Ghalkemm din is-site hija dedikata ghall-istejjer ta’ Kronaka se naghmel eccezzjoni. Permezz ta’ din is-site, kif ukoll tal-gurnal l-orizzont, qieghed nappella biex intkhom tkunu ftit, mhux hafna, generuzu kif nafu nkunu ahna l-Maltin. Ftakru f’dan il-kont bankarju – Bank of Valletta 400 164 27909 li nfetah apposta biex jingabru fondi biex imorru ghar-ricerka ta’ kontra l-marda tal-kancer. Aqraw dan l-artiklu u taraw ghaliex.

Nirringrazzjakhom minn qalbi – JOHN PISANI

sophie-stockton.jpg

Se tigri fi shana kbira biex tghin lill-ohrajn

Sophie Stockton, tfajla ta’ 13-il sena minn York fl-Ingilterra, se taghmel f’Malta dak li ma setghetx taghmel fl-Ingilterra minhabba x-xita.

“Race For Life” hija girja li ssir kull sena biex jingabru fondi b’rizq il-glieda kontra l-kancer. Minhabba x-xita u l-maltemp li hakem il-pajjiz dan l-ahhar, din il-girja kellha tigi posposta darbtejn. Sophie hejjiet sew ghal din il-girja ta’ hames kilometri u kienet lesta biex nhar il-Hadd, 26 ta’ Awissu flimkien ma’ madwar 5,000 mara ohra tiehu sehem f’din l-attività.

Rapport ippubblikat fil-harga tal-gurnal Ingliz ‘York Press’, qal kif Sophie ddizappuntat ruhha meta saret taf li l-girja se ssir fl-istess zmien li kienet se tkun ghal btala f’Malta flimkien mal-genituri taghha. Izda Sophie hija determinata li fl-istess hin li tibda l-girja f’pajjizha hi se tkun qieghda tigri hawn Malta. “Se nkun qieghda nigri ghan-nanna li ghamlet tliet snin marida u meta mietet xorta hadtha bi kbira. Is-sena l-ohra ghamilt din il-girja meta n-nanna kienet ghadha hajja u kienet kburija bija.

Ghalhekk wara li mietet kont determinata li din is-sena nerga’ naghmel din il-girja” qalet Sophie lill-gurnalista Nicola Filfield. Sophie gabret £125 minn ‘sponsors’ fl-Ingilterra u kif saret taf li fis-26 ta’ Awissu kienet se tkun Malta, kienet iddizappuntata.

L-organizzaturi tal-girja ma sabu ebda diffikulta li jaccettaw li Sophie tigri l-hames kilometri hawn Malta minkejja li se tkun mijiet ta’ mili ’l boghod minn York. It-tfajla qalet li minhabba s-shana ta’ Malta hi u missierha se jaghmlu l-girja ta’ hames kilometri f’wahda mill-bajjiet ta’ Malta fl-istess hin li tkun ghaddejja t-tellieqa fl-Ingilterra. Sophie qalet li ghaliha se tkun aktar difficli mill-atleti l-ohrajn minhabba s-shana.

Minkejja li Sophie gabret £125 (Lm80) qabel giet Malta, it-tfajla tinsab kuntenta tant li meta staqsejta kemm gabret, Sophie bi tbissima helwa qaltilna s-somma. Izda nemmen li l-Maltin se jkabbru t-tbissima ta’ Sophie bid-donazzjonijiet taghhom.

Sophie qalet li se tiddedika din il-girja f’Malta lil nannitha li l-ahhar btala li kellha kienet f’Malta. Sfortunatament in-nanna mietet ftit tax-xhur ilu bil-marda tal-kancer. Ghaldaqstant Sophie se taghmel din il-girja ghall-memorja ta’ nannitha. It-tfajla se tibda u tispicca l-girja taghha quddiem il-Lukanda Suncrest fil-Qawra fl-11.30 a.m nhar il-Hadd, 26 ta’Awisssu.da Suncrest

Dawk kollha li jixtiequ jaghmlu donazzjoni jistghu jaghmlu dan f’kull fergha tal-Bank of Valletta f’kont li nfetah apposta bin-numru 400 164 27909.

Aktar informazzjoni cemplu fuq in-numru 99476358 jew 25900286.