Marokkin isogra hajtu meta qabez il-bahar ghalih
“Kien miraklu minn Alla li salvajna t-tnejn li ahna” – kliem li Hasan Boubaghor (ritratt) ta’ 38 sena irrepeta ma’ l-orizzont aktar minn darba meta ghamilna kuntatt mieghu kif sirna nafu li kien hu dak li qabez f’bahar qawwi hafna biex salva student Russu ta’ 13-il sena.
Nhar il-Hadd zaghzugh barrani kien salvat f’Bugibba meta mewga kbira hakmitu kif kien fuq il-moll. Hasan qalli li ghal habta tat-3.30 p.m. huwa kien xoghol f’George’s Restaurant f’Bugibba meta sema’ ghajjat gej mill-bahar.
“Dak il-hin kien hemm xi nies li bdew iharsu minn hdejn il-hadid u dan it-tifel kien qieghed jipprova jzomm fil-wicc. Il-bahar kien qawwi hafna b’mewg kbir li beda jhabbat mal-blat. F’daqqa wahda ghidt lill-imghallem tieghu, George Falzon, li kont se naqbez ghalih ghax ma stajtx inhallih imut”, qal Hasan.
Il-Marokkin, li ilu Malta ghal dawn l-ahhar 15-il sena, issogra hajtu u qabez ghaz-zaghzugh Russu. Hasan qal li kif qabez fil-bahar u resaq lejn iz-zaghzugh, dan iggrafa mieghu. Minhabba l-bahar qawwi it-tnejn li huma ma setghux jersqu lejn l-art.
“Hawnhekk hsibt li konna se neghrqu t-tnejn li ahna imma idi wehlu mieghu u hu qabad mieghi u ma telaqnix. F’hin minnhom spiccajt fuq bicca blata u bqajt inzommu izda mewga kbira ghattitna u spiccajna fil-bahar” qalilna Hasan.
Kif regghu spiccaw fil-bahar Hasan rega’ hataf lir-Russu u mewga ohra kaxkrithom ghal mal-blat. Kienet reazzjoni f’waqtha tal-Marokkin li t-tnejn ma nstabtux mal-blat billi hareg siequ. George Falzon mar u gab habel u tefghu fil-bahar biex Hasan u r-Russu setghu jaqbdu mieghu. Kien f’dan il-hin li waslu l-Pulizija tal-Mobile li ghenu liz-zaghzugh li kien mghannaq ma’ Hasan jitla’ fuq il-blat.
Hasan qal li kif tela’ seta’ jara whud minn dawk in-nies li baqghu jharsu li kienu qieghdin jibku. Falzon qal lil l-orizzont li verament kien miraklu li t-tnejn li huma salvaw tant li kif Hasan tela’ fuq il-blat mar jghannqu ghax haseb li ma kienx se jarah aktar.
“Hasan huwa eroj li sfortunatament hadd ma jaf bih” qalilna Falzon.
Fuq il-post issejhet ambulanza izda l-persuna responsabbli mill-istudenti Russi refghet kull responsabbilità u rrifjutat li l-istudent jittiehed l-Isptar San Luqa biex jinghata l-kura mehtiega u preferit li jkun ezaminat minn tabib privat.