Jinqatel bi tliet tiri kif hareg mill-Quddiesa
Louis Ellul ta’ 34 sena minn San Pawl il-Bahar u residenti Pembroke kien ghadu kif hareg mill-Knisja ta’ Pembroke flimkien mas-siehba tieghu u zewg uliedha meta sab warajh ragel iehor b’senter li sparalu tliet tiri u hallieh mejjet. Ir-ragel tal-mara qieghed jinzamm mill-Pulizija ghal aktar investigazzjonijiet b’konnessjoni ma’ dan id-delitt. Sadanittant tfajla ohra li kienet ftit metri ’l boghod intlaqtet minn comba izda ma sofrietx griehi gravi.
Dan id-delitt, kiesah u biered, sehh il-Hadd ghal habta tal-11.25 a.m. qrib il-playing field ta’ Pembroke ftit metri boghod mill-Knisja. Minn informazzjoni li kiseb l-orizzont u dan is-sit elettroniku jirrizulta li ragel ta’ 59 sena wkoll minn San Pawl il-Bahar kien f’karozza Matiz kulur il-fidda jistenna lil Ellul johrog mill-Knisja. Kif spiccat il-quddiesa tal-10.45 a.m., Ellul flimkien mas-siehba tieghu, ta’ 32 sena, u wliedha, tifla ta’ 12-il sena u tifel ta’ disa’ snin, dehru hergin mill-Knisja. Ohrajn li kienu fil-Knisja marru f’Bazaar, ohrajn f’hanut vicin biex jixtru l-gurnali u kien hemm min telaq biex imur id-dar kif kien se jaghmel Ellul u l-familja. Kif kienu madwar 20 metru ’l boghod mill-Knisja u qrib il-playingfield kif ukoll tal-karozza taghom VW Polo, hareg ragel mill-karozza Matiz b’xaghru bajda u liebes beritta u f’idu senter mghotti b’kutra.
Dan ir-ragel deher jimxi wara Ellul u kif wasal ezatt hdejh nehha l-kutra minn fuq is-senter u wara li qal xi haga lil Ellul, allegatament spara tir mill-qrib u laqtu f’genbu. Kif Ellul kien qieghed jaqa’ ma’ l-art l-aggressur allegatament spara tir iehor u laqtu f’ghonqu. Hekk kif Ellul kien wiccu l-isfel fuq il-bankina, allegatament gie sparat it-tielet tir fil-warrani ta’ Ellul u hallieh mejjet fuq il-post quddiem diversi persuni.
Dak il-hin qam paniku fost dawk li kienu fit-triq b’hafna jinstemghu jwersqu u jghajjtu. Il-mara li kienet ma’ Ellul deheret tipprotegi lil uliedha.
Tfajla ta’ 14-il sena li kienet ukoll ghadha kif harget mill-Knisja u nzertat ghaddejja fit-triq, intlaqtet minn comba f’genbha. Hija ddahlet f’residenza fil-qrib b’xokk qawwi fuqha u wara ttiehdet l-Isptar Mater Dei. Ghall-ewwel kien hemm il-biza’ li t-tfajla seta’ kellha xi comb f’genbha izda wara li ttiehdu l-X-Rays instab li c-comb ma kienux ippenetraw u kienet qieghda ssofri biss minn hmura kkawzata mid-daqqa ta’ comba. Tfajla ohra li kienet ma’ dik li ntlaqtet helsitha u ma ntlaqtitx.
Sadanittant wara li l-aggressur spara t-tliet tiri, rega’ dahal fil-karozza u harab minn fuq il-post fid-direzzjoni ta’ l-arlogg. Persuni li kienu fil-qrib, fosthom kirurgu marru jaghtu l-ewwel ghajnuna lil Ellul filwaqt li ohrajn daru mal-familja li dehru xxukjati. Il-kirurgu ghamel minn kollox biex jipprova jjsalva l-hajja ta’ Ellul izda kien kollox ghalxejn ghax it-tliet tiri kkawzaw griehi gravi u anke l-mewt.
Fi ftit minuti waslu fuq il-post diversi Pulizija mit-Taqsima tal-Mobile fejn sabu lil Ellul fl-art f’ghadira demm. Kienu l-istess Pulizija li hadu liz-zewgt it-tfal tas-siehba tal-vittma u dahluhom fil-Knisja fejn kien hemm persuna li qalet li hija social worker u hadet hsieb it-tfal. Waslu wkoll il-Pulizija tad-Distrett immexxija mis-Supretendent Nicholas Ciappara, l-Ispettur Carlo Ellul u s-Surgent Antoine Buttigieg. Marru wkoll is-Suptretendent Pierre Calleja flimkien ma’ l-Ispetturi Silvio Valletta u Chris Pullicino mid-DIK li bdew bl-investigazzjonijiet taghhom kif ukoll bit-tfittxija ghall-aggressur. Helikopter mit-Taqsima ta’ l-Ajru tal-FAM deher jittajjar fl-inhawi biex ifittex il-karozza u lill-allegat aggressur. Fuq il-post intbghatet ambulanza b’infermier akkumpanjata minn Dr Michael Spiteri mill-ERT li ccertifika lil Ellul mejjet.
F’hin minnhom dehru fuq il-post tad-delitt koppja anzjana li huma qraba tal-mara li kienet ma’ Ellul li riedu jidhlu hdejn il-vittma izda dawn inzammu minn membru tat-tim mediku u anke kkalmahom.
Biex tkun priservata x-xena tar-reat il-Pulizija ccirkondaw l-inhawi. bil-kaz gie informat il-Magistrat Dr Tonio Micallef Trigona li ordna inkjesta u hatar l-esperti tal-Qorti fosthom it-Tabib Forensiku Mario Scerri, il-Perit Richard Aquilina u l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
Kien ghal habta tas-2.10 p.m. li l-aggressur instab mill-Pulizija tal-Mobile bil-mixi fl-inhawi tas-Siggiewi wara li halla l-karozza li kien biha fil-pjazza tas-Siggiewi. Kif kien suspettat mil-bidu nett, l-allegat aggressur irrizutla li huwa Martin Gatt ta’ 59 sena li huwa r-ragle ta’siehba Louis Ellul. Mhux maghruf ghaliex mar hemm izda jidher li kien sejjer ghand xi habib tieghu. Kif il-Pulizija tal-Mobile resqu lejh huwa ma offra l-ebda rezistenza u ceda mill-ewwel. Huwa ttiehed il-Kwartieri Generali tal-Pulizija fejn gie interrogat. L-arma li ntuzat fid-delitt instabet fil-karozza.
Minn stharrig li kompla jaghmel dan il-gurnal jirrizulta li z-zewgt irgiel ilhom madwar tliet snin bil-problemi bejniethom x’aktarx mindu Gatt u martu ssepparaw tant li anke saru diversi rapporti fl-Ghassa ta’ San Giljan. Huwa mifhum li kien hemm kaz fejn allegatament anke kienu gew fl-idejn fl-istess Ghassa. Sorsi li qaluli li l-koppja ilha separa madwar hames snin izda l-mara u l-vittma kienu ilhom flimkien ghal dawn l-ahhar tliet snin.
Illum se ssir l-awtopsja fuq il-kadavru ta’ Ellul u mhux eskluz li llum ukoll jitressaq il-Qorti l-aggressur
Dan kien ir-raba’ qtil din is-sena fejn s’issa wiehed biss ghadu mhux solvut. Dan kien il-qtil ta’ Larissa Safranova ta’ 25 sena ta’ nazzjonalità Russa. Il-mara nqatlet fit-8 ta’ Marzu f’Tas-Sliema. Iz-zewg delitti l-ohrajn huma – fit30 ta’ Lulju nqatel Ebdou Ismail Abod Età ta’ 29 sena mis-Sirja, fit-3 ta’ Novembru nqatel Karmnu Sant ta’ 69 sena mill-Qawra.