March 2008


schengen-id-cards.jpg

Tibdil tal-Karta ta’ l-Identità ghal min hu bil-libertà provizorja

Wara li nhar il-Hadd Malta dahlet fiz-Zona Schengen, kellha ssir emmenda fil-ligi biex xi Karti ta’ l-Identità jinbidlu minnufih biex dawk li qieghdin jew li jistghu jkunu fuq libertà provizorja b’decizjoni tal-Qorti, ma jkunux jistghu jhallu Malta.

Waqt lecture li sar lill-ufficjali tal-Pulizija nhar is-Sibt li ghadda gie spjegat lilhom li jridu jigbdu l-attenzjoni ta’ dawk li jmorru jiffirmaw fl-Ghases tal-Pulizija fuq ordni tal-Qorti biex jirtiraw il-Karta ta’ l-Identità taghhom. Wara li din tingabar dawn iridu jmorru l-Ufficcju tal-Karti ta’ l-Identità f’Evans Lab fil-Belt biex tinhargilhom ohra bil-kliem “For Use In Malta Only – not valid for travel” (Ghal Uzu f’Malta Biss – mhux valida ghall-ivvjaggar) bhal ma ghandhom ir-refugjati u immigranti f’Malta.

Dan qieghed isir biex dawk li jinsabu digà bil-libertà provizorja, jew li jinghataw il-libertà provizorja wara li jkunu wettqu xi reat, ma jkunux jistghu johorgu mill-pajjiz issa li mhux se jkun hemm aktar kontrolli ghal dawk li jsifru lejn pajjiz iehor li huwa fiz-Zona Schengen. Izda jidher li l-emmenda fil-ligi ma tistupulax li jsir xi tibdil fil-passaporti.

Ghaldaqstant filwaqt li persuna li tkun kisret il-ligi mhux se tkun tista’ tuza l-I.D. Card biex tivvjagga lejn pajjiz iehor fl-Ewropa u li huwa membru fix-Schengen, s’issa ma hemm xejn xi jzomm lil din il-persuna li tmur fejn trid madwar id-dinja billi tuza l-passaport u mhux l-I.D. Card.

Sorsi qrib il-Pulizija qaluli li kien hemm xi ufficjali tal-Pulizija li digà ghamlu rikors fil-Qorti biex barra li tintalab l-I.D. Card ta’ l-individwu, jintalab ukoll biex ikun konfiskat il-Passaport sakemm jitlestew il-proceduri fil-Qorti. Izda biex il-passaport ikun jista’ jigi rritirat, l-ordni trid tigi mill-Qorti u mhux mill-Pulizija.

Mindu tnehhew il-kontrolli ta’ l-identifikazzjoni bid-dhul ta’ Malta fiz-Zona Schengen, l-uniku post li tintalab xi forma ta’ identifikazzjoni hija waqt li jsir ic-“check-in”.

serqa-mater-dei-31-03-08.jpg

Misruqin €12,000 mill-Kafetterija Papillon

Jidher li l-hallelin m’ghandhomx limitu fejn iwettqu s-serq tant li l-ahhar serqa kbira saret minn kamra tal-Kafetterija Papillon li hemm fl-Isptar Mater Dei minn fejn insterqu madwar €12,000 fi flus.

Is-serqa saret f’xi hin matul il-lejl ta’ bejn il-Hadd u t-Tnejn u ndunat biha Karen Sciberras, il-maniger tal-post, meta t-Tnejn marret biex tiftah fis-7.00 a.m. Jidher li l-hallelin dahlu minn naha ta’ wara fejn sgassaw il-bieb. Il-flus kienu ta’ l-ahhar tliet ijiem bejgh mill-kafetterija li hemm fir-reception ta’ l-Isptar Mater Dei. Huwa mifhum li l-hallelin ma kellhomx problema jsibu l-flus peress li dawn kienu f’boroz u mhux imsakrin tant li l-Pulizija ma sabu ebda taqlib fil-kamra.

Bil-kaz gew informati l-Pulizija fejn fuq il-post marru dawk tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Ann Marie Micallef. Il-Magistrat Dr Miriam Hayman giet ukoll informata u ordnat inkjesta fejn hatret diversi esperti tal-Qorti flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.

Aktar tard matul il-gurnata l-Pulizija gabret xi persuni biex jghinuha fl-istharrig b’konnessjoni ma’ din is-serqa.

pfp-28-03-08.jpg

Lanqas l-Armata ma giet ikkonsultata

Meta l-gimgha l-ohra l-Gvern iddecieda li jerga’ jattiva l-applikazzjoni ta’ Malta biex tidhol fil-Partnership for Peace (PfP), fl-ebda hin ma hass li kellu jikkonsulta jew jinforma lill-Forzi Armati ta’ Malta (FAM).

Nhar il-Gimgha fil-Kwartieri Generali tal-FAM il-gurnalisti inghataw taghrif dwar kif tahdem il-PfP, l-irwol tas-suldati Maltin u dak kollu involut. Izda minkejja li l-FAM se tkun involuta direttament fil-PfP jidher li l-Gvern lanqas kellu d-dicenza jinforma t-tmexxija tal-FAM dwar id-decizjoni li ha l-Kabinett Nazzjonalista 11-il gurnata wara li rega’ nghata l-mandat fl-Elezzjoni Generali tat-8 ta’ Marzu. Dan is-sit elettroniku staqsa lid-Direttrici ta’ l-Affarijiet tad-Difiza fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, Vanessa Frazier, jekk il-Gvern kienx informaha jew jekk ikkonsultax maghha jew ma’ l-Armata dwar id-decizjoni li jerga’ jdahhal lil Malta fil-PfP. Vizibilment imbarazzata bil-mistoqsija, Frazier qalet li ma kienx il-mument li ssir din il-mistoqsija ghax il-laqgha mal-gurnalist kienet biss biex ikun spjegat dak li hemm involut fil-PfP. Izda jidher ovvju li l-Prim Ministru, li huwa politikament responsabbli mill-Armata, ma hassx li kellu jinforma lill-Armata li s-suldati taghha kienu se jintbghatu fuq xoghol barra minn Malta.

Il-laqgha mal-gurnalisti giet indirizzata mill-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Carm Vassallo, flimkien mad-Deputat Kmandant Martin Xuereb u l-Kulunell David Attard. Hareg car li l-ikbar prijorità tal-Gvern Malti li jerga’ japplika ghall-PfP hija biex Malta jkollha access ghad-dokumenti kollha li n-NATO taghti lill-pajjizi l-ohrajn li huma membri fil-PfP. Mistoqsi x’se jakkwista c-cittadin Malti li pajjizna jkollu access ghal informazzjoni klassifikata li jkunu qieghdin jigu diskussi bejn in-NATO u pajjizi membri ta’ l-UE u li huma parti mill-PfP, il-Kulunell David Attard qal li din l-informazzjoni tista’ tkun dwar pajjiz li l-Gvern Malti jista’ jkun qieghed jitratta xi haga mieghu u ghalhekk importanti li jkun jaf certi affarijiet.

Minn dokumenti li nghataw lill-gurnalisti, il-FAM qieghda taccerta bil-miktub li jekk pajjizna jigi accettat lura fil-PfP, in-newtralità ta’ Malta mhix se tkun affetwata. Gie accertat ukoll bil-miktub li s-suldati Matlin mhux se jkunu involuti fi gwerer. Id-Deputat Kmandant Martin Xuereb qal li anke jekk il-Gvern Malti jkun mitlub biex jibghat is-suldati ghal xi ghajnuna, id-decizjoni finali hija tal-Gvern Malti jekk jibghatx lis-suldati tieghu ghal kull tip ta’ missjoni.

Il-Kulunell Attard spjega li meta s-suldati Maltin ikunu fuq missjoni u minhabba c-cokon taghna se nkunu qieghdin nahdmu ma’ Armati ta’ pajjizi ohrajn, il-fizzjal li jkun inkarigat mis-suldati Maltin jiddeciedi sa fejn jistghu jaslu. Fi kliem iehor, qal il-Kulunell Attard, jekk l-Ufficjal li jkun qieghed jimexxi l-Platoon ikollu jordna lis-suldati Maltin biex iwettqu xi missjoni li ma tkunx fil-parametri stabbiliti mill-Gvern Malti, il-fizzjal responsabbli mis-suldati Maltin ghandu d-dritt ma jaccettax.

S’issa dawk is-suldati li se jintbghatu fuq missjonijiet barra minn Malta se jkunu maghzulin fuq bazi volontarja. Mistoqsi minn dan is-sit elettroniku li f’kaz li ma jkunx hemm bizzejjed suldati li jivvolontarjaw u tintalghab l-ghajnuna minn Malta x’jigri, il-Brigadier Vassallo qal li f’dak il-kaz ma mmorrux minhabba li s’issa hija fuq bazi volontarja.

Waqt din il-laqgha ntqal li bis-shubija fil-PfP s-suldati Maltin se jkolhom l-opportunità jithargu ma’ suldati ta’ pajjizi ohrajn, u juzaw apparat ta’ forzi barranin. Fid-dawl ta’ din l-istqarrija dan is-sit elettroniku staqsa jekk f’dawn l-ahhar 12-il sena s-suldati Maltin kienux imcahdin minn tahrig barra minn Malta flimkien ma’ truppi barranin. Ir-risposta li nghatajna kienet li t-tahrig li ghamlu, u ghadhom jaghmlu s-suldati Maltin isir fuq bazi bi-laterali u cioè ma’ pajjiz wiehed fejn issemmew l-Italja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u ohrajn. Izda bis-shubija fil-PfP s-suldati Maltin ikunu jistghu jithargu ma’ truppi ta’ diversi pajjizi f’daqqa.

Anzjana misruqa minn tliet hallelin


Anzjana ta’ 73 sena minn Haz-Zabbar sfat misruqa minn tliet hallelin li dahlu fuqha meta kienet rieqda fid-dar taghha.

Il-kaz sehh nhar il-Gimgha ghal habta tan-12.35 a.m. fi Triq Strikland. Dak il-hin l-anzjana kienet fis-sodda meta kienet imqajjma minn hsejjes gejjin minn hdejn il-bieb ta’ barra. Ftit tal-hin wara dahal ragel fuqha b’wiccu mghammad b’barnuza sewda u liebes ukoll ingwanti li mar fuqha u saddilha halqha b’idu. Huwa qalilha li ma riedx li jweggaha u ordnalha tghidlu fejn huma l-flus. Fl-istess hin zewg komplici ohrajn bdew iqalbu l-kmamar kollha ifittxu l-flus u oggetti ohrajn x’jisirqu. Dawn iz-zewg hallelin kienu wkoll mghammda.

Itterrorizata, l-anzjana wriet fejn kellha l-flus li kienu f’kaxxa fejn kellha madwar ¢320 u oggetti tad-deheb. Wara li l-hallelin harbu minn fuq il-post, minkejja x-xokk li kellha fuqha u l-bard li kien, fis-1.00 a.m. l-anzjana marret hi stess l-Ghassa tal-Pulizija ta’ Haz-Zabbar biex tirrapporta s-serqa. 

Il-Pulizija, immexxija mis-Surgent Sonia Parascandolo u l-Kuntistabbli Mario Schembri marru fir-residenza ta’ l-anzjana. Minn stharrig li sar sabu li l-hallelin kienu dahlu fir-residenza billi sgassaw il-bieb ta’ barra b’xi lieva.

B’din is-serqa gie informat il-Magistrat Dr Anthony Vella li ordna inkjesta u hatar l-esperti tal-Qorti. L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Fabian Fleri mill-Ghassa ta’ Haz-Zabbar.

Ghalkemm l-anzjana ma sofiet ebda griehi, hija ttiehdet ic-Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid minn xi qraba fejn inghata il-kura ghal xokk li sofriet.

Ghamel hold-up wara hin jilghab fl-istess post

Ftit aktar minn 24 siegha wara li wettaq hold-up, zaghzugh tressaq il-Qorti b’urgenza mixli bl-istess hold-up. B’konnessjoni ma’ l-istess kaz zaghzugh iehor tressaq aktar kmieni mixli li aggredixxa ufficjali tal-Pulizija.

Saviour Romayne ta’ 21 sena minn Wied il-Ghajn nhar il-Hamis ghal habta tal-5.30 p.m. tressaq il-Qorti quddiem il-Magistrat Dr Anthony Vella mill-Ispetturi Jesmond Borg u Fabian Fleri mixli b’sekwestru ta’ Tracy Schembri, li kkometta hold-up u li harab mill-arrest fost diversi akkuzi ohrajn. Huwa wiegeb li mhux hati ta’ l-akkuzi u talab biex jinheles mill-arrest izda l-Magistrat Vella cahad it-talba u ordna biex Romayne jibqa’ jinzamm taht arrest preventtiv fil-habs ta’ Kordin.

Minn stharrig li ghamel l-orizzont u dan is-sit elettroniku jirrizulta li nhar l-Erbgha Romayne  kien ilu jilghab fuq makni fi stabbiliment bl-isem ta’ ‘Silver Play’, li ghandu l-kaxxi tal-loghob, li jinsab fi Triq il-Kbira f’haz-zabbar. X’aktarx li Romayne tilef kull ma kellu u ddecieda li jgib il-flus lura billi jwettaq hold-up mill-istess stabbiliment.

Ghal habta tal-4.45 p.m. fl-istabbiliment kien hemm Tracy Schembri ta’ 20 sena mix-Xghajra, li hija impjegata u Marco Buttigieg ta’ 44 sena mill-Fgura li huwa qarib ta’ sid tal-post u l-akkuzat.

Ftit tal-hin wara z-zewgt irgiel telqu ’l barra izda Romayne, li kien liebes track suit sewda, ftit tal-hin wara rega’ dahal fl-istabbiliment. Minkejja li kien libes l-istess hwejjeg, Ronayne, biex ma jingharafx tefa’ balaklava f’rasu. Huwa mar fuq it-tfajla u filwaqt li beda jheddidha b’turnavit, li x’aktarx gab mill-karozza tieghu, ordnalha ttih il-flus kollha.

It-tfajla tatu l-flus li kellha, madwar €1,000 u dan hareg mill-post u deher jidhol f’karozza Skoda Favorit bajda u harab  x’aktarx lejn Triq is-Santwarju fejn rema’ t-tornavit li uza bhala arma u li ttiehed mill-Pulizija ghal aktar stharrig.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Jesmond Borg flimkien mas-Surgent Michael Buttigieg mill-Ghassa ta’ haz-zabbar. Minn stharrig li ghamlu l-Pulizija u minn deskrizzjoni li nghataw, arrestaw zaghazugh ta’ madwar 21 sena minn Wied il-Ghajn. Il-Pulizija sabu wkoll il-karozza wzata fil-hold-up. Kif il-Pulizija kienu d-dar ta’ Ronayne u kienu se jarrestawh, dan irnexxielu jahrab izda nqabad ftit tal-hin wara. Mid-dar taz-zaghzugh il-Pulizija sabu wkoll l-€1,000 li seraq waqt il-hold-up.

B’dan il-hold-up giet informata l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li ordnat inkjesta u hatret diversi esperti biex jassituha flimkien ma’ l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat. Dan kien l-ghaxar hold-up li sehh din is-sena u li nafu bihom ahna.

Sadanittant il-Pulizija arrestaw ukoll lil Jesmond Portelli ta’ 23 sena minn Haz-Zabbar fuq suspett li seta’ kien hu li wettaq il-hold-up u li wara rrizulta li ma kellux x’jaqsam. Meta kien fl-Ghassa tal-Pulizija Portelli, minhabba li kien irrabbjat, aggredixxa lis-Surgent Michael Buttigieg u kisirlu jdejh u lill-Kuntistabbli Mario Muscat.

Il-Hamis filghodu l-Ispettur Jesmond Borg ressaq il-Qorti lil Portelli u akkuzah li kkaguna ferita gravi lis-Surgent tal-Pulizija Michael Buttigieg u fl-istess cirkostanzi, hedded lill-istess Surgent kif ukoll lill-kuntistabbli Mario Muscat u li ghamel rezistenza bi vjolenza kontra ufficjali pubblici.

Portelli wiegeb li mhux hati li ma obdiex l-ordnijiet legittimi tal-Pulizija u li stieden ghall-glied diversi membri tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll li kiser il-paci pubblika.

Portelli jinsab mixli wkoll li sar recidiv u li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Magistrati.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Magistrat Dr Anthony Vella laqghet it-talba tad-Difiza ghal-libertà provizorja ta’ l-imputat fuq garanizja personali ta’ €1,000.

L-Avukat Roberto Montalto deher ghall-imputat.

Makna ta’ l-ghagina taqbad id ta’ ragel

 

Ragel ta’ 49 sena mill-Kalkara sofra griehi gravi wara li idu nqabdet f’makna li taghmel l-ghagina.

L-accident sehh l-Erbgha ghal habta ta’ 10.00 a.m. ghand Galea Pastizzerija li tinsab fil-Qasam Industrijali tal-Marsa. Ir-ragel, li skond stqarrija tal-Pulizija, ma jahdimx fil-pastizzerija, kien qieghed hemm fejn mar biex jara lil xi hadd. Minn informazzjoni li ghandu dan is-sit elettroniku jidher li kif ir-ragel kien qieghed fil-post x’aktarx li nnota xi haga fl-ghagina. Kif mar biex inehhi dak li ra, idu x-xellugija nqabdet minn bejn il-polz u l-minkeb.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’infermier kif ukoll it-tim mediku ta’ l-ERT immexxi mit-tobba Michael Spiteri u Lawrence Debono. Ir-ragel ittiehed l-Isptar Mater Dei fejn minkejja li kien qieghed isofri minn griehi gravi, ma kienx fil-periklu tal-mewt.

B’dan l-accident giet informata l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li ordnat inkjesta u hatret diversi esperti tal-Qorti biex ihejju r-rapporti taghhom. Gew ukoll informati l-ufficjali mill-Awtorità ghas-Sahha u Sigurtà Fuq il-Post tax-Xoghol.

Il-Pulizija mill-Ghassa ta’ Rahal Gdid qieghdin jinvestigaw il-kaz.

Tfajla kienet fil-periklu tal-mewt

Tfajla ta’ 19-il sena minn Santa Lucija ghal xi hin kienet fil-periklu tal-mewt kawza ta’ griehi gravi li sofriet f’accident tat-traffiku li sehh tard nhar it-Tnejn fil-ghaxija fi Triq Aldo Moro fil-Marsa.

L-accident sehh ghal habta tal-10.43 p.m. meta zaghzugh ta’ 19-il sena mill-Imsida kien qieghed isuq karozza Ford Ka fi Triq Aldo Moro fid-direzzjoni ta’ Rahal Gdid u mieghu kellu lit-tfajla minn Santa Lucija. Kif qabez id-dahla ta’ Albertown u kien qieghed isuq fil-lane tan-nofs tilef il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li l-karozza marret fuq in-naha tax-xellug, tela’ l-bankina u habat b’impatt qawwi f’sigra li hemm qrib l-istabbilimenti Millennia u Scan Computers.

Minhabba li l-impatt kien fuq in-naha tal-passiggier, it-tfajla nqabdet qalb it-tifrik l-aktar minn qaddaha ’l isfel. Fuq il-post issejhu l-membri tas-Salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll zewg ambulanzi b’zewg infermieri u t-tim mediku ta’ l-ERT immexxi mit-tobba Michael Spiteri u Jonathan Joslin. Dak il-hin kienet ghaddejja infermiera li wkoll tahdem fid-Dipartiment ta’ l-Emergenza li waqfet tassisti lill-kollegi taghha. L-ewwel ambulanza hadet liz-zaghzugh l-Isptar Mater Dei fejn inghata l-kura ghal xi griehi hfief li sofra.

L-operazzjoni biex tinhareg it-tfajla kienet wahda delikata minhabba li riglejha, b’mod specjali dik ix-xellugija, kienet maghqbuda kif kif ukoll kien parti minn qaddaha. Sakemm il-membri tas-salvatagg qacctu partijiet mill-karozza, it-tim mediku ha l-prekawzzjonijiet kollha fosthom li nghatat medicina apposta biex titraqqad minhabba li kienet f’ugiegh kbir.

Kienu ghal habta tal-11.30 p.m. li t-tfajla nharget mill-karozza u ttiehdet l-Isptar Mater Dei fejn instabet li qieghda ssofri minn griehi gravi fil-pelvis, f’rasha u diversi ksur f’riglejha. Hija giet iccertifikata li kienet fil-periklu tal-mewt u ttiehdet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ghal aktar kura u osservazzjoni..

Bil-kaz giet informata l-Magistrat Dr Audrey Demicoli li ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Richard Aquilina, lit-Tekniku Joseph Zammit, lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-espert tat-traffiku Mario Buttigieg flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Ramon Mercieca flimkien mas-Surgenti Brian Cremona u Sandro Magro mill-Ghassa tal-Hamrun.

Persuni li kienu fuq il-post qalu lil l-orizzont u li dan is-sit elettroniku li ghal darb’ ohra l-membri tas-salvatagg kif ukoll it-tim mediku kellhom jahdmu b’hafna nies madwarhom li waqfu biex jaraw x’gara. Dawk li tkellmu maghna qalulna li kien hemm hinijiet li l-membri tal-Protezzjoni Civili sahansitra kellhom iduru madwar in-nies biex jahdmu f’hin meta kull sekonda tista’ tfisser il-hajja tal-vittmi. Dawk li waqfu ghall-kurzità mhux biss fixklu l-operazzjoni u pperikolaw il-hajja tal-vittma, izda wkoll poggew f’periklu lill-istess membri tal-Protezzjoni Civili u t-tim mediku.

Sadanittant matul il-gurnata ta’ nhar l-Erbgha, it-tfajla qalbet ghall-ahjar u tnehhiet mill-ITU.

 

Rejd f’sitt ikmamar fil-Mellieha

 

 

Nhar il-Hadd il-Pulizija tad-Distrett komplew iwettqu aktar rejds wara informazzjoni li waslitilhom b’konnessjoni ma’ mhazen bi splussiv u loghob tan-nar illegali.

 

Il-Pulizija mill-Ghassa tal-Qawra mmexxija mill-Ispettur Anzjan Paul Bond flimkien mal-membri ta’ l-EOD tal-Forzi Armati mmexxija mill-Kaptan Jeffrey Curmi, fl-Ghid il-Kbir ghal habta tan-12.30 p.m. wettqu rejd f’madwar sitt ikmamar fl-inhawi ta’ Popeye Village limiti tal-Mellieha.

 

F’dawn il-kmamar, li jistghu jigu deskritti bhala fabbrika zghira tal-loghob tan-nar, instab kwantità sostanzjali ta’ porvli, beraq, xkejjer b’materjal splussiv kif ukoll oggetti ohrajn relatati mal-loghob tan-nar.

 

Fuq il-post issejjah sid il-kmamar, Anthony Caruana ta’ 42 sena mill-Mellieha, li fetah il-kmamar fejn instab ix-xoghol illegali u l-materjal.

 

B’din is-sejba giet informata l-Magistrat Dr Consuelo Scerri Herrera li ordnat inkjesta u anke hatret lill-istess Kaptan Curmi u lill-Perit Robert Musumeci bhala esperti tal-Qorti flimkien ma’ l-Uffiçjali tal-Xena tar-Reat.

Il-materjal kollu ttiehed minn fuq il-post mill-membri ta’ l-EOD biex jigi mormi b’post sigur.

 

Sadanittant it-Tnejn filghodu l-Ispettur Bond resaq quddiem il-Magistrat Dr Audrey Demicoli lil Caruana u akkuzah li kellu fil-pussess tieghu l-materjal splussiv f’post maghruf bhala Tar-Randa limiti tal-Mellieha. Caruana ammetta l-akkuzi migjubin kontra tieghu u gie mmultat ¢465 u l-konfiska tal-materjal. Il-Magistrat Demcoli hadet inkonsiderazzjoni l-fatt li materjal kien mahzun f’post fejn ma hemmx residenzi.

 

Dwar is-sejba tal-materjal misjub fi trakk li kien f’garaxx fix-Xaghra f’Ghawdex, it-Tnejn ukoll l-Ispettur Josric Mifsud ressaq lil Joseph Spiteri ta’ 48 sena mix-Xaghra u akkuzah li wkoll kellu fil-pussess tieghu materjal splussiv f’zona residenzjali.

 

Dan il-kaz instemgha quddiem il-Magistrat Dr Paul Coppini fil-Qorti ta’ Ghawdex fejn Spiteri ammetta wkoll. Izda minkejja li l-materjal perikoluz instab qalb ir-residenzi, il-Magistrat Coppini immulta lill-Ghawdxi ¢209 u l-konfiska tat-trakk.

pfp-23-03-08.jpg
Il-Gvern Amerikan ried li Malta tidhol fil-PfP

Ufficjali tal-FAM jikkummentaw kontra r-regolamenti

Ma kinitx sorpriza li l-Gvern Amerikan laqa’ bi pjacir li l-Gvern Malti rega’ applika biex pajjizna jerga’ jidhol fil-Partnership for Peace (PfP) dan ghax minn qabel l-Elezzjoni Generali tat-8 ta’ Marzu, il-Gvern Amerikan kien digà beda jaghmel forma ta’ pressjoni fuq pajjizna u anke ma’ l-Oppozizzjoni Laburista.

Sorsi qrib l-Ambaxxata Amerikana qalu lit-torca u lil dan is-sit elettroniku li l-Gvern Amerkan jaqbillu li Malta tissieheb fil-Partneship for Peace ghalkemm ma ssemma xejn dwar x’vantaggi hemm ghal pajjizna. Il-Gvern Amerikan qal biss li l-PfP ssahhah ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti l-membri stati Ewropej.

L-istess sorsi zvelaw maghna li ferm qabel l-Elezzjonijiet Generali tat-8 ta’ Marzu l-Ambaxxata Amerikana f’Malta kienu digà bdiet taghmel kuntatt maz-zewg partiti politici ewlenin fejn anke saret xi tip ta’ pressjoni. Qalulna wkoll li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista mill-ewwel ceda ghal din il-pressjoni u wieghed li kien se jerga’ jattiva l-applikazzjoni, mhux l-istess irreagixxa l-Partit Laburista.

Fil-fatt ezatt 11-il gurnata wara li l-Prim Ministru Gonzi ha l-gurament u fl-ewwel laqgha tal-Kabinett, il-Gvern Nazzjonalista hareg stqarrija ufficjali li kien rega’ applika ma’ l-UE biex jidhol fil-PfP.

Minn naha l-ohra, sahqu s-sorsi taghna fl-Ambaxxata Amerikana, meta ufficjali Amerikani tkellmu mal-Partit Laburista dawn ta’ l-ahhar kienu sodi u kkonfermaw li fil-vision statement tal-Partit Laburista hemm car li Gvern Laburista ma jergax idahhal lil Malta fil-PfP. Kumment li ta l-Agent Mexxej Laburista Charles Mangion lil l-orizzont qal li, “Bhala Partit Laburista ghandna l-vision statement ta’ l-Affarijiet Barranin fejn ghalkemm insistejna li kwalunkwe forma ta’ kollaborazzjoni fuq livell internazzjonali lesti li naghmluha ma’ kulhadd, xorta nsostnu li nibqghu barra mill-Partnership for Peace. Din hija l-politika ufficjali tal-Partit Laburista llum.”

Is-sorsi taghna fil-FAM qalulna li fost dawk li hadu sehem fid-diskussjonijiet biex finalment il-Gvern ceda ghall-Amerikani, kien hemm id-Direttrici ta’ l-Affarijiet tad-Difiza, Vanessa Frazier. Is-sinjura Frazier hija mizzewga cittadin Amerikan.

Sadanittant ma naqsux kummenti minn diversi nies bil-maggoranza taghhom ikunu kontra d-decizjoni tal-Gvern Nazzjonalista. Kien hemm kummenti wkoll favur fosthom minn fizzjali tal-Forzi Armati li kkummentaw fil-midja minkejja li hija kontra r-regolamenti tal-FAM.

Ir-regolamenti tal-Forzi Armati ta’ Malta huma cari hafna, l-ebda suldat ma jista’ jaghti kumment lil midja jew jesprimi ruhu fuq il-midja minghajr il-permess tal-Kap Kmandant jew mill-Ufficcju tal-Prim Ministru. Izda jidher li biex jaghtu palata lill-Gvern Nazzjonalista, zewg ufficjali kissru dawn ir-regolamenti.

Fost dawk li kkummentaw pubblikament hemm il-Logotenent Kulunell Ian Ruggier u l-Bombardier Jonathan Galdies.

Il-Logotenent Kulunell Ruggier, li f’Novembru li ghadda nghata promozzjoni minn Maggur ghal Logotenent Kulunell u qabez diversi ufficjali, qal li “Jidher atikolisti u l-pubbliku in-generali mhumiex konxji ta’ x’hemm fil-PfP. Forsi l-awtoritajiet kompetenti ghandhom jippubbliakaw l-informazzjoni dwar il-participazzjoni ta’ Malta. Ghalina s-suldati dan huwa pass kbir fid-direzzjoni t-tajba ghall-opportnitajiet ta’ tahrig u potenzjal kbir fil-participazzjoni f’operazzjonijiet ta’ krizi”.

Il-Bombardier Jonathan Galdies qal li “Jiena nahseb li hija pozittiva hafna l-inizzjattiva/d-decizjoni li nergghu nidhlu fil-PfP. Nahseb ukoll li l-Armata/Servizz Civili se jibbenifikaw bil-kbir taht din l-umbrella. Proset. Jonathan.”

Ghaldaqstant it-torca baghtet tistaqsi lill-Armata Maltija jekk dawn il-kummenti kemm tal-Logotenent Kulunell Ian Ruggier kif ukoll tal-Bombardier Jonathan Galdies, humiex kummenti ufficjali tal-FAM u jekk sarux bl-awtorizzazzjoni tal-Kap Kmandant. izda sakemm morna ghall-istampa ma konna hadna ebda risposta.

Sorsi qrib il-FAM izda ghamluha cara maghna li hadd ma jista’ jghaddi kumment lill-mijda jew fil-midja minghajr il-permess bil-miktub tal-Kap Kmandant jew mill-Ufficcju tal-Prim Ministru li huwa responsabbli direttament mill-Armata.

Meta waqt attività li saret nhar il-Hamis li ghadda staqsejna lill-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Carm Vassallo, jekk is-suldati Maltin humiex se jkunu involuti f’pajjizi li hemm il-gwerer, ir-risposta kienet cara “Mindu Malta saret membru shih ta’ l-UE, il-Gvern kien wieghed li jipprepara u jhejji t-truppi tieghu ghal xi partecipazzjoni eventwali.” Meta insistejna jekk dan ifissirx anke fejn hemm il-gwerer, il-Brigadier kien onest u qal, “Anke f’zoni fejn hemm bzonn li jkun hemm iz-zamma tal-paci.”

Dan jikkontrasta mal-weghda li kien ghamel Eddie Fenech Adami fl-1995, dakinhar Prim Ministru u llum President ta’ Malta, meta Malta dahlet fil-PfP. Dakinhar Fenech Adami kien qal li s-suldati Maltin ma kienux se jiehdu sehem fi gwerer u ghalhekk ma kienx hemm ghalfejn ninkwetaw li xi suldat Malti se jigi lura f’tebut jew korrut serjament. Dan ghax, kif kien qal Eddie Fenech Adami, is-suldati Maltin kienu se jippartecipaw biss fejn ikun hemm bzonn l-ghajnuna umanitarja.

Izda issa l-istorja ghax filwaqt li dak iz-zmien Malta ma kinitx membru fl-UE, issa li ahna membri shah fl-UE allura rridu ngorru l-istess responsabilitajiet daqs pajjizi ohrajn.

Kumment li s-Sur Alfred Mallia pogga fuq is-sit timesofmalta.com jghid li “Ghandna nkunu ferhanin li l-Istati Uniti ta’ l-Amerika hija kuntenta bid-decizjoni tal-Gvern ta’ Gonzipn, ghax Bush se jkollu aktar irgiel (suldati) biex jesponi fil-gwerer li johloq hu u Malta jkollha aktar medalji x’taghti ‘bhala tifkira’ f’Jum ir-Repubblika”.

 

SULDATI MALTIN FI GWERER?

 
fam-4-pfp-23-03-08.jpgIl-Gvern Malti rega’ applika ma’ l-Unjoni Ewropea biex Malta tissieheb fil-Partnership for Peace minghajr ebda konsulatazzjoni ma’ l-Oppozizzjoni u fejn jidher li din id-darba s-suldati Maltin jistghu jintbghatu sahansitra f’zoni fejn hemm il-gwerer jew konflitti.

 L-Agent Mexxej tal-Partit Laburista, Charles Mangion, qalilna li l-Partnership for Peace kien irtirat mill-Gvern Laburista fl-1996. Matul dawn l-ahhar ghaxar snin qatt ma gie diskuss jew issuggerit mill-Gvern Nazzjonalista. Lanqas ma kien hemm xejn fil-manifest elettorali tal-PN jew diskuss fil-Parlament.

“Bhala Partit Laburista ghandna l-‘vision statement’ ta’ l-Affarijiet Barranin fejn ghalkemm insistejna li kwalunkwe forma ta’ kollaborazzjoni fuq livell internazzjonali lesti li naghmluha ma’ kulhadd, xorta nsostnu li nibqghu barra mill-Partnership for Peace. Din hija l-politika ufficjali tal-Partit Laburista llum”, sahaq in-Nutar Mangion.

“Illum (il-Hamis, 20 ta’ Marzu) cempilli l-Agent Prim Ministru Tonio Borg fejn informani li l-Gvern Malti applika biex jidhol fil-Partnership for Peace. Ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni, imma sempliciment gejt informat li l-Gvern se jaghmel hekk” kompla jghidilna l-Agent Kap Laburista.

Aktar kmieni l-Hamis filghodu d-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni hareg stqarrija li fiha qal li “l-Kabinett tal-Ministri ddecieda li l-Gvern Malti ghandu jerga’ jattiva s-shubija ta’ Malta fil-Partnership for Peace (PfP) u li din id-decizjoni mhux se teffettwa bl-ebda mod l-istatus newtrali ta’ Malta.”

“Dan il-pass qieghed isir biex pajjizna jkun jista’ jippartecipa bla xkiel, bis-shih u bla kundizzjonijiet fl-organi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea. Fl-istess hin se jkun hemm beneficcji diretti ghall-Forzi Armati ta’ Malta li aktar ma jghaddi z-zmien, ghall-gid ta’ pajjizna, hemm bzonn li jkomplu jsahhu l-professjonalità taghhom.”

L-istqarrija tkompli tghid li f’dawn l-ahhar snin, in-nuqqas ta’ shubija fil-PfP holqot problemi lil pajjizna fi hdan l-UE partikolarment waqt diskussjonijet dwar il-politika barranija ta’ l-UE, specifikament fejn qieghda tahdem man-NATO f’diversi pajjizi, l-aktar fil-Balkani. Dan ghax fil-Kunsill tal-Ministri u l-kumitati tieghu dokumenti u informazzjoni li johorgu min-NATO mhux qieghdin jigu ccirkolati lill-awtoritajiet Maltin anki meta dawn jirrigwardaw decizjonijiet ta’ l-UE.  Minbarra hekk Malta mhux qieghda tkun prezenti f’partijiet mil-laqghat fejn jigu diskussi dokumenti u informazzjoni li johorgu min-NATO.

Dwar l-applikazzjoni mill-gdid biex Malta terga’ tissieheb fil-PfP, tkellem ukoll il-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Carm Vassallo.

Huwa qal li bhala membri ta’ l-UE, il-Gvern Malti kien “wieghed li Malta tista’ tippartecipa f’xi missjonijiet bhalma huma ‘crisis management operations’ u ahna issa ilna nippreparaw ghal dan it-tip ta’ operazzjonijiet ghal diversi snin. Minn hafna angoli ninsabu mhejjijin sewwa ghalkemm baqa’ xi xoghol xi jsir.”

Staqsejt specifikament lil Brigadier Vassallo jekk is-suldati Maltin humiex se jkunu involuti f’zoni ta’ gwerer u konflitti bhalma kien wieghed il-Gvern l-ewwel darba li Malta kienet fil-PfP. Carm Vassallo qal li l-ewwel darba Malta ma kinitx pajjiz membru ta’ l-UE. Mindu Malta saret membru shih ta’ l-UE, il-Gvern kien wieghed li jipprepara u jhejji t-truppi tieghu ghal xi partecipazzjoni eventwali.

Huwa kompla jghid li “bhala membri ta’ Forzi Armati niffirmaw ghal dak li jissejjah ‘universal service’, jigifieri li l-Gvern tal-gurnata, u ahna nahdmu mal-Gvern tal-gurnata, jista’ jaqbad u jghid li jrid jibghat 100 suldat biex jiehdu sehem f’dik l-operazzjoni ghaz-zamma tal-paci, biex jiehdu sehem f’xi pajjiz fejn kien hemm dizastru naturali enormi fejn ghandhom bzonn l-assistenza u ahna nistghu mmorru. Dik kienet apparti mill-UE.

“Però permezz ta’ l-UE u permezz tas-sehem ta’ Malta fil-European Security and Defence Policy, Malta wkoll weghdet li meta jkun irid il-Gvern, b’decizjoni tieghu u jekk ikun hemm operazzjoni li jkunu anke digà ghandhom il-barka tal-Gnus Maghquda, Malta tista’ tippartecipa u ahna qeghdin nippreparaw ghaliha.”

Insistejt jekk dan ifissirx anke f’zoni ta’ konflitti. Ir-risposta tal-Brigadier kienet: “Anke f’zoni fejn hemm bzonn li jkun hemm iz-zamma tal-paci.”

Huwa kompla jghid li hemm lok ghal titjib ghax dik il-kumpanija specjalizzata li qeghdin inhejju ghal dawn l-operazzonijiet u minhabba l-weghda li ghamel il-Gvern Malti, jehtieg tkun tahdem ‘at full establishment’.

“Dan ifisser li jekk il-kumpanija suppost ikolha 159 suldat irid ikollok 159 suldat kollha mhejjijin bit-tahrig u apparat apposta kollu lest. Mhux kollox huwa lest, però parti kbira mix-xoghol ghamilnieh, temm jghid il-Kap Kmandant tal-FAM.

Sadinittant pruvajt ukoll naghmel kuntatt mal-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Affaraijiet Barranin, Tonio Borg, izda kien kollu ghalxejn, ghax ma kienx mistenni jidhol ghax-xoghol qabel nhar it-Tnejn. Lil Dr Borg xtaqt nistaqsih jekk kienx hemm xi pressjoni mill-Gvern Amerikan biex Malta terga’ tapplika ghall-Partnership for Peace? Jekk iva, il-Gvern Malti cediex ghal din il-pressjoni biex il-Gven Amerikan jikkoncedi dwar il-ftehim tat-taxxa doppja jew jekk dan il-ftehim tat-taxxa doppja ghadux ’il boghod? U jekk jistax jiggarantixxi li s-suldati Maltin mhux se jintbaghtu f’zoni ta’ gwerra kif kien wieghed il-Gvern Nazzjonalista?

Next Page »