fatali-imsida-27-11-07.jpg

Waqghet gholi ta’ zewg sulari bil-karozza

Il-Hadd filghodu meta generalment it-traffiku jkun kwazi inezistenti fit-toroq Maltin, sehh accident fatali fejn tfajla fl-ahjar ta’ zoghzitha tilfet hajjitha fl-Imsida wara li waqghet gholi ta’ aktar minn zewg sulari bil-karozza b’kollox.

Alexia Baldacchino, li fl-4 ta’ Novembru ghalqet 21 sena, minn Haz-Zebbug il-Hadd filghodu kienet qieghda tirritorna d-dar minn Paceville f’karozza Citroen AX. Ghal habta tad-8.42 a.m. kif waslet fi Triq Mikiel Anton Vassalli ftit metri ’l boghod minn rampa li taghti ghal Santa Venera, tilfet il-kontroll tal-karozza b’konsegwenza li laqtet il-crash barrier, qabzitu u baghet ghaddejja minn fuq il-hamrija fejn qacctet zewg sigriet u baqghet niezla ghal isfel gholi ta’ 23 filati li jigu aktar minn zewg sulari fi Triq il-Wied.

Jidher li meta l-karozza waqghet l-impatt kien fuq quddiem u wara spiccat tistrieh fuq is-saqf b’Alexia tispicca maqbuda fit-tifrik u mitlufa minn sensiha. Fuq il-post waslu l-membri tas-salvatagg mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll tim mediku ta’ l-ERT mmexxi mit-tobba Jonathan Joslin u Michael Spiteri flimkien ma’ l-infermieri mill-Isptar Mater Dei.

Qabel mat-tfajla inqalghet mill-karozza t-tobba pruvaw minn kollox biex isalvawlha hajjtiha. Il-membri tal-Protezzjoni Civili qacctu n-naha tal-lemin tal-karozza biex setghu johorgu lit-tfajla. Kif inharget it-tim mediku kompla bl-interventi biex isalvawha izda kienu inutli u Alexia Baldacchino giet certifikata mejta fuq il-post ta’ l-accident.

Il-Pulizija tal-Mobile, tat-Traffiku kif ukoll tad-Distrett immexxija mill-Ispettur Stephen Gatt flimkien mas-Surgenti Ivan Caruana u Frankie Pace waslu fuq il-post u ghalqu r-rampa li minn Triq il-Wied taghti ghal Triq Mikiel Anton Vassalli. Wara ftit tal-hin waslu wkoll is-Supretendent Nicholas Ciappara u d-Direttur tad-D.P.C., Peter Cordina.

Minn fuq stajna ninnutaw l-impatt qawwi ta’ l-accident fejn partijiet mill-karozza spiccaw imferrxin fi Triq Mikiel Anton Vassalli, fuq il-haxix kif ukoll isfel metri ’l boghod mill-vettura fosthom wiehed mis-seats u partijiet tal-makna. Fuq ic-cint minn fejn qabzet il-karozza kien hemm soft toy li t-tfajla kienet izomm fil-karozza. Par zarbun, li bhal hafna tfajliet ihobbu jzommu par fil-karozza, spicca nbezaq ukoll mill-vettura qabel din spiccat isfel. Fost l-affarijiet li l-Pulizija gabru kien hemm ukoll affarijiet li jintuzaw mill-hairdressers fosthom anke hairdryer. Dan minhabba li Alexia ghadha kif hadet kors fis-sengha tal-hairdressing.

Fil-10.40 a.m. waqt li l-esperti u l-Pulizija tal-Fotografija kienu qieghdin jezaminaw il-karozza, instema’ l-mobajl ta’ Alexia jdoqq.

B’din il-fatalità gie informat il-Magistrat Dr Silvio Meli li ordna inkjesta u hatar bhala esperti tal-Qorti lil Dr Veronique Dalli, lill-Perit Richard Aquilina, lit-Tabib Forensiku Mario Scerri u lil Philip Zammit bhala espert tekniku flimkien mal-Pulizija tal-Fotografija.

Persuna li toqghod fl-inhawi qaltilna li kieku dan l-accident sehh fl-istess hin matul il-gimgha kieku t-tragedja kienet tkun ferm akbar. Dan minhabba li r-rampa fejn spiccat il-karozza kwazi l-hin kollu jghaddu l-karozzi.

Il-kadavru ta’ Alexia ttiehed fil-kamra mortwarja ta’ l-Isptar Mater Dei fejn illum se ssir l-awtopsja. Min-naha l-ohra l-karozza ttiehdet fil-garaxx tal-Pulizija ghal aktar stharrig.

Alexia Baldacchino hija l-15-il vittma li mietet din is-sena wara li kienet involuta f’accident tat-traffiku.