Zewgt irgiel ma gewx lura
Qraba ta’ zewgt irgiel jinsabu inkwetati minhabba li dawn ma rritornawx minn barra minn Malta u baqghu ma semghu xejn b’ahbarhom. Sadanittant ghadhom neqsin mara Maltija u zaghzugh barrani li gew irrapportati neqsin f’Novembru li ghadda.
Iz-zewgt irgiel, wiehed ta’ 30 sena minn San Giljan u l-iehor ta’ 28 sena minn Hal Balzan, nhar il-Hadd, 13 ta’ Jannar hallew Malta suppost lejn il-Germanja biex jaghmlu negozju fuq xi parts ta’ karozzi u kellhom jigu lura nhar l-Erbgha. Izda dawn baqghu ma tfaccawx u l-familji taghhom baqghu ma semghu xejn minghandhom.
Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont u dan is-sit elettroniku qalulna li meta l-familji ppruvaw jaghmlu kuntatt maghhom bil-mobajl, ta’ wiehed ma kien hemm ebda hoss li jindika li l-apparat huwa mitfi filwaqt li ta’ l-iehor minkejja li jinstema’ l-hoss li qieghed idoqq, ma kien hemm ebda risposta.
L-istess sorsi qalulna li wiehed mill-irgiel isiefer ta’ spiss fuq negozju u mhux l-ewwel darba li meta jigi lura ma juzax l-istess destinazzjoni li jkun mar. Kien hemm okkazzjonijiet li gieli mar Brussell u minn hemm imur Amsterdam. Kien hemm okkazzjonijiet ohrajn li minn Amsterdam jinzel l-Italja jew imur il-Germanja u jigi lura Malta minn hemm. Ghaldaqstant mhux facli biex ikun maghruf fejn jinsabu bhalissa u dan qieghed ikompli jikkomplika s-sitwazzjoni biex issir tfittxija ghaz-zewgt irgiel Maltin.
Is-Sibt, 19 ta’Jannar persuna qrib wiehed minnhom ghamlet kuntatt maghna u qaltilna li nhar il-Hadd iz-zewgt irgiel hallew Malta suppost fi triqthom lejn il-Germanja. Il-persuna kkonfermat li dawn kellhom jaslu lura Malta nhar l-Erbgha, 16 ta’ Jannar izda baqghu ma waslu qatt.
Huwa mifhum li l-qraba taz-zewgt irgiel marru kemm fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kif ukoll ghand il-Pulizija biex jaraw jekk ghandhomx informazzjoni dwar iz-zewgt irgiel.
“Kull ma qalulna huwa li minhabba d-Data Protection Act ma nistghux nghatukom informazzjoni”, qaltilna l-persuna li tkellmet maghna. Il-qraba qieghdin jinterpretaw dan il-fatt li kemm il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin kif ukoll il-Pulizija jafu fejn qieghdin jew ghandhom informazzjoni ta’ x’seta gralhom la “ma jistghux jaghtuna informazzjoni”, qaltilna l-istess sors. Il-qraba qed jghidu li la darba xi hadd ma jistax jghaddi informazzjoni, allura sinjal li ghandhom informazzjoni. Din mhix sew li jhallu lill-familja fl-ghama jekk jafu xi haga, sahqet il-persuna maghna.
Ghaldaqstant huma qieghdin jappellaw lill-Awtoritajiet koncernati biex jekk ghandhom xi hjiel dwar l-irgiel, dawn ghandhom jinfurmawhom u mhux ihalluhom jinkwetaw fuqhom.
L-ahhar kuntatt li sar mill-irgiel kien nhar it-Tlieta meta r-ragle minn San Giljan cempel u qal lil min kellem li kienu se jaqbdu l-ferrovija izda s-sors li tkellem maghna ma kienx jaf id-destinazzjoni. L-istess sors ikkonferma li filwaqt li l-mobajl ta’ wiehed minnhom ma kien hemm ebda hoss li jindika li l-apparat huwa mitfi, l-iehor minkejja li jinstema’ l-hoss li qieghed idoqq, ma kien hemm ebda risposta.
Il-persuna li tkellmet maghna qaltilna li sa fejn taf hi l-irgiel minn Malta marru l-Germanja f’post li jibda bl-ittra ‘D’. Izda meta ccekjajna it-titjiriet li kien hemm nhar il-Hadd, 13 ta’ Jannar lejn il-Germanja, sibna li kien hemm zewg titjiriet ta’ l-Air Malta flimkien ma’ Lufthansa b’wahda lejn Munich u l-ohra lejn Frankfurt.
Din ma kinitx l-ewwel darba li z-zewgt irgiel siefru flimkien fuq negozju izda dejjem gew lura meta kienu mistennija. Jidher li wiehed minnhom anke halla l-karozza tieghu fil-parkegg ta’ l-ajruport izda din issa ttiehdet mill-qraba tieghu wara li nhar l-Erbgha baqa’ ma tfaccax.
Sors iehor li tkellem maghna, qalilna li huwa sema’ li x’aktarx iz-zewgt irgiel kienu qieghdin jinzammu mill-Awtoritajiet Germanizi izda din l-informazzjoni ma stajniex nikkonfermawa.
Sadanittant ghadhom ukoll neqsin il-mara Maltija u z-zaghzugh barrani li gew irrapportati neqsin kwazi xahrejn ilu (ritratti fuq).
Rita Bugeja ta’ 51 sena u Amir Ibrahim Hassan ta’ 15-il sena gew irrapportati neqsin nhar l-Erbgha 21 ta’ Novembru 2007. Il-mara hija twila madwar hames piedi u erba’ pulzieri, ghandha xagharha kannella car bil-griz u twil sa spajjeha u ghandha ghajnejha kannella skuri.
Iz-zaghzugh huwa twil hames piedi u tmien pulzieri, irqiq u ghandu xaghru iswed, baxx innuklat u ghajnejh suwed.
Il-Pulizija ghadha titlob l-ghajnuna tal-pubbliku dwar dawn iz-zewg persuni. Ghalhekk kull min ghandu xi informazzjoni huwa mitlub icempel fuq in-numru 21221111.