Periklu ghall-pubbliku…. imma mhux ghall-Pulizija
Illum kulhadd sema’ bl-espressjoni ‘Only in Malta’. U jekk ma tarax kwazi lanqas temmen. L-Ghassa tal-Pulizija ta’ l-Imsida ddawret minn barrikati minhabba li l-kolonni, is-saqaf tal-parapett u partijiet ohrajn ta’ l-Ghassa huma kkundannati u fi stat ta’ periklu ghan-nies….imma l-Pulizija mhumiex nies?
Biex ma ngibux lill-Pulizija fl-inkwiet evitajna li nidhlu ahna fl-Ghassa u nistaqsu lill-Pulizija ghaliex kien hemm il-barrikati mad-dawra kollha ta’ l-Ghassa. zewg persuni li tlabnihom jidhlu jistaqsu qalulhom biex il-pubbliku jkun protett ghax hemm periklu u kull min jidhol fl-Ghassa qieghed jaghmel hekk b’riskju personali.
It-Torca tkellmet ma’ diversi ufficjali fid-Depot tal-Pulizija li b’mod mhux ufficjali kkonfermaw li l-Ghassa ta’ l-Imsida ilha zmien twil f’periklu fejn huma evidenti x-xorok ta’ barra li jidhru li qieghdin icedu ftit ftit. Fil-fatt biex jinheba dan id-difett din il-parti hija mghottija b’carruta hadra. Izda billi ma setghux jaghtu l-ghassa kollha, din giet imdawra bil-barrikati u b’tabella li tghid “Pulizija – Tidholx”.
Jidher li filwaqt li, kif inhu xieraq, il-pubbliku qieghed ikun protett mill-periklu, mhux l-istess ghall-Pulizija li jahdmu f’din l-Ghassa 24 siegha kuljum. Imma dawn mhumiex nies u m’ghandhomx familji d-dar jistennew li jirritornaw qawwijin u shah. ONLY IN MALTA – fl-Unjoni Ewropea?