tony-abela-fam-13-10-07.jpg
Is-Segretarju Parlamentari nsista li jinghata s-Salut Generali

Qatt fl-istorja glorjuza tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) ma saret “kummiedja” li rridikolat mhux biss lill-istess Armata, izda lil pajjizna quddiem ufficjali barranin meta l-Protokoll gie mzebblah mis-Segretarju Parlamentari Tony Abela li rriduca lill-FAM bhas-serje komika televiziva “Dad’s Army”.

Kull min kien prezenti nhar il-Hadd, 30 ta’ Settembru ghac-cerimonja maghrufa bhala “Trooping of the Colours”, kemm quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Gwann fil-Belt kif ukoll fil-Kwartieri Generali tal-FAM f’Hal Luqa, ma setax jemmen ghal kummiedja li sehhet. Mal-wasla tas-Segretarju Parlamentari Tony Abela dan tela’ fuq id-“Dias”, il-podium bit-tapit ahmar, u nghata s-Salut Generali, salut li bhala segretarju parlamentari mhux intitolat ghalih la hawn Malta u mkien fid-dinja.

Kien hemm min haseb li sar bi zball peress li skond il-Protokoll u t-tradizzjoni dan is-Salut Generali huwa riservat biss ghall-Kap Kamandant tal-FAM u l-Prim Ministru. Izda s-Segretarju Parlamentari Abela hass li huwa importanti hafna li wasal biex irredikola cerimonja importanti tal-Forzi Armati.

Persuni li kienu prezenti, fosthom ufficjali barranin, dehru skantati b’dan l-attegjament tant li kien hemm min tefa’ t-tort fuq l-Armata ghal dan l-izball jew ghax ma gharfux lil Tony Abela minn Lawrence Gonzi. Izda meta aktar tard fil-Parade Grounds fil-Barracks ta’ Hal Luqa l-istorja rrepetiet ruha, kien hemm min sahansitra dawwar wiccu biex ma jidhirx li kien qieghed jidhak bil-“buffunata” meta Tony Abela, Segretarju Parlamentari, prezenta ruhu u tela’ fuq id-“dias” u nghata s-Salut Generali.

Diversi fizzjali li tkellmu ma’ l-orizzont wrew id-dizappunt taghhom ghal dan l-agir ta’ Tony Abela u kkomparawh ma’ personalitajiet ta’ xi pajjiz dittatorjat li “ghax irrid jien, hekk ghandu jsir” u mhux pajjiz civilizzat, pajjiz membru fl-UE li l-Protokoll huwa meqjus sagru u li l-awtoritajiet Maltin, specjalment l-Armata, dejjem imxew b’mod rett u korett mieghu.

Il-fizzjali li tkellmu maghna qalulna li sahansitra semghu eks-ufficjali gholjin fl-Armata, u li wiehed minnhom fi zmienu kien qrib hafna ta’ Tony Abela u iehor specjalista fil-parati, li tkazaw bl-agir tas-Segretarju Parlamentari.

Sorsi qrib il-FAM qalulna li kien Tony Abela personalment li nsista ma’ l-Awtoritajiet tal-FAM biex huwa jinghata s-Salut Generali minkejja l-oggezzjonijiet. L-istess sorsi kkonfermaw li s-Segretarju Parlamentari ghamel pressjoni kbira biex jinghata dan is-salut sempliciment biex jidher quddiem in-nies u biex jiehu vantagg personali minn cerimonja prestiggjuza li ilha ssir mill-1743.

Sorsi qrib Kastilja qalu lil dan il-gurnal li anke l-Ufficcju tal-Prim Ministru kien hemm min ikkrtika l-atteggjament ta’ Tony Abela u dan billi baxxa lill-istess Prim Ministru Gonzi. Min-naha l-ohra fizzjali fl-Armata wkoll esprimew l-istess sentiment u qalulna li qatt ma jistghu jaccettaw dak li ghamel isSegretarju Parlamentari, li mhux biss huwa inqas minn Ministru, Prim Ministru, izda wkoll mill-Kap Kmandant. L-istess fizzjali qalulna wkoll li lanqas lill-Arcisqof ta’ Malta jew lill-Prim Imhallef ma jinghata dan is-salut ahseb u ara lill-Segretarju Parlamentari.

Dan ma kienx l-uniku dizappunt min-naha ta’ Tony Abela. Xi jiem qabel huwa nstema’ jghid li kien se jhabbar ir-riorganizzazzjoni fl-Armata u zieda fil-pagi ghas-suldati. Minhabba f’hekk ghal waqt ir-riceviment ta’ wara c-cerimonja gie ppreparat mikrofonu u speakers biex is-Segretarju Parlamentari jaghmel id-diskors tieghu. Izda b’sorpriza u dizappunt ghal kulhadd la d-diskors ma ghamel u lanqas habbar iz-zieda.

L-insulti ma waqfux hawn. Filwaqt li l-ufficjali u s-suldati ntbghatu ghal riceviment fis-Sargents’ Mess, il-Ministri kienu mistednin minn Tony Abela nnifsu ghal riceviment fl-Officers Mess, xi haga li wkoll ma jistax jaghmel peress li l-Officers Mess huwa esklussiv ghall-fizzjali kif hija l-prattika f’kull servizz madwar id-dinja. Imma biex ikompli “jpoggi c-cirasa fuq il-kejk”, xi ufficjali ma thallewx jidhlu ghal dan ir-riceviment. Is-sorsi qalulna li filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Tony Abela injora lill-kumplament ta’ l-ufficjali u fizzjali li kienu barra s-Sargents Mess, kemm il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami kif ukoll il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kif kienu sejrin ghal karozzi taghhom dehru jkellmu lil xi suldati u ufficjali li hadu sehem fil-parata u li ma thallewx jidhlu fl-Officers Mess.

“Sfortunatament l-Armata issa tilfet kull prestigju li kellha tul l-istorja taghha u dan mhux tort ta’ l-Armata u l-mexxejja taghha, izda ta’ membru parlamentari li qabez kull limitu immaginabbli”, qalilna fizzjal fl-Armata.