Holmes jammetti li aggredixxa lil Felice
…..jibqa’ Malta biex jixhed fil-kaz
Akkumpanjat minn ommu Jeanette u missieru Christopher, ir-ragel minn Wales, Sean Holmes it-Tlieta filghodu tressaq il-Qorti ta’ Ghawdex u ammetta li aggredixxa lil Silvio Felice fil-kaz fejn Holmes stess safa wkoll vittma ta’ sparatura.
Hekk kif wasal fil-pjazza tal-Kattidral fejn hemm il-bini tal-Qorti, Sean Holmes ta’ 29 sena minn Wales u bhalissa residenti l-Qawra, sab lill-genituri tieghu jistennewh. Ommu Jeanette telghet it-tarag tal-Qorti bl-ghajnuna ta’ bastun minhabba ksur f’riglejha liema ferita kienet il-kagun kollu ta’ l-isparatura fejn binha ntlaqat bi tliet tiri ta’ pistola sparati minn iben Silvio Felice, Daniel ta’ 18-il sena.
Quddiem il-Magistrat Dr Paul Coppini fil-Qorti ta’ Ghawdex, l-Ispettur Silvio Valletta akkuza lil Sean Holmes li fit-13 ta’ Dicembru fi Triq it-Trux fl-Gharb, ikkawza feriti hfief kif gew iccertifikati minn Dr John Xuereb fuq il-persuna ta’ Silvio Felice. Akkuza ohra hija li Holmes hedded lill-istess Felice u lil xi membru tal-familja tieghu.
Sean Holmes ammetta l-akkuzi migjubin kontrih. Ghaldaqstant il-Magistrat Coppini illiberah bil-kundizzjoni li ma jaghmilx reat iehor fi zmien tliet xhur u biex ma jkellimx lil Silvio Felice u rabtu b’garanzija ta’ Lm100.
Sean Holmes se jibqa’ Malta sakemm tibda l-kumpilazzjoni (gbir ta’ provi) fil-kaz ta’ Daniel Felice li jinsab akkuzat bl-attentat ta’ qtil ta’ l-istess Holmes kif ukoll dwar il-kaz ta’ Silvio Felice li jinsab mixli li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar. Dawn se jibdew jinstemghu fit-8 ta’ Jannar, 2008.
Dan il-kaz kellu l-bidu tieghu gimghatejn ilu meta Silvio Felice allegatament kellu argument ma’ Jeanette Holmes fir-residenza taghha fil-Qawra fejn allegatament giet imbuttata kisret riglejha. Nhar il-hamis, 13 ta’ Dicembru Sean Holmes mar Ghawdex ghas-sodisfazzjoni fejn aggredixxa lil Silvio Felice liema akkuzi ammetta ghalihom fil-Qorti l-bierah. Fl-istess waqt Daniel Felice spara tliet tiri lejn Holmes biex jipprotegi lill-missieru. Minkejja li Holmes intlaqat b’zewg bullits f’dahru, li baqghu f’gismu, u tir iehor li laqtu bi zbrixx f’idu l-leminija, huwa kien ghamel lejl shih Ghawdex mimli dmijja u gie lura Malta mal-vapur tas-7.30 a.m. ta’ l-ghada. Kif wasal ic-Cirkewwa kien hemm min induna li Holmes kien mimli dmijja u informaw lill-Pulizija li minn naha tieghu cempel ghall-ambulanza. Minkejja li l-feriti kkawazati minn tiri ta’ pistola ta’ kalibru 1mm, Holmes qatt ma kien fil-periklu tal-mewt, anzi l-feriti gew certifikati bhala ta’ natura hafifa.
Il-bierah fil-Qorti Sean Holmes kien assistit mill-Avukat Kenneth Grima.
December 19, 2007 at 08.39
Can you please elaborate what kind of hand gun was used in this case? Was it a semi auto pistol or a revolver? What make, model and caliber was it?
Sorry but 1mm handguns don’t exist. It is important to give out such description so one can put together what sort of injuries the victim sustained. Some one shot with a .22 short round, will likely survive (unless hit in the vitals or the brain). But .44mag or .45ACP bullets will take out large chunks of flesh when they exit.
The verdict against the defendant can vary by a certain degree, if the defendant can prove (without reasonable doubt) that the knew the capacity of his firearm, AND that he can prove that he used it in a case where he was under distress and fear of loosing his own life or the life of his family (last resort), AND not with the intent of killing or harming the victim.
It was very good that you explained that three shots were fired, two of which hit the victim in the back and the third produced minor injuries. Were the rounds in the back fired while the victim was walking away or were they fired during a struggle? This can also be a determining factor of why the fire arm was discharged / fired. We the readers can put together a more detailed picture of the events.