ESKLUSSIVA
Pjan biex Ali Rezaq jinqatel fl-ITU
Bhal-lum 22 sena ilu,fit-23 ta’ Novembru 1985, inhataf l-ajruplan Boeing 737 tal-linja ta’ l-ajru Egyptair li spicca fi tragedja mdemmija fl-Ajruport ta’ Hal Luqa. Dokument juri li kien hemm pjan biex l-uniku terrorist li salva jinqatel meta kien ghadu fl-ITU ta’ l-Isptar San Luqa.
F’intervista esklussiva Joe Mifsud, zvela dettali li qatt qabel ma kienu gew ippublikati. Dawn id-dettalji, dokumenti u informazzjoni dettaljata se jkunu ppublikati fil-ktieb ta’ Joe Mifsud bl-isem “Shadows of Terror”.
Minn ricerka li ghamel l-Avukat Joe Mifsud ghall-ktieb tieghu jirrizultaw dettalji li jbidlu totalment l-idea falza li ghal snin twal tefghu dell ikrah fuq l-Awtoritajiet Maltin u l-mod kif mexxa l-affarijiet il-Prim Ministru ta’ dakinhar, Karmenu Mifsud Bonnici.
Joe Mifsud urini dokument mahrug mill-Ambaxxata Egizzjana fid-29 ta’ Novembru 1985, hamest ijiem wara li ntemm il-htif ta’ l-ajruplan li halla aktar minn 60 persuna mejtin fosthom nisa u tfal. Dan id-dokument intbghat b’urgenza lill-Gvern Malti fejn informah li l-Gvern Egizzjan waslitlu informazzjoni li grupp ta’ terroristi li jikkonsisti bejn hamsa jew seba’ persuni u li huma membri ta’ grupp terroristiku ta’ Abu Nedal (Sabry Al Bana) kienu gejjin Malta. L-ghan taghhom kien li joqtlu lil Omar Al-Marzouqy, li wara rrizulta li ismu propja huwa Ali Rezaq, meta kien ghadu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva ta’ l-Isptar San Luqa.

Punt interessanti li qalilna bih Joe Mifsud huwa li zewg armi li kienu ntuzaw mit-terroristi f’dan il-htif, kienu nsterqu mill-Qorti u ntuzaw f’zewg reati hawn Malta. Revolver Webley and Scott fin-numru B50810 kien intuza fi qtil involontarju ta’ tifla ta’ tliet snin fil-Belt meta l-arma hadet b’mod accidentali f’idejn il-missier. Dan il-kaz sehh fl-1 ta’ Settembru 1988. Arma ohra kienet intuzat f’hold-up fil-Qawra fuq impjegati ta’ kumpanija fi Triq it-Trunciera fil-15 t’ Jannar 1988. Din l-arma kienet pistola Browning bin-numru T119148.
Il-htif tat-titjiera tal-Egytair, MS648, kienet telqet mnn Ateni b’90 passiggier u sitt membri ta’ l-ekwipagg. It-titijiera kellha d-destinazzjoni l-Kajr fl-Egittu izda ghaxar minuti wara li kien fl-ajru t-terroristi hatfu l-ajruplan taht idejhom u nizzluh f’Malta.
Fil-ktieb tieghu Dr Mifsud jaghti aktar dettalji dwar il-htif ta’ l-Egyptair. Huwa jsemmi x’kien qal wiehed mill-Commandoes Egizzjani fis-26 ta’ Novembru 1985 meta kien qieghed jinghata l-kura fid-Dipartiment ta’ l-Ortopedija fl-Isptar San Luqa. Ibrahim Abu Aziz Dahouk kien qal li l-ordni li kellhom mis-superjuri taghhom kienu li sakemm it-terroristi fuq l-ajruplan ma jkunux kollha identifikati u maqbudin, dawk kollha fuq l-ajruplan, inkluzi l-passiggieri u l-membri ta’ l-ekwipagg ghandhom ikunu meqjusin bhala terroristi. L-ordni li nghataw il-Commadoes kienet li kellha tintuza l-vjolenza sakemm tigi stabbilità l-identità tat-terroristi li hatfu l-ajruplan. Aziz Dahouk kien qal ukoll lil waqt li grupp ta’ Commadoes kienu qieghdin jattakkaw l-ajruplan min gewwa, grupp iehor tat-Task Force Egizzjani ccirkondaw l-ajruplan u kull min jipprova jahrab waqt l-attakk kellu jinqatel minn dan il-grupp.
“Fil-hin ta’ l-attakk kulhadd kien meqjus bhala terrorist”, kien qal Aziz Dahouk mis-sodda tieghu fl-isptar. Huwa qal li fil-fatt il-passiggieri ma’ kellhom ebda raguni biex jaharbu ghax kienu qieghdin ikunu salvati. Min-naha l-ohra kienu t-terroristi li riedu jaharbu u kien ghalhekk li nghatat l-ordni biex kull persuna li tidher hierga mill-ajruplan kellhom jisparaw biex joqtluha.
Dr Joe Mifsud, awtur tal-ktieb “Shadows ot Terror”
Joe Mifsud jispjega kif dan kollu kien kontra l-pjan miftiehem mal-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici. L-Awtoritajiet Maltin kellhom ippjanat flimkien ma’ l-Awtoritajiet Egizzjani biex l-attakk isir aktar tard. Fil-fatt il-Commadoes Egizzjani attakkaw l-ajruplan bejn siegha u siegha u nofs qabel ma kien ippjanat li hasad anke lill-Maltin. Il-pjan miftihem ma’ Karmenu Mifsud Bonnici kien li jistennew aktar tard meta l-ghejja tkun hakmet sew. Dak il-hin kellhom jitilghu il-Commadoes Egizzjani libsin ilbies abjad biex iqassmu l-ikel lill-dawk kollha fuq l-ajruplan.
Kif it-terroristi jifthu l-bieba ta’ l-ajruplan, kellhom jaghmlu xi haga biex dan ma jkunx jista’ jerga’ jinghalaq. La darba fl-ajruplan kellhom jattakkaw lit-tliet terroristi. Sahansitra l-Gvern Malti kien anke pprovda ajruplan simili biex jithargu fuqu l-Commadoes.
Il-Gvern Malti kien anke ghamel arrangamenti ma’ l-Amerikani biex jingieb apparat specjali mill-Italja. Fil-fatt l-ajruplan li gab dan l-apparat wasal hekk kif sar l-attakk fuq l-ajruplan.
Dawn il-fatti juru kemm il-Gvern Malti ma kellu ebda htija fil-qtil ta’ l-innocenti fuq l-Egyptair 22 sena ilu. Lanqas ma jista’ jinghad li l-Gvern Malti mexa hazin meta ma baghatx lil Ali Rezaq lejn l-Amerika u proceda bil-kaz tieghu f’Malta.
Dan johrog minn ittra ufficjali li ggib id-data ta’ l-20 ta’ Dicembru 1985 wara talba li saret mill-Gvern Amerikan fl-14 ta’ Dicembru 1985 ghall-arrest provizjonali ta’ Mohammed Ali Rezaq bil-ghan li jkun estradit lejn l-Amerika. F’din l-ittra l-Gvern Malti juri bic-car li dan ma setax isir.
Ali Rezaq kien inghata sentenza ta’ 25 prigunerija izda serva biss madwar seba’ snin wara diversi amnestiji. Sakemm kien il-habs kien hemm ukoll pjan biex Rezaq jahrab jew jitharrab mill-habs. Meta skonta s-sentenza tieghu u Rezaq hareg mill-Habs ta’ Kordin, kien qajjem rabja kbira tant li fis-27 ta’ Frar 1993 l-Ambaxxatrici Amerikana f’Malta ta’ dak iz-zmien kienet wriet id-dizappunt tal-Gvern Amerikan mal-Prim Ministru Malti Eddie Fenech Adami.
Minn Malta Ali Rezaq kien mar Accra fil-Ghana u kif wasal hemm inzamm tahr arrest ghal erba’ xhur u nofs fuq talba tal-Gvern Amerikan. Huwa kien telaq mill-Ghanafil-15 ta’ Lulju 1993 lejn in-Nigerja biex minn hemm imur is-Sudan. Izda kif wasal fin-Nigerja ma thallix johrog mill-ajurport u ttella’ fuq ajruplan iehor. Minghajr ma kien jaf Ali Reza sab ma’ wiccu hekk kif tela’ fuq l-ajruplan agenti ta’ l-FBI li baqghu sejrin bih lejn Washington.
Fil-ktieb “Shadows of Terror”, l-Avukat Joe Mifsud jidhol f’aktar dettal. Il-ktieb jitratta 22 kaz ta’ terrorizmu internazzjonali li b’xi mod ghandhom konnessjoni ma’ Malta.
“Fir-ricerka li ghamilt tant sibt dokumenti u fatti li x’aktarx ikolli nohrog aktar minn ktieb wiehed”, temm jghid Joe Mifsud.