fatali-mosta-20-01-08.jpg

Atleta maqtul b’daqqa ta’ karozza

 

 

Emmanuel Formosa, ta’ 59 sena mill-Mosta, li kien maghruf ghad-dedikazzjoni tieghu fl-atletika tant li kull sena kien ikun fost mijiet ta’ partecipanti fil-Maratona ta’ Malta, kmieni nhar il-Hadd filghodu tilef hajtu tragikament meta safa mtajjar minn karozza proprju waqt li kien qieghed jitharreg ghall-edizzjoni li jmiss tal-maratona li ghandha ssir ix-xahar id-diehel.

 

L-accident sehh fi Triq id-Durumblat, fil-Mosta, fl-inhawi ta’ Ta’ Qali ezattament fejn hemm il-‘Flower Power’. Ghall-ewwel il-mewt ta’ Formosa qanqlet suspetti ohrajn minhabba li l-kadavru tieghu nstab wara hajt tas-sejjiegh f‘wahda mill-ghelieqi li hemm fuq in-naha l-ohra tat-triq.

 

emm-formosa.jpgEmmanuel Formosa- ïl-Billy”

Kien ghal habta tad-9.10 a.m. meta l-Pulizija giet infurmata li kien hemm persuna mejta f’ghalqa, waqt li sa dak il-hin kien ghad m’ghandha l-ebda rapport dwar l-accident li fil-fatt gara. Izda meta mbaghad waslu fuq il-post gie stabbilit minnufih li l-vittma huwa atleta minhabba l-mod kif kien liebes, waqt li n-natura tal-griehi li kellu b’mod partikolari ferita kbira f’rasu kienu jindikaw li dan aktarx li ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jiggoggja u s-sewwieq baqa’ sejjer.

 

Din it-tezi ta’ ‘hit and run’ kompliet tissahhah wara li l-Pulizija stabbilixxiet l-identità tal-vittma u sar maghruf li dan kien Formosa li ghalih kienet haga normali li f’dan iz-zmien ikun qed ihejji bhal hafna atleti ohrajn biex fi Frar jigri n-nofs maratona, xi haga li kien ilu jaghmilha diversi snin.

 

Sadattant fit-triq, fuq in-naha l-ohra tal-hajt tas-sejjiegh fejn kien il-kadavru, instabu wkoll tracci li kienu jindikaw l-involviment ta’ vettura fl-accident. Din l-evidenza kienet tinkludi fost affarijiet ohrajn hgieg ta’ fanal imkisser kif ukoll parti minn bumper li nstab madwar mitt metru l-isfel, li wkoll gie elevat ghal aktar ezamijiet forensici minkejja li l-qaghda tieghu kienet tindika li dan seta’ kien ilu hemm. Xi haga li sa certu punt kienet ghadha tidher ftit suspettuza kien il-fatt li fuq il-post ma nstabu l-ebda sinjali ta’ brejkijiet, meta kollox kien jindika li galadarba kien hemm karozza nvoluta din bilfors li kienet qed tinstaq b’certa velocità biex il-vittma spicca imqabbez il-hajt u sab ruhu fl-ghalqa.

 

Minn stharrig li kompla jaghmel l-orizzont u danis-sit elettroniku jirrizulta li s-sewwieq huwa guvni ta’ 25 sena mill-Mosta wkoll. Ghal habta tas-6.00 a.m. kien qieghed jirritorna d-dar wara wassal lit-tfajla tieghu l-Fgura. Iz-zaghzugh kien qieghed isuq karozza Daihatsu fid-direzzjoni tal-Mosta meta laqat lil Formosa izda haseb li kien laqat xi haga bhal xi kelb jew qattus. Huwa mifhum li s-sewwieq waqaf biex jara x’kien laqat izda minhabba li kien ghadu ma sebahx ma ra xejn fit-triq. Ghaldaqstant huwa baqa’ sejjer id-dar fejn joqghod fi Vjal l-Indipendenza u qal xi gralu lill-genituri tieghu. Hu u missieru regghu marru fuq il-post u xorta baqghu ma raw xejn.

 

Kien ghal habta tad-8.45 a.m. li ragel mill-Mosta kien ghaddej mill-istess triq bir-rota tieghu u ra lill-vittma mitluq fl-ghalqa. Huwa mar mill-ewwel id-dar u cempel in-numru 112 fejn informa lill-Pulizija x’kien ra. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Supretendent Antonello Grech u l-Ispettur Therese Sciberras u dawk tad-DIK immexxija mill-Ispettur Daniel Zammit. Peress li l-vittma nstab mejjet u kellu ferita gravi f’rasu u l-fatt li dan kien f’ghalqa wara l-hajt, l-ewwel suspetti kienu li kien kaz ta’ omicidju. Izda meta l-Pulizija sabu tifrik tal-hgieg ta’ karozza bidlu t-tezi ghal dik ta’ ‘hit and run’.

 

Fuq il-post issejhu diversi esperti tal-Qorti fosthom biex ihejju r-rapporti taghhom l-espert Forensiku t-Tabib Mario Scerri u l-Perit Richard Aquilina.

Minn aktar stharrig li komplejna naghmlu jirrizulta li s-sewwieq induna b’dak li kien gara x’aktarx meta sema’ fuq xi stazzjon tar-radju. Ghaldaqstant akkumpanjat mill-qraba tieghu u avukat, dawn marru l-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn is-sewwieq ghamel rapport minn jeddu u ta l-koperazzjoni kollha tieghu lill-Pulizija.

 

Sadanittant ghal habta ta’ l-10.30 a.m. iben Emanuel Formosa cempel l-Ghassa tal-Pulizija tal-Mosta fejn irrapporta li missieru kien hareg jigri kmieni filghodu u kien ghadu ma rritornax id-dar. Il-Pulizija talbuh biex imur id-Depot u wara ttiehed fil-kamra mortwarja ta’ l-Isptar Mater Dei fejn iddentifika l-kadavru ta’ missieru.

 

Is-sewwieq baqa’jinzamm ghal aktar investigazzjoni u llum, x’aktarx wara li tkun lesta l-awtopsja, se jitressaq il-Qorti. Bil-kaz kienet infurmata l-Magistrat ta’ l-Ghassa Dr Miriam Hayman.

 

Sadanittant it-Tnejn wara nofs in-nhar l-Ispetturi Daniel Zammit u Therese Sciberras resqu lil Kevin Ellul ta’ 25 sena mill-Mosta quddiem il-Maġistrat Dr Anthony Vella fejn gie mixli bil-qtil involontarju ta’ Emmanuel Formosa. Ellul gie akkuzat li b’nuqqas ta’ ħila u bi traskuraġni kkaġuna l-mewt ta’ Formosa meta dan kien fit-triq. Hu gie mixli wkoll li saq karozza tiegħu b’manjiera perikoluża. Akkuzi ohrajn huma li saq f’post pubbliku meta ma kienx f’kundizzjoni li jsuq minħabba xorb u li fl-istess ħin kien qieghed isuq karozza meta kien ikkonsma tant alkoħol li l-proporzjon tiegħu fin-nifs, fid-demm jew fl-urina kien iżjed mil-limitu preskritt mil-ligi. Kien mixli wkoll li bħala xufier tal-karozza naqas li jieqaf meta kien involut fl-inċident. Id-difiza kif ukoll il-prosekuzzjoni qablu li l-akkuzat ma jibqax jinzamm that arrest preventiv peress li huwa car li mhux xi kriminal. Ghaldaqstant Ellul inghata l-liberta’provizorja fuq garanzija personal ta’ €5,000.

 

Ghall-akkuzat deher l-Avukat Manwel Mallia filwaqt li l-Avukat Joe Brincat deher bħala parti ċivili ghal familja tal-vittma.