Sehh dak li ghidna…..Martin Xuereb Deputat Kmandant

L-intricci u l-manuvri minn Kastilja komplew tefghu lill-Armata f’moral mill-aktar baxx issa li thabbru ufficjalment l-appointments u sehh ezatt dak li ilhi li bassart li se jsir. Dan ghamiltu mhux ghax jien xi sahhar imma ghax kif inhadmu l-manuvri minn Kastilja u minn tal-Pieta’ kienu cari daqs il-kristall.

Cirkolari, AFM GO No 110,li harget nhar il-Gimgha mill-FAM thabbru l-postijiet li ghalihom se jkunu responsabbli s-sitt Kulunelli godda li nhatru. Fil-harga ta’ it-torca tal-Hadd, 11 ta’ Novembru ki fukoll fuq dan is-sit elettroniku, konna digà bassarna li bhala Deputat Kmandant tal-FAM kien se jinhatar Martin Xuereb minkejja li ma ghandu ebda esperjenza ta’ kmand izda huwa habib kbir ta’ Richard Cachia Caruana.
Fic-cirkolari thabbru dawn l-appointments. Il-Kulunell Martin Xuereb bhala Deputat Kmandant b’effett mit-8 ta’ Jannar 2008 meta dakinhar jirtira l-Kulunell Anthony Grech. Il-hames Kulunelli l-ohrajn inghataw post b’effett mill-Gimgha, 23 ta’ Novembru u dawn huma Harold Stivala responsabbli mil-Logistics and Long Term Procurement, Emanuel Mallia – Operations, Plans and Intelligence, David Mifsud – Defence Policy and Future Capabilities, David Attard – ESDP and International Relations u Martin Bondin – Administration.
S’issa ghadhom ma thabbrux l-appointments tal-Logotenenti Kulunelli Mario Spiteri, Mario V Spiteri Bianchi, Ian Ruggier, Mario Borg u Martin Sammut.
Sorsi fil-FAM qaluli li hemm fizzjali li ghadhom ma jistghux jemmnu kif il-glorja li dejjem gawdit l-Armata Maltija kellha tispicca fl-abbissi minhabba l-indhil politiku. L-istess sorsi komplew jghidu li bil-promozzjonijiet ta’ fizzjali “juniors” qieghed jimbarazza lill-istess Kulunelli li dawk b’hafna aktar anzjanità u esperjenza se jibdewisejehulhom “Sir”.

Dwar il-promozzjonijiet tal-Magguri ghal Logotenent Kulunell konna semmejna xi fizzjali li nqabzu u bi zvista hallejna barra lill-Maggur Marco Kirkop li wkoll inqabez fil-promozzjonijiet. Huwa mifhum li x’aktarx hemm uhud li se jifthu kawza fil-Qorti kif ukoll se jipprezentaw l-ilmenti taghhom quddiem l-Ombudsman.

Il-mod kif inhadmu l-promozzjonijiet minn Kastilja li nghataw lill-fizzjali maghzulin anke mid-Dar Centrali tal-PN, jassigura li l-Armata se jkollha l-ghola postjiet f’idejn il-maghzulin ghal snin twal. Dan stqarru s-Segretarju Parlamentari Tony Abela fil-Parlament meta qal dan il-kliem fil-konfront tas-sitt Kulunelli – “Huma llkoll ta’ età li ddur ma’ l-40 sena. Dan ifisser li ghandom iharsu lejn il-futur vicin u mhux tant vicin ta’ l-Armata”.

Dan juri bic-car, qalulna s-sorsi, kemm il-promozzjonijiet inhadmu b’mod intelligenti u b’hekk inholqot sitwazzjoni perikoluza fejn f’Armata li hija biss Brigata u li tiflah li jkollha biss zewg Kulunelli, issa ghandha sitt Kulunelli ta’ fehma wahda politika u li kollha ghandhom taht idejhom l-istrategija, l-armi u dak kollu li l-Armata hija armata bihom.

Imexxu minn Kastilja

Sorsi qrib il-FAM kif ukoll f’Kastilja qaluli bi pjan imhejji biex zewg Kulunelli jkollhom l-ufficcju taghhom f’Kastilja biex b’hekk lanqas biss jersqu lejn il-Kwartieri Generali tal-FAM jekk mhux ghal xi bzonn. Zewg appointments interessanti huma dawk li nghataw lill-Kulunell David Mifsud u lill-Kulunell David Attard. Ir-responsabbilitajiet li nghataw huma dawk li dejjem kellu l-Kap Kmandant ta’ l-Armata u cioe’ dak ta’ Defence Policy u International Relations.

Qieghed jinghad li dawn mhux se jahdmu aktar minn Hal Luqa izda minn Kastilja qrib hafna tan-Nutar Tony Abela kif ukoll u mas-Segretarjat Privat tal Prim Ministru immexxi minn Edgar Galea Cumbo flimkien ma’ dik li hija suppost id-Direttrici ta’ l-Affarijiet tad-Difiza, Vanessa Frazier. B’hekk l-istrategija ta’ l-Armata se tkun immexxija minn Kastilja direttament.

Is-sorsi qalu li bejn il-fizzjali fil-FAM giet diskussa l-kapacita’ ta’ David Mifsud. Dan minhabba li bazikament se jaghmel ix-xoghol tal-Brigadier bhala l-Policy Maker tal-FAM u affarijiet ohrajn li jikkoncernaw id-difiza tal-pajjiz. Fizzjali li nghataw tahrig specjali qalu li l-Kulunell David Mifsud m’ghandux il-kredenzjali mehtiega biex jaghmel dan ix-xoghol. Dan minhabba li l-Kulunell Mifsud ilu nieqes mill-FAM ghal madwar 12-il sena meta kien Aide de Camp ta’ tliet Presidenti – ma’ Ugo Mifsud Bonnici, meta kien assistent, ma’ Guido de Marco u issa ma’ Eddie Fenech Adami. Fil-fatt David Mifsud minn Maggur sar Logotenent Kulunell meta kien ma’ Fenech Adami f’Novembru tas-sena l-ohra meta wkoll qabez hafna Magguri b’aktar anzjanita’ minnu. Issa, madwar sena wara nghata promozzjoni ohra b’responsabbilitajiet li ssoltu huma tal-Brigadier.

Is-sorsi stqarrew li b’din il-kariga dak kollu li jista’ jaghmel jew jiddeciedi l-Brigadier, minn Kastilja Mifsud se jkollu l-fakulta’ kollha li jinfiltra fid-decizjonijiet tal-Kap Kmandant tieghu u jista’ jkun f’pozizzjoni li anke jibdel dawn id-decizjonijiet. Anke ix-xoghol ta’ Relazjonijiet Internazzjonali ma’ Forzi barranin kien xoghol tal-Kap Kmandant imma issa dan inghata lill-Kulunell David Attard.

deputy-commander-afm.jpg  Id-Deputat Kmandant

Kif kien mistenni l-battalja ghall-pozizzjoni ta’ Deputat Kmandant rebaha l-Kulunell Martin G. Xuereb minkejja l-oppozizzjoni harxa li sab minghand il-Kulunell Emanuel Mallia. Id-Deputat Kmandant il-gdid qatt ma kellu esperjenza ta’ kmand.
“Ma nafux kif dan issa se jikkmanda l-FAM meta dan ma jafx xejn fuq it-tmexxija ta’ kumpaniji tar-regimenti u tal-FAM innifisa”, stqarrew sahansitra anke fizzjali li llum huma irtirati. L-ahhar kariga li kellu fil-FAM il-Kulunell Xuereb qabel ma telaq lejn Brussels kienet ta’ ajjutant li ssoltu hija kariga ta’ Kaptan. Martin Xuereb ilu nieqes direttament mill-FAM ghal dawn l-ahhar ghaxar snin.

Dejqet ukoll lil hafna nies kif il-hatra ta’ Deputat Kmandant inharget issa meta d-Deputat prezenti, il-kulunell Anthony Grech fadallu fil-kariga sat-8 ta’ Jannar. Jista’ jkun, qalulna s-sorsi, li tant jafu li Xuereb ma assolutament xejn li se jinghata t-tahrig mehtieg mis-Sur Grech fil-gimghat li fadallu fil-kariga.

L-istess responsabbilitajiet

Ta’ min jinnota li minkejja li whud mill-Kulunelli nghataw promozzjoni, certu responsabbilitajiet baqghu l-istess jew kwazi l-istess ghal dawk li kellhom meta kienu Logotenti Kulunelli.
L-Appointment ta’ Emanuel Mallia bhala Kulunell responsabbli minn Operations Training and Intelligence baqa’ l-istess. Allura wiehed jistaqsi x’kien l-iskop ta’ din il-promozzjoni. Dan meta hemm dipartiment li diga jezisti fil-Kwaretieri :enerali tal-FAM dak ta’ “Audit and Investigation” li huwa mmexxi minn Logotenent Kulunell. Is-sorsi qaluli wkoll b’manuvra ohra li se tohloq lok ghal hafna spekulazzjonijiet. Il-kariga li se jhalli l-Kulunell Raphael Farrugia, dik li hija meqjusa bhala “Chief of Staff” ma nghatat lil hadd. Prattikament il-Kulunell Farrugia kien responsabbli li jikkordina x-xoghol tal-Kulunelli li jkunu qieghdin jahdmu fil-Kwartieri :eneral. Din il-kariga jidher li issa spiccat b’konsegwenza li hadd mhu se jimoniterja dak li s-sitt Kulunelli l-godda jkunu qieghdin jaghmlu.

“Dan juri jew li hemm xi manuvra minn taht jew min kien responsabbli minn dawn il-promozzjonijiet m’ghandu ebda idea kif topera Armata”, sahaq ufficjal.

Il-gimgha d-diehla nitkellmu dwar il-Logotenenti Kulunelli.