sanblas2108071.jpg
Nitkellmu mal-Kap ta’ San Blas – Julianne Grima

Julianne Grima hija l-Kap ta’ San Blas li huwa post immexxi mill-Agenzija Caritas u fejn dawk li verament iridu jehilsu mill-vizzju tad-droga se jsibu l-ghajnuna professjonali. F’San Blas hemm familja wahda minkejja li r-residenti huma ta’ etajiet differenti, gejjin minn irhula differenti, b’edukazzjoni differenti u hajja socjali differenti. Imma kollha ghandhom zewg affarijiet komuni – li kienu jabbuzaw mid-droga u li huma determinati li jehilsu mid-droga.

Kemm hija kbira l-problema tad-droga f’Malta?

Jien ma nistax naghtik statistika ta’ kemm hija kbira l-problema tad-droga f’Malta però li nista’ nghidlek huwa li hawnhekk f’San Blas m’ahniex qeghdin “infallu fin-negozju”. Bizzejjed nghidlek li fil-Floriana, fejn hemm is-servizz tal-kommunità “Outreach”, huwa mimli bin-nies li jirrikoru hemm biex jitolbu ghall-ghajnuna. Hemm is-servizzi ghall-familja li wkoll huwa mimli. Dan ifisser li fil-verità niggieldu biex insibu aktar hin fil-gurnata taghna biex nghinu lil dawn in-nies.
F’San Blas hawn madwar 24 resident li minnhom hemm tliet nisa u qeghdin nistennew sebgha ohrajn gejjin dalwaqt. Ghalina dawn huma hafna.

Ghaliex hafna aktar irgiel minn nisa?

Ghalkemm 95% tar-residenti f’San Blas huma rgiel, dan ma jfissirx li l-irgiel jew il-guvintur jabbuzzaw mid-droga aktar min-nisa jew tfajliet. Il-problema hija li l-irgiel ifittxu l-ghajnuna aktar mit-tfajliet.
It-tfajliet biex isibu d-droga jmorru ma’ l-irgiel li jkunu jabbuzaw u ghalhekk jinqdew. Min-naha l-ohra l-irgiel isibuha aktar difficli u jispiccaw imissu l-qiegh f’hajjithom aktar malajr.

Kif inhu l-process meta xi hadd jasal biex jibda jaghmel xi haga biex johrog mill-vizzju tad-droga?

Meta xi hadd jasal biex ifittex l-ghajnuna u jkun irid jibda l-programm ta’ riabilitazzjoni, l-ewwel ma jaghmel huwa li jmur fl-ufficini tal-Caritas fil-Floriana fejn jiltaqa’ ma’ membru ta’ l-istaff. Hemmhekk se jsib l-ghajnuna kollha fejn jithejjew il-pjani kollha mehtiega biex jibda l-programm individwali. Jekk jinstab li jkollu bzonn ghajnuna residenzjali, allura jigi riferut lejna f’San Blas.
Mhix daqshekk facli daqs kemm wiehed jahseb. L-ewwel irid jattendi ghal erba’ gimghat laqghat fi gruppi fl-ufficini “Outreach” u jrid ikun nadif mid-droga. Fi kliem iehor ma jistax xi hadd jibda jattendi l-programm biex jehles mid-droga u fl-istess hin ikun ghadu jiddependi mid-droga.

Hemm differenza bejn tfajla u guvni meta jkun drogat?

Sfortunatament iva hemm differenza kbira. Wahda mill-problemi li hawn f’Malta hija li ghall-guvintur jezistu postijiet, ‘shelters’, fejn jistghu jmorru jekk jispiccaw imkeccijin mid-dar jew ikunu wehidhom. Min-naha l-ohra ghan-nisa u tfajliet ma hawnx ‘shelters’ fejn dawn jistghu jmorru. Mhux qieghda nghid li ghall-irgiel hajjithom hija facli ghax xorta jghaddu minn tbatija imma ghandhom post fejn imorru sakemm jibdew il-programm.

Tfajla bi problema tad-droga allura fejn tispicca?

Din se tispicca jew tmur ghand xi habiba, torqod barra jew tibqa’ d-dar f’sitwazzjoni fejn xejn ma tkun pjacevoli. Hemm minnhom li jispiccaw jipprostitwixxu lilhom infushom biex jixtru d-droga kif ukoll biex isibu saqaf fuq rashom. U din hija komuni hafna.
Il-Caritas issa ilha snin titkellem dwar din il-problema ghax hija wahda mill-miri taghna biex tinstab dar adekwata fejn inkunu nistghu nilqghu lil dawn in-nisa u tfajliet. Ghall-irgiel ghandna post imma s’issa ghan-nisa ghad m’hawnx. Ghandna bzonn ghajnuna kbira biex dan il-progett jitwettaq.

Ikollkom residenti li jammettu li bdew id-droga meta kienu fil-habs fuq reati li ma kellhomx x’jaqsmu mad-droga?

Ghamilt xi zmien fil-“Prisonmates Programm” li huwa programm residenzjali ghall-irgiel mill-habs. Iva, hemm kazi fejn bdew bil-problema tad-droga fil-Habs. Hafna minnhom jibdew jabbuzaw mid-droga fil-Habs ghax ma jissapportux l-gheluq.

Il-Habs huwa post ghad-drogati?

Ha nibda minn hawn. Dawk li jkunu l-Habs ghax ikunu kisru l-ligi sew jekk hux konsegwenza tad-droga jew reat iehor jew it-tnejn flimkien. Jekk ghandek xi hadd li qieghed ibiegh id-droga hdejn xi skola biex ikun jista’ jixtri aktar droga ghalih, ghalkemm naslu biex nifhmu li ghandu problema, ma niggustifikawx dak li qieghed jaghmel. Allura, iva l-habs huwa l-post fejn iridu jhallsu ghal ghemilhom. Izda l-Habs mhux il-post ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga. Il-Habs mhux facilità korrettiva.

Nigu ghall-famuza “Gustizzja li ddum ma ssir hija gustizzja michuda”. F’San Blas ikollkom nies li jiffaccjaw din il-problema?

Iva, ikollna hafna minn dawn in-nies. Hawn minnhom li qeghdin jaghmlu l-programm, qeghdin jaghmlu progress enormi u waslu biex johorgu. Kemm huma kif ukoll ahna nafu li ghad iridu jiffaccjaw il-Qorti b’possibilità kbira li se jehlu l-habs. Dawn kuljum jghixu hajjithom jahsbu u jinkwetaw li kif imorru l-Qorti minhabba li kienu nvoluti fid-droga, l-istess droga li dahlithom, fl-inkwiet u issa helsu minnha, xorta se jispiccaw imorru l-Habs. Aghar minn hekk huwa li dawn ikunu digà marru diversi drabi l-Qorti u l-kawza tigi diferita minn data ghal ohra b’konsegwenza li jghaddu minn tensjoni kbira jistennew biex jaraw mhux biss jekk humiex se jehlu l-habs imma ghal kemm snin se jintbaghtu.
Hemm minnhom li damu tlieta u anke hames snin telghin u nizlin. F’dawn is-snin ikunu ghamlu l-programm, ikunu nodfa u anke jibdew iduru centri u skejjel jitkellmu ma’ zghazagh dwar l-esperjenza kerha taghhom. U ghalkemm setghu jaghmlu gid ghall-haddiehor anke jekk salvaw hajja wahda ta’ zaghzugh, xorta wahda jkollhom sentenza ta’ habs imdendla fuq rashom. Iva, din hija gustizzja michuda.
Din hija perikoluza hafna l-aktar meta nafu li fil-Habs hemm id-droga. Meta bniedem terga’ tkissirlu hajtu wara li jkun ghamel sagrificcji kbar, irriforma ruhu u anke beda jaghti xi haga lura lejn is-socjetà, hemm riskju kbir li jerga’ jaqa’. U l-periklu hawn huwa ferm akbar ghax bniedem li jkun nadif ghal xi zmien u jerga’ jibda, hemm riskju enormi ghal ‘overdose’ li jista’ jkun ukoll fatali.

Min huma l-aktar vulnerabbli li jergghu jaqghu ghad-droga wara li jkun helsu mill-vizzju?

Mela ejja niehdu ezempju fejn ghandek zaghzugh ta’ 17-il sena li jkun ghamel il-programm u heles mid-droga. Ta’ 19-il sena jkun ghadu qieghed jimmatura. Jaf jibda jhobb tfajla u wara ftit titilqu. Kif se jaccetta din ic-cahda? Jaf imutlu xi hadd fil-familja, xi genitur, huh jew ohtu. Mhux kulhadd huwa kapaci jiehu ahbar hazina u kawza ta’ din it-trawma jispicca jerga’ jaqa’ ghad-droga. Jerga’ jfittex dik il-haga li jaf li se tnessih mill-problemi – id-droga.

Generalment kif tkun ir-relazzjoni bejn dawn iz-zghazagh u l-genituri?

Hemm min jibda bid-droga minhabba problemi li jsibu d-dar. Ir-rwol tal-genituri huwa importanti fit-trobbija ta’ l-ulied u fil-bini tal-karattru taghhom. Hemm missirijiet li tant huma okkupati minhabba x-xoghol jew ghax ikunu jridu johorgu li jinsew li wliedhom ikunu jridu l-kumpanija taghhom. Jahsbu li ghax wasal il-birthday jew il-Milied u jixtrulhom gugarell meta jkunu zghar allura qeghdin juruhom l-imhabba. Imma meta mbaghad ikunu d-dar u t-tfal ifittxu l-kumpanija tal-missier, jew anke ta’ l-omm, u forsi ma jkunux f’burdata tajba jispiccaw anke jsawtu lit-tfal. Din l-attitudni taghmel hsara kbira u kif it-tfal jibdew johorgu u jispiccaw f’kumpanija hazina hawn tibda l-problema tad-droga.
Imma hemm kazi ohrajn li huma bil-kontra fejn it-tfal ghax ikunu dahlu fil-vizzju tad-droga jibdew jisirqu lill-genituri taghhom li litteralment ifalluhom minkejja t-trobbija tajba. Allura ta’ min huwa t-tort?
Ghalhekk ahna bhala Agenzija nissapportjaw lill-familja kollha u mhux biss lill-vittma tad-droga. Il-hazin mhux biss ta’ dak li abbuza mid-droga u lanqas ghax il-genituri sseparaw u b’hekk irvinaw il-familja. Kulhadd ghandu r-rwol tieghu biex il-familja tirnexxi.

Minn liema klassi tas-socjetà jigu ghall-ghajnuna?

Ikollna minn kull sfera tal-hajja. Dawk li jigu minn familji ta’ klassi gholja, hafna minnhom jaghzlu li jmorru jaghmlu l-programm Ghawdex jew imorru barra minn Malta ghax jifilhu jhallsu u dan jaghmluh ghax ma jkunux iridu juru li huma jew uliedhom dahlu fil-vizzju tad-droga.

Kemm isibuha difficli li jammettu li ghandhom problema tad-droga?

Dawk li jiddeciedu li jibdew il-programm huma ovvjament dawk li jammettu li ghandhom problema. Izda hemm hafna li ghalkemm jafu li huma vvizzjati, jahsbu li jistghu jieqfu mid-droga minghajr ma jghidu lill-familja u jemmnu li jistghu jieqfu. Imma minghajr l-ghajnuna professjonali hija difficli hafna li jieqfu.

Ir-residenti f’San Blas li ghandhom il-familja taghhom, jaghmlu kuntatt mal-mara jew ma’ r-ragel u t-tfal?

Hawnhekk mhux bhall-habs fejn il-koppja jkollhom kuntatt konjugali. Il-programm hawnhekk huwa mmirat biex il-persuna tahdem fuq bazi individwali. Li naghmlu huwa li norganizzaw laqghat mal-familji kull xahar jew xahar u nofs. Jistghu jcemplu jew jiktbu ittri lil xulxin biex b’hekk jibqa’ l-kuntatt bejniethom.

Fejn jidhlu t-tfal li naghmlu huwa li meta jkunu waqfu jiehdu l-mistura u allura ma jkollhom bzonn xejn biex jissodisfaw lilhom infushom, nibdew inhejju program biex jibda jkollhom kuntatt dirett ma’ wliedhom. L-ewwel jibdew bi zjara ta’ siegha u jibqghu jizdiedu sakemm it-tfal inhalluhom jaghmlu jumejn hawn fejn joqoghdu f’dormitorju apposta ghat-tfal. Hemm kcina, kamra tal-banju u dak li hemm bzonn. Ingibu t-tfal is-Sibt f’nofs inhar, niehduhom il-bahar u jitilqu l-Hadd. B’hekk il-familja tibda tintegra u dan isir dejjem taht il-harsien ta’ xi hadd professjonali.

Il-gurnata tipika ta’ Julianne f’San Blas?

Il-gurnata tibda ftit qabel id-9.00 a.m. fejn l-ewwel haga li naghmel hija laqgha ma’ l-impjegati biex naraw x’hemm lest. Nara min se johrog, jekk hemmx xi problemi bejn ir-residenti u kif se nsolvu l-problemi li setghu nqalghu. Ikun hemm granet fejn ikollna laqgha mar-residenti li ddum madwar tliet sighat u wara nieklu flimkien.
Barra minn hekk responsabbli mit-tmexxija mhux biss tal-post imma wkoll ta’ l-impjegati fejn norganizza x-xift kif se jahdmu, x’se jaghmlu r-residenti, min se jigi fil-kumpless minn barra u mitt haga ohra.

Fuq kollox din hija familja wahda, temmet tghidli Julianne bi tbissima li hija certifikat tas-sodisfazzjon li ghandha ghal dak li qieghda taghmel.