Halliel halla l-arma warajh
Il-Pulizija m’ghandix ikollha diffikultà ssolvi l-ahhar hold-up li sehh nhar il-Hamis, 29 ta’ Novembru wara li l-halliel halla l-arma li uza warajh.
Dan il-hold-up sar ghal habta tan-12.30 p.m. fuq sid ta’ Confectionery fi Triq R. Caruana Dingli f’San Gwann. Dak il-hin fil-hanut kien hemm is-sid ghalkemm kif kien ghaddej il-hold-up dahlet ommha. Il-kriminal dahal fil-hanut liebes maskra kulur il-gilda, maghrufa ahjar bhala ‘latex’, u armat b’pistola antika.
Huwa beda jhedded lill-mara li b’xokk fuqha tat lill-halliel madwar Lm150. Kif kien se jahrab minn fuq il-post il-halliel deher mifxul tant li lanqas induna li waqatlu l-arma fil-parapett tal-hanut li rrizultat li hija wahda antika u x’aktarx li lanqas hija funzjonabbli.
Fuq il-post fejn sehh il-hold-up marru l-Pulizija fejn beda jinvestiga l-Ispettur Martin Sammut mill-Ghassa ta’ San Giljan, peress li mill-bierah stess l-Ghassa ta’ San Gwann spiccat minghajr Spettur. Il-Magistrat Dr Lawrence Quintano ordna inkjesta u hatar diversi esperti fosthom l-Ufficjali tax-Xena tar-Reat.
Dan kien is-46 hold-up din is-sena.