Ufficjal kien tkecca minn Akkademja baqa’ tiela ’l fuq

Kull darba li jkun hemm promozzjonijiet dejjem joholqu ferment minhabba ingustizzji li jsiru kultant anke b’mod sfaccat. Hekk gara fil-Forzi Armati fejn mal-promozzjonijiet bdew hergin sigrieti li mhux biss allegatament inhbew izda sar minn kollox biex jinqerdu anke files.

Is-sorsi taghna fl-Armata qalulna b’zewg kazijiet li hamru wicc l-Armata xi snin ilu tant li mhux biss l-Armata baqghet tahbi dawn l-affarijiet izda ippremjat lill-ufficjali b’diversi promozzjonijiet.

Skandlu li kien ixxokkja lill-Armata Maltija sehh madwar 16-il sena ilu meta ufficjal Malti kien intbghat ghall-kors fl-Akkademja ta’ Sandhurst fl-Ingilterra, maghrufa ahjar bhala ‘Sandhurst Military Acedemy’, kors li ssoltu s-suldat Malti dejjem spicca minn ta’ quddiem u bl-unuri kollha. Izda dakinhar meta l-ufficjal Malti kien jonqsu ftit tal-jiem biex itemm il-kors, allegatament kien instab li ffroda lill-istess Akkademja ta’ Sandhurst permezz ta’ telefonati li ghamel ghall-barra l-pajjiz.

Diversi sorsi li tkellimna maghhom, fosthom eks-ufficjali tal-FAM, ghall-ewwel ma xtaqux jitkellmu fuq il-kaz ghax “huwa wiehed tal-misthija”. Izda meta wrejnihom li nafu b’certi dettalji, ikkonfermawlna l-istorja. Dawn qalulna li l-kors fl-Akkademja dejjem jispicca b’dik imsejha bhala “The Soveriegn’s Parade” u li generalment issir fil-prezenza tar-Regina.

Meta l-ufficjal li allegatament kien tkecca minn Sandhurst u ntbghat lura lejn Malta, il-FAM kienet talbet lill-Awtoritajiet ta’ Sandhurst biex ma jipprocedux kontra l-ufficjal u li kienu se jiehdu hsieb huma. Izda filwaqt li suldati ohrajn b’inqas kazi serji ttiehdu passi dixxiplinari u gew imtelfa promozzjonijiet, fil-kaz ta’ dan l-ufficjal baqa’ jinghata promozzjoni wara l-ohra tant li f’perjodu ta’ madwar 13-il xahar inghata zewg promozzjonijiet.

Dan issa beda jqajjem diversi mistoqsijiet fosthom jekk dan l-ufficjal inghata l-promozzjonijiet ghax ghandu certifikat minn Sandhurst, kemm huwa genwin ic-certifikat? Veru li l-file osfor meta l-istess ufficjal ghamel xi zmien jahdem Kastilja? Jekk l-allegazzjonijiet huma fatti, kif dan l-ufficjal inghata wkoll il-midalja ta’ Servizz u Kondotta Tajba? Hemm aktar mistoqsijiet li hafna ufficjali qieghdin jistaqsu.

Dan mhux kaz izolat fejn ufficjal baqa’ javvanza fl-Armata meta falla l-kors fl-Akkademja ta’ Sandhurst. Ninsab informat li ufficjal iehor fil-fatt falla dan il-kors darbtejn izda xorta wahda baqa’ javvanza bi promozzjoni wara l-ohra.

Huma hafna ufficjali f’kull rank u b’sentimenti politici differenti li jinsabu urtati ghal dawn l-iskandli. Dan ghax jafu li sakemm fadlilhom fl-Armata ftit li xejn huma c-cansijiet li javvanzaw. Hemm minnhom li nqabzu fil-promozzjoni aktar minn darba minn ufficjali b’hafna inqas anzjanità. Il-moral ta’ dawn is-suldati mar il-bahar u ftit huma li ghad fadlilhom hegga jahdmu u dan b’detriment ghall-Armata Maltija.

Sadanittant sorsi qrib Kastilja qalulna li jew din il-gimgha jew il-gimgha d-diehla se jkun hemm zviluppi godda fi hdan l-Armata. Fit-12 ta’ Awissu kont ippubblikajt storja dwar pjan li hemm imhejji biex it-Taqsima Marittima ssir Coast Guard taht it-tmexxija tal-Logotenent Kulunell Martin Cauchi Inglott. Minkejja li Cauchi Inglott kien qieghed jistenna li jinghata promozzjoni ghal Kulunell, il-promozzjoni ma waslitx. Sorsi qrib Kastilja, kif ukoll qrib Haywharf, qaluli li Cauchi Inglott baqa’ kalm hafna dwar dan id-dizappunt. Is-sorsi qalu li fil-jiem li gejjin mistennijin zviluppi meta l-Coast Guard se ssir u li se tkun komposta wkoll mit-Taqsima ta’ l-Ajru kif ukoll parti mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.

Jidher ukoll li dak li ppubblikat il-gazzetta it-torca nhar il-Hadd li ghadda u anke fuq dan is-sit elettroniku fejn ghidna li s-sitt Kulunelli ttellew fl-istess skala tal-Brigadier, gabet reazzjoni u kritika minn diversi postjiet x’aktarx anke minn barra. Dan minhabba li mkien fid-dinja ma hemm Kap ta’ Armata fl-istess skala daqs dawk ta’ tahtu. Ghaldaqstant jidher li mistenni jithabbar rank gdid ghall-Kap Kmandant ta’ l-Armata fejn minn Brigadier se jsir “Two Star General”, u minn hawn nawguralu.

Fil-jiem u gimghat li gejjin se nkompli ninvestiga aktar skandli f’Kastilja b’konnessjoni ma’ l-Armata fosthom dwar vetturi li nxtraw u hadd ma jrid ihallas ghalihom.