Id-Depot qatt ma kien isbah mil-lum

 

 

 

Il-Kwartieri Generali tal-Pulizija ghandhom dehra ta’ kif kwartieri ghandu jkun u x-xoghol ghadu mhux lest. Izda filwaqt li t-tisbih ghandu jkun, hemm affarijiet ohrajn li wkoll iridu attenzjoni.

 

 

Tisbih u l-pagi

Jekk hemm xi hadd li ilu ma jersaq lejn id-Depot tal-Pulizija u jmur illum se jara differenza kbira. Illum id-Depot huwa vetrina ta’ kif ghandhom ikunu Kwartieri speclament tal-Pulizija. Kien hemm zmien li kont tisthi tidhol fih bil-gir niezel, hmieg, telqa u zdingar. Issa d-Depot sar post li jilqghak u l-Kummissarju John Rizzo haqqu kull prosit ghal dan.

 

 

Issa wara din l-ispiza ragunata, is-Sur Rizzo ghandu jdur fuq il-Vici Prim Ministru Tonio Borg u jghidlu jdur fuq il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li huwa l-Ministru tal-Finanzi, biex b’effett immedjat ihallas lill-Pulizija tal-Hdud u l-overtime li ghadhom ma thallsux kif ukoll issir pressjoni biex dawk li ilhom xhur u snin jistennew biex jithallsu ghax-xoghol extra li ghamlu jithallsu wkoll mill-aktar fis possibli.

 

 

Is-Surgenti

Dan l-ahhar komplew isiru aktar surgenti biex il-Korp kompla jissahhah ghalkemm hemm iktar Pulizija li qieghdin jaghzlu li jitilqu mill-Korp, fosthom ufficjali bi snin twal ta’ esperjenza.

 

 

Izda ftit huma konxji tat-tahwid li sar meta kienu kkoreguti l-karti ta’ hafna mill-Kuntistabblijiet li ghamlu l-ezami biex isiru Surgenti. Fil-fatt fost dawk Surgenti li saru dan l-ahhar, inghataw il-kariga wara li gustament u bi dritt talbu biex ikunu riveduti l-karti taghhom wara li hassew li marru ferm ahjar mill-marki li nghataw. Sfortunatament kien hemm ohrajn li ma ghamlux l-istess talba meta setghu jaghmluha bi dritt kemm bil-miktub kif ukoll b’ghajnuna legali.

 

Dawk li ghamlu talba ufficjali nghataw ir-ragun ghax hekk titlob il-gustizzja u l-amministrazzjoni tal-Pulizija indunat bi “zball” li kien sar u gustament gie rrangat fejn haddiehor “zbalja”.

 

Uhud minn dawk li baqghu ma sarux surgenti qalulna li hija haga ta’ l-iskantament kif ufficjal gholi li kkorega l-karti induna li kien ghamel “zball” meta gie biex jaghti l-marki. Irrizulta li l-“izball” kien mhux ta’ ftit marki izda sahansitra kien hemm anke zbalji ta’ bejn l-20 u l-40 marka.

 

Issa hemm min qieghed jistaqsi jekk saritx ingustizzja ma’ dawk li ghal xi raguni jew ohra ma talbux revizjoni tal-marki u haqqhom li jkunu surgenti wkoll. Dawn staqsew jekk wara li nstab bil-fatti li dan l-ufficjal “zbalja u zbalja” bil-goff, ghandhomx ikunu riveduti l-karti minghajr il-htiega li ssir talba ghax hemm minnhom li hasbu jew ghadhom jahsbu li mhux se jinghataw widen.

 

Nemmen li dawn huma zbaljati u la saret gustizzja ma’ ohrajn allura ssir gustizzja ma’ kulhadd li ghadda mill-ezami izda nghataw inqas marki bi “zball”.