triq-burmarrad-25-03-07a.jpg

Sewwieq ta’ mutur u ghaddas barrani

jmutu f’zewg accidenti separati

Il-gurnata ta’ nhar il-Hadd, b’temp sabih li jhajrek tohrog ’il barra, giet imtappna b’zewg accidenti fatali separati – fil-limiti ta’ Burmarrad u l-Mellieha – f’inqas minn siegha. Il-vittmi huma sewwieq ta’ mutur ta’ 32 sena mill-Qawra u ghaddas Skocciz ta’ 62 sena li kien fuq btala f’pajjizna.

Adrian Borg ta’ 32 sena mill-Qawra l-bierah wara nofs in-nhar tilef hajtu f’accident tat-traffiku bejn il-Mosta u Burmarrad. L-accident sehh ghal habta tal-3.40 p.m. fi Triq Burmarrad ftit ’l isfel mid-dahla tal-Bidnija. Dak il-hin karozza Toyota Corolla misjuqa minn Alexandra Debono ta’ 37 sena minn Tal-Pietà u li maghha kellha bhala passiggier lir-ragel taghha, il-kirurgu Josephh Debono, kienu sejrin fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Bahar. Jidher li t-traffiku dak il-hin kien miexi bil-mod minhabba l-kongestjoni li qieghed ikun hemm f’dik it-triq. Mill-istess direzzjoni kien gej ukoll Adrian Borg fuq mutur Kawasaki ZX9R li kif qabad id-dawra u qabez id-dahla tal-Bidnija, jidher li tilef il-kontroll tal-mutur b’konsegwenza li baqa’ diehel fuq wara tat-Toyota. Mad-daqqa Borg inbezaq minn fuq il-mutur u l-istess mutur baqa’ jitkaxkar ghal diversi metri. L-impatt ma’ wara tat-Toyota kien qawwi tant li l-karozza spiccat tigi mbuttata u daret thares fid-direzzjoni opposta fuq in-naha l-ohra tat-triq.

Fuq il-post issejhet ambulanza b’tim mediku u infermier li waslu fi ftit minuti peress li kienu stazzjonati fic-Centru tas-Sahha tal-Mosta. Izda l-ewwel ghajnuna medika bdiet tinghatalu minn Dr Debono stess minkejja x-xokk li kellu li baqa’ jaghti lil Borg in-nifs artificjali izda t-tentattivi kollha fallew peress li Borg miet fuq il-post kif gie ccertifikat minn Dr Elizabeth Xuereb.

Il-koppja Debono ttiehdu bl-ambulanza l-Isptat San Luqa fejn inghataw il-kura medika ghax-xokk li sofrew.

Ghal hin twil it-triq inghalqet ghat-traffiku miz-zewg nahat mill-Pulizija tat-traffiku mmexxija mill-Ispettur Joseph Hersey. Il-Pulizija mill-Ghassa tal-Mosta mmexxija mill-Ispettur Anzjan Paul Bond flimkien mas-Surgenti Jason Xerri u Johan Said bdew jistharrgu l-kaz.

triq-burmarrad-25-03-07b.jpg  Fr Zahra jitlob fuq il-kadavru ta’ Borg

F’hin minnhom gie fuq il-post Fr Joseph Zahra, Dumnikan, fejn talab fuq il-kadavru ta’ Borg. B’dan l-accident fatali giet informata l-Magistrat Dr Jacquiline Padovani li ordnat inkjesta u hatret lill-Perit Richard Aquilina, it-Tekniku Joseph Zammit u lill-espert tat-traffiku Mario Buttigieg bhala esperti tal-Qorti. 

Adrian Borg huwa r-raba’ vittma li miet kawza ta’ accident tat-traffiku din is-sena. Fl-1 ta’ Jannar tilef il-glieda kontra l-mewt Richard Attard ta’ 43 sena minn Birkikara kawza ta’ griehi gravi li sofra wara li ntlaqat minn karozza meta kien qieghed jaqsam f’San Giljan. Dan l-accident kien sehh fil-21 ta’ Dicembru 2006. Fl-10 ta’ Frar miet Keith Mizzi ta’ 19-il sena mill-Imsida meta kien passiggier f’karozza li baqghet diehla f’karozza ohra fi Triq iz-Zebbiegh fil-Mosta. Fit-18 ta’ Frar tilef hajtu sewwieq iehor ta’ mutur, Christian Mifsud ta’ 31 sena mir-Rabat. Dan l-accident sehh f’Misrah San Duminku fir-Rabat.

Imut ghaddas 

Sadanittant f’accident separat, Vincent Bicozzi ta’ 62 sena li kien fuq btala f’Malta, ukoll miet wara li sab ruhu f’diffikultajiet meta kien qieghed jghodos f’Anchor
Bay limitit tal-Mellieha.
Bicozzi, li huwa Skocciz, gie Malta flimkien ma’ martu Colette u grupp ta’ Skoccizi ohrajn. Fost dan il-grupp kien hemm numru ta’ dilettanti ta’ l-isports ta’ taht il-bahar.

Nhar il-Hadd Bicozzi kien ma’ dan il-grupp jghodos f’Anchor Bay qrib il- Popeye
Village meta ghal habta tat-2.53 p.m. beda jhossu hazin.
Kif shabu ndunaw x’kien qieghed jigri tellugh fil-wicc u sejhu ghall-ghajnuna. Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kif ukoll ambulanza b’infermier. Anke f’dan il-kaz il-vittma nghata n-nifs artificjali sakemm waslet l-ghajnuna tat-tim mediku izda bhall-accident l-iehor kull tentattiv falla.

Dak il-hin martu kienet fil-Lukanda Park Hotel f’Tas-Sliema fejn hemm il-grupp kollu allogjat. Jidher li l-mara ntalbet tmur l-Ghassa tal-Pulizij a tal-Qawra izda sakemm waslet ma kienux qalulha x’gara. Hija marret hemm b’taxi flimkien ma’ habiba taghha izda kif waslet u nghatat l-ahbar kif kienet ghadha fit-taxi, ix-xokk kien qawwi tant li hassa hazin u sejjhet ambulanza.

Anke b’dan il-kaz giet informat l-Magistrat Padovani li ordnat inkjesta u hatret diversi esperti fosthom lit-Tabib Fornsiku Mario Scerri. L-istharrig tal-Pulizija tmexxa mill-Ispettur Therese Sciberras mill-Ghassa tal-Qawra.