Instabitlu kilo droga Kokaina li kien se jdahhal f’Malta

 

Ragel ta’ madwar 39 sena mill-Belt nhar is-Sibt gie arrestat fi Spanja b’konnessjoni ma’ traffikar ta’ droga.

Il-Malti, maghruf sew mal-Pulizija Maltija kif ukoll fl-inhawi ta’ Paceville, kien se jaqbad titjiera ghal Malta minn Spanja meta l-Awtoritajiet Spanjoli zammewh u ghamlu tfittxija fuqu u fil-bagalji li kien qieghed igorrr. Fit-tittxija l-Pulizija Spanjola sabu madwar kilo droga Kokaina ghand il-Malti li kienet lesta biex tiddahhal Malta u tkun traffikata f’pajjizna.

Mhux maghruf jekk il-Malti kienx arrestat fl-ajruport ta’ Valencia jew ta’ Girona minn fejn kien se jaqbad titjiera lejn Malta mal-linja ta’ l-ajru Ryanair. Fil-fatt nhar is-Sibt li ghadda kien hemm zewg titjiriet lejn Malta tar-Ryanair bl-ewwel wahda li telqet minn Girona ghal habta tas-6.00 a.m. u l-ohra minn Valencia fin-12.30 p.m.

Huwa mifhum li l-Pulizija Spanjola kellhom hjiel li l-Malti kien se johrog id-droga.

Hekk kif instabet id-droga l-Malti gie arrestat u baqa’ jinzamm mill-Pulizija Spanjola. B’din is-sejba u bl-arrest tal-Malti, gew informati l-Awtoritajiet Maltin.

Sorsi li tkellmu ma’ l-orizzont qalulna li r-ragel huwa maghruf mal-Pulizija fejn kien jiffirma fl-Ghassa tal-Belt. Dan l-ahhar applika wkoll biex jinghata liçenzja biex ikun jista’ jahdem bhala membru tas-sigurtà.

Sorsi qrib il-Pulizija qalulna li x’aktarx li d-droga kienet destinata biex tkun traffikata waqt parties li jibdew ikunu organizzati f’dawn il-granet ta’ festi.