
Il-Prim Ministru jghid li l-ufficjal tal-FAM kien ammonit
B’mod indirett il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ammetta mat-torca u ma’ dan is-sit elettroniku li l-ufficjal li fl-1991 allegatament ikkommetta reat, huwa hati ta’ dak li ghamel ghax “dan l-Ufficjal gie ammonit”.
Wara r-rapport esklussiv li ppublikat it-torca fis-6 ta’ Jannar, kif ukoll fuq dan is-sit, dwar ittra li ghebet mill-fajl personali ta’ Ufficjal wara li allegatament wettaq reat kriminali, kemm f’Kastilja kif ukoll fl-Armata qam riefnu iktar qawwi minn dak li hakem lill-gzejjer Maltin nhar il-Hamis li ghadda.
Minflok ma l-Awtoritajiet raw ghaliex ufficjal baqa’ jinghata promozzjoni wara ohra, aktar kien hemm paniku biex ikun maghruf is-sors taghna. Bdew jigu ppuntati swaba’ lejn diversi persuni izda l-ikbar inkwiet ghall-Kastilja huwa l-fatt li minkejja li fi hdan l-Armata nholqot xibka ta’ nies li suppost huma fdati mill-Partit Nazzjonalista u tpoggew f’postijiet sensittivi biex jaraw li ma johrog xejn, fi spazju ta’ ftit gimghat gew f’idejna dokumenti li sahansitra ufficjali gholjin la kienu jafu li jezestu u wisq aktar li dawn setghu b’xi mod jispiccaw f’idejna.
Il-gimgha l-ohra baghtna sensiela ta’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Staqsejnih jekk l-ittra li ppublikajna nstabitx jew ghadhiex nieqsa. Skond il-Prim Ministru huwa jinsab infurmat li l-ittra li giet imsemmija f’dak l-artiklu qatt ma giet nieqsa.
Izda sorsi qrib il-FAM qalulna li l-Prim Ministru huwa infurmat hazin ghax l-ittra kienet tnehhiet mill-fajl personali ta’ l-ufficjali snin ilu fi zmien meta l-istess ufficjal kien ghadu Ajjutant. Fil-fatt l-ittra instabet jumejn wara li ahna zvelajna l-kaz. Din l-ittra nstabet f’Lyster Barracks f’Hal Far u mhux fil-fajl personali ta’ l-ufficjal fejn suppost tinzamm fil-Kwartieri Generali tal-FAM f’Hal Luqa.
L-istess sorsi qalulna wkoll li kien minhabba f’hekk li dan l-ufficjal minn Logetenent baqa’ javvanza sa’ Logotenent Kulunell ghax kull darba li kien hemm promozzjoni din l-ittra qatt ma deheret imkien.
“Li kieku din l-ittra kienet fil-fajl personali tieghu, kif resaq ghall-promozzjoni ta’ Kaptan kien jehel hemm. Kien jitlef l-anzjanità u skond l-istess kriterji li ntuzaw ma’ ufficjali ohrajn ma kienx jinghata s-Security Clearance” qalilna eks-ufficjal b’esperjenza vasta fl-Armata.
Ghaldaqstant staqsejna lill-Prim Ministru jekk din l-ittra instabet, x’passi se jittiehdu fil-konfront ta’ dan l-ufficjal li ffalsifika dokumenti ufficjal. Minn naha tieghu l-Prim Ministru qalilna li l-kaz kien gie investigat meta sar. L-awtorijiet tal-FAM kienu accettaw l-ispjegazzjoni tal-Ufficjal koncernat u dan l-Ufficjal gie ammonit.
Fil-fatt minn aktar stharrig li komplejna naghmlu jirrizulta li dan l-ufficjal kien tressaq quddiem il-Brigadier Claude Gaffiero. Dakinhar il-Kap Kmandant tal-FAM kien wissieh severament ghal dak li ghamel. Is-sorsi li tkellmu maghna qalulna li l-Ufficjal kien gie “admonished” li fl-Armata tfisser “twissija meta xi hadd jinstab hati ta’ dak li jkun ghamel”.
Sadanittant sorsi ohrajn qrib l-Air Malta u l-FAM li jiftakru sew il-kaz, qalulna li meta s-suldati kienu qabdu impjegat ta’ l-Air Malta jsuq vettura minghajr il-licenzja necessarja u wettqu dmirhom kif suppost, l-impjegat allegatament kien talab lill-Ufficjal biex ibiddel ir-rapport tieghu u tas-suldati, fuq persuna ohra biex ma jitlifx l-impjieg tieghu.
“Sempliciment frame-up illegali” sahqu s-sorsi.
Dan l-agir jistona bil-kbir meta jkun paragonat ma’ kazi ohrajn u l-passi li jittiehdu kontra fizzjali ohrajn u anke suldati f’rankijiet ohrajn. Kien hemm min iddahhal jaghmel gimgha ghassa zejda minghajr ma jithallas xejn bzala kastig. Ohrajn wehhlu gimgha shiha paga ghal reat ferm hafna inqas gravi minn hekk u zgur li ma kienux reati kriminali. Fost dawn kien hemm min ma lestiex rapport fi z-zmien stipulat jew ghax kien hemm xi imbarazz u minflok intrema inghata lil xi zadd minghajr ebda interessi. Kien hemm kaz fejn ufficjal wehlet zewg ghases zejda sempliciment ghax hadet zball f’xi kontijiet.
Dwar il-kwistjoni tas-Security Clearance staqsejna, li fid-dawl ta’ dan kollu, jekk dan l-ufficjal hjux se jinghata s-Security Clearance xorta wahda minkejja li wettaq reat li hu bhala ufficjal kellu jara li ma jsehhx u ghalhekk ir-reat huwa aktar gravi.
Dr Gonzi qalilna li l-ghoti tas-Security Clearance huwa diskrezzjoni tas-Servizzi tas-Sigurtà. L-awtoritajiet tal-FAM qatt ma talbu lill-Pulizija jinvestigaw dan il-kaz.
Ahna staqsejna diversi ufficjali fl-Armata dwar din ir-risposta li nghatajna. Dawn qalulna li dak li ghamel dan il-fizzjal huwa reat kriminali u ghaldaqstant sta ghall-Pulizija jew aktar u aktar ghal Avukat :enerali li jiddeciedi jekk hemmx provi bizzejjed biex jittiehdu jew ma jittiehdux passi kriminali kontra tieghu u mhux il-FAM li ma ghandha l-ebda awtorità legali li tiddeciedi fuq hekk. Ghaldaqstant il-kaz jiggrava aktar ghax il-FAM assumiet responsabilità ta’ malaministrazzjoni gravi hafna fejn assumiet responsabilità ta’ decizjoni li hi legalment qatt ma kellha d-dritt jew l-obligu legali li tassumi. Dan aktar u aktar peress li l-bniedem li kien qieghed jigi “iffremjat” ma kienx membru ta’ l-Armata izda bniedem civili.
Lill-Prim Ministru staqsejnih ukoll jekk hux se jittiehdu passi kontra dan l-ufficjal u jekk hux se jibqa’ jkun Security Cleared. Jekk ir-risposta hija fin-negattiv iqisx dan bhala diskriminazzjoni fil-konfront tal-Logotenent Kulunell Mario Schembri u l-Maggur Pierre Vassallo li ma gewx Security Cleared bil-konsegwenzi kollha meta qatt ma gie pruvat xejn lilhom privatament jew pubblikament.
Dwar dan, ir-risposta kienet li l-Ufficcju tal-Prim Ministru jidhirlu li m’ghandux jikkumenta f’dan l-istadju ghax jista’ jigi pregudikat kaz li jinsab sub judice.
Minkejja l-ghagla
Minkejja l-ghaggla biex jinghataw il-promozzjonijiet ghal sitt Kulunelli maghzulin, ghax inkella l-operat ta’ l-Armata jistagna, sal-lum aktar minn xahrejn wara, hadd minn dawn il-Kulunelli ghadu ma’ nghata r-responsabbilitajiet li suppost ghandhom. Kull ma nghataw s’issa hija z-zieda fil-paga u l-beneficcji kollha li gew mal-promozzjoni. Fosthom hemm l-istess Deputat Kmandant Martin Xuereb li ghadu jmur Brussell flimkien mal-familja tieghu fejn ghadu jmexxi l-ufficcju tieghu minn hemm.
Dwar din il-pozizzjoni fi Brussell ninsabu infurmati li hemm glieda biex jintghazel il-Logotenent Kulunell biex jiehu post il-Kulunell Martin Xuereb, li issa sar id-Deputat Kmandant. Fost dawk li jridu bis-sahha dan il-post hemm il-Logotenent Kulunelli Martin Cauchi Inglott u Brian Gatt.
Is-sorsi taghna fl-Armata qalulna li meta tqassmu l-applikazzjonijiet lill-Logotenenti Kulunelli biex jaraw min huwa interessat f’dan il-post, lil Brian Gatt insewh. Izda malajr fakkarhom u anke kien minn ta’ quddiem bhala l-favorit ghal dan il-post.
Izda kollox jindika li Cauchi Inglott se jkun hu li se jintghazel. B’hekk se jinholoq post vojt biex titmexxa t-Taqsima Marittima tal-FAM u l-holma li Cauchi Inglott li jibdel din it-Taqsima fil-Coast Guard ta’ Malta, issa jidher li se jpoggiha fuq l-ixkaffa.
Sorsi qrib Haywharf qalulna li l-Logotenent Kulunell Cauchi Inglott ghamel il-homework tieghu tajjeb u x’aktarx li Martin Xuereb tah pariri tajbin. L-istess sorsi qalulna wkoll li ma’ din il-pozizzjoni fi Brussell jigu hafna perkacci. Ninsabu informati wkoll li Cauchi Inglott se jinghata kuntratt ta’ sitt snin u jista’ jigi rivedut wara tliet snin. B’hekk bi Gvern Laburista wara l-Elezzjoni li jmiss, anke jekk inehhi lil Cauchi Inglott minn din il-pozizzjoni, dan l-ufficjal jista’ jgawdi minn eluf kbar ta’ ewro jekk ifittex lill-Gvern fuq ksur tal-kuntratt.