoll li kienet se taghmel minn kollox biex tikkuntattja lis-sid tad-dar fejn suppost kellhom joqghodu huma. Hija tathom pariri ohrajn li ma kienux jafu bihom.

Kemm Odette kif ukoll Cyrita qaluli li kienu kuntenti hafna bil-laqgha li kellhom ma’ Ruth Farrugia u apprezzaw hafna l-fatt li accettat li tiltaqa’ maghhom barra l-hinijiet tax-xoghol taghha specifikament biex tghinhom.

Jippruvaw jghaddu kif jistghu

Cyrita u Odette mhux biss qieghdin jaghmlu sagrifficji biex jaraw kif se jghaddu finanzjarament fil-hajja ta’ kuljum, izda anke qieghdin jaghmlu sagrificcju milli johorgu jgawdu xi ftit fil-hin liberu taghhom.

Minhabba li ma tantx johorgu, kemm minhabba l-istudji kif ukoll minhabba l-problema tal-finanzi, ma kellhomx il-hin li jaghmlu hbieb. Izda jidher li xorta l-karattru simpatiku taghhom irnexxielhom jigbdu s-simpatija ta’ studenti Koreani li qieghdin Dublin biex jitghalmu l-Ingliz u huma wkoll residenti ghand is-sorijiet.

Il-hajja ghal dawn iz-zewg tfajliet ma kinitx facli sakemm bdew jaddattaw kemm ghall-pajjiz gdid, il-hajja gholja u bil-problema tal-finanzi li bdiet tinhass sew.

“Konna nixtru l-bzonnijiet biss. Jekk kellna bzonn zewg pari kalzetti, konna nfittxu l-orhos. Anke l-ikel konna nixtru biss ghal dakinhar u l-ghada naraw”, spjegat Odette.

Huma qalu li hemm hafna affarijiet li jixtiequ jixtru imma jkollhom joqghodu lura. Minn naha taghha Cyrita qalet li mhux facli li ddur fuq tal-familja ghal diversi ragunijiet.

“Ifhem il-punt taghna. Din (Cyrita) se taghlaq 22 sena u jien ghandi 32 sena. Biex nistaqsu lill-genituri taghna biex jaghtuna l-flus mhux sew”, sahqet Odette b’Cyrita tapprova dak li qalet il-habiba taghha. L-impressjoni li tawni kienet li t-tnejn li huma jridu jerfghu r-responsabbilitjiet taghhom.

Tafdawx u oqoghdu attenti

Odette u Cyrita

Odette u Cyrita jafu li mhux se tkun facli jigbru l-flus kollha ghalkemm jittammaw li jiehdu haga lura. Li hadu zgur hija lezzjoni li jixtiequ lil hadd li ma jghaddi minn esperjenza bhal din. Ghalhekk meta staqsejthom jekk kienx hemm xi haga li xtaqu jzidu harget it-tjubija taghhom it-tnejn.

“Ma tantx hemm aktar xi tghid hlief li nixtiequ nappellaw lill-istudenti li se jkollhom l-opportunità li jistudjaw barra minn Malta, ghandhom joqghodu attenti hafna u ma jafdawx”, qabzet Odette.

Huma qaluli li l-ewwel ma ghandhom ifittxu huwa ma’ l-università jew il-kulegg fejn se jkunu qieghdin jistudjaw. Jekk ma jsibux allura jippruvaw isibu xi hostel u minn hemm jippruvaw isibu xi haga orhas.

“L-importanti huwa li m’ghandhomx johorgu flus qabel ma jaraw il-post personalment. Ma nixtiequ lil hadd li jghaddi minn esperjenza kerha li ghaddejna ahna” qaluli Cyrita u Odette.