zebbug-accident-18-12-07.jpg

Zaghzugh fil-periklu tal-mewt

 

 

Zaghzugh ta’ 24 sena minn Haz-Zebbug jinsab fil-periklu tal-mewt x’aktarx wara li tilef il-kontroll tal-karozza minhabba hofra li hemm fit-triq il-gdida f’Haz-Zebbug li suppost kellha sservi 25 sena.

L-accident sehh it-Tlieta ftit wara s-6.00 a.m. fi Triq l-Imdina. Dak il-hin iz-zaghzugh kien sejjer fid-direzzjoni tar-Rabat biex imur il-Qawra fejn jahdem f’restorant. Kif wasal qrib l-importatur tal-vetturi Autobahn, iz-zaghzugh sab il-hofra li hemm ma’ sprall fuq in-naha tax-xellug tat-triq b’konsegwenza li tilef il-kontroll tal-karozza Opel Corsa u baqa’ diehel b’impatt qawwi fil-hajt ta’ l-istess Autobahn. Mad-daqqa l-karozza daret thares fid-direzzjoni opposta u waqfet wara li regghet habtet ma’ l-istess hajt.

Fuq il-post ta’ l-accident mar it-tim mediku ta’ l-ERT immexxi minn Dr Jonathan Joslin kif ukoll ambulanza b’infermier u l-membri tas-salvatagg tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili li qacctu l-bieba tan-naha tas-sewwieq biex seta’ jinhareg iz-zaghzugh mill-karozza.

Huwa ttiehed l-Isptar Mater Dei fejn instab li ghandu griehi gravi f’rasu u li jinsab fil-periklu tal-mewt. Wara li nghata l-ewwel kura medika tpogga fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

B’dan l-accident gie informat il-Magistrat Dr Michael Mallia li ordna inkjesta u hatar lill-Perit Simon Saliba, lil Dr Stefan Filletti u lill-espert Mario Buttigieg flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.

Persuni li kienu fuq il-post ta’ l-accident qalu li hija tal-misthija kif toroq godda li tant sar ftahir li suppost kellhom iservu 25 sena, mhux biss ma servewx daqshekk izda issa “qieghdin iservu biex jitfghu lin-nies fl-ITU”.

L-istharrig tal-Pulizija qieghed jitmexxa mill-Ispettur Jesmond Borg mill-Ghassa ta’ Haz-Zebbug.